Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013D0772

    2013/772/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 17 ta’ Diċembru 2013 li taħtar ħames membri tal-Qorti tal-Awdituri

    ĠU L 343, 19.12.2013, p. 40–40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2019

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/772/oj

    19.12.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 343/40


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tas-17 ta’ Diċembru 2013

    li taħtar ħames membri tal-Qorti tal-Awdituri

    (2013/772/UE)

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 286(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

    Billi:

    (1)

    It-tmiem tal-mandat tas-Sur Gijs DE VRIES, is-Sur Henri GRETHEN, is-Sur Michel CRETIN, is-Sur Ioannis SARMAS u s-Sur David BOSTOCK ser jiskadu fil-31 ta' Diċembru 2013.

    (2)

    Għaldaqstant għandhom isiru ħatriet ġodda,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Dawn li ġejjin huma b'dan maħturin bħala membri tal-Qorti tal-Awdituri għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2019:

    Is-Sur Alex BRENNINKMEIJER,

    Is-Sur Henri GRETHEN,

    Is-Sinjura Danièle LAMARQUE,

    Is-Sur Nikolaos MILIONIS,

    Is-Sur Phil WYNN OWEN.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2013.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    L. LINKEVIČIUS


    (1)  Opinjoni tal-11 ta’ Diċembru 2013 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).


    Top