Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013D0777

2013/777/PESK: Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà EUTM Somalia/1/2013 tas- 17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-ħatra ta' Kmandant tal-Missjoni tal-UE għall-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-forzi tas-sigurtà tas-Somalja (EUTM Somalia)

ĠU L 346, 20.12.2013, p. 53–53 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 07/03/2015; Imħassar b' 32015D0173

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/777/oj

20.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 346/53


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ EUTM SOMALIA/1/2013

tas-17 ta’ Diċembru 2013

dwar il-ħatra ta' Kmandant tal-Missjoni tal-UE għall-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-forzi tas-sigurtà tas-Somalja (EUTM Somalia)

(2013/777/PESK)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/96/PESK tal-15 ta' Frar 2010 dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi tas-Sigurtà tas-Somalja (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni 2010/96/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) biex jieħu deċiżjonijiet dwar il-ħatra ta' Kmandant tal-Missjoni tal-UE għall-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi tas-sigurtà tas-Somalja (EUTM Somalia).

(2)

Fit-22 ta' Jannar 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/44/PESK (2) li temenda u testendi d-Deċiżjoni 2010/96/PESK u li taħtar lill-Brigadier Ġeneral Gerald AHERNE bħala Kmandant tal-Missjoni tal-UE.

(3)

Ir-Repubblika Taljanapproponiet in-nomina tal-Brigadier Ġeneral Massimo MINGIARDI bħala l-Kmandant tal-Missjoni tal-UE l-ġdid biex jieħu post il-Brigadier Ġeneral Gerald AHERNE.

(4)

Il-Kumitat Militari tal-UE jappoġġa dik il-proposta.

(5)

F'konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-elaborazzjoni u fl-implimentazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li jkollhom implikazzjonijiet ta' difiża. Konsegwentement, id-Danimarka mhijiex qed tipparteċipa fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u la hija marbuta biha u lanqas mhija soġġetta għall-applikazzjoni tagħha,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Brigadier Ġeneral Massimo MINGIARDI huwa b'dan maħtur Kmandant tal-Missjoni tal-UE għall-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi tas-Sigurtà tas-Somalja (EUTM Somalia) mill-15 ta' Frar 2014.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-15 ta' Frar 2014.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2013.

Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

Il-President

W. STEVENS


(1)  ĠU L 44, 19.2.2010, p. 16

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/44/PESK tat-22 ta’ Jannar 2013 li temenda u testendi d-Deċiżjoni 2010/96/PESK dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi tas-Sigurtà tas-Somalja (U L 20, 23.1.2013, p. 57).


Top