This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013D0736
2013/736/EU: Commission Implementing Decision of 7 November 2013 adopting a second updated list of sites of Community importance for the Steppic biogeographical region (notified under document C(2013) 7352)
2013/736/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas- 7 ta’ Novembru 2013 li tadotta l-ewwel lista aġġornata tas-siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Steppiku (notifikata bid-dokument C(2013) 7352)
2013/736/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas- 7 ta’ Novembru 2013 li tadotta l-ewwel lista aġġornata tas-siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Steppiku (notifikata bid-dokument C(2013) 7352)
ĠU L 350, 21.12.2013, p. 36–39
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 16/12/2018; Imħassar b' 32019D0015
21.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 350/36 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-7 ta’ Novembru 2013
li tadotta l-ewwel lista aġġornata tas-siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Steppiku
(notifikata bid-dokument C(2013) 7352)
(2013/736/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (1), u b’mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 4(2) tagħha,
Billi:
(1) |
Ir-reġjun bijoġeografiku Steppiku msemmi fl-Artikolu 1(c)(iii) tad-Direttiva 92/43/KEE huwa magħmul minn partijiet mit-territorju tal-Unjoni tar-Rumanija, kif speċifikat fil-mappa bijoġeografika approvata fl-20 ta’ April 2005 mill-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 20 ta’ dik id-Direttiva, minn issa ‘l quddiem imsejjaħ “il-Kumitat dwar il-Ħabitats”. |
(2) |
Fil-kuntest ta’ proċess li nbeda fl-1995, jeħtieġ li jsir aktar progress fit-twaqqif reali tan-netwerk Natura 2000, li huwa element essenzjali għall-ħarsien tal-bijodiversità fl-Unjoni. |
(3) |
Il-lista inizjali u l-ewwel żewġ listi aġġornati tas-siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Steppiku, skont it-tifsira tad-Direttiva 92/43/KEE, ġew adottati bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/966/KE (2) u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/28/UE (3). Abbażi tal-Artikoli 4(4) u 6(1) tad-Direttiva 92/43/KEE, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jindikaw is-siti inklużi fil-lista tas-siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Steppiku bħala żoni speċjali ta’ konservazzjoni malajr kemm jista’ jkun u fi żmien li ma jaqbiżx is-sitt snin, u jistabbilixxu prijoritajiet ta’ konservazzjoni u l-miżuri ta’ konservazzjoni li hemm bżonn. |
(4) |
Il-listi tas-siti ta’ importanza Komunitarja jiġu riveduti, fil-kuntest ta’ adattament dinamiku tan-netwerk Natura 2000. Għalhekk huwa meħtieġ aġġornament tal-lista tas-siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Steppiku. |
(5) |
Min-naħa l-waħda, l-aġġornament tal-lista tas-siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Steppiku huwa meħtieġ sabiex jiġu inklużi s-siti addizzjonali li ġew proposti mir-Rumanija mill-2011 sal-lum bħala siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Steppiku skont it-tifsira tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 92/43/KEE. Għal dawn is-siti addizzjonali, l-obbligi li jirriżultaw mill-Artikoli 4(4) u 6(1) tad-Direttiva 92/43/KEE għandhom japplikaw malajr kemm jista’ jkun u f’perjodu li ma jaqbiżx is-sitt snin mill-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni. |
(6) |
Min-naħa l-oħra, l-aġġornament tal-lista tas-siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Steppiku huwa meħtieġ sabiex jirrifletti kwalunkwe bidla fit-tagħrif li għandu x’jaqsam mas-siti mressqa mir-Rumanija wara l-adozzjoni tal-lista inizjali u tal-ewwel listi aġġornati tal-Unjoni. F’dak is-sens, il-lista aġġornata tas-siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Steppiku tikkostitwixxi verżjoni kkonsolidata tal-lista tas-siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Steppiku. Wieħed għandu jenfasizza li, għal kwalunkwe sit inkluż f’din id-Deċiżjoni, l-obbligi li jirriżultaw mill-Artikoli 4(4) u 6(1) tad-Direttiva 92/43/KEE għandhom japplikaw kemm jista’ jkun malajr u f’perjodu li ma jaqbiżx is-sitt snin mill-adozzjoni tal-lista tas-siti ta’ importanza Komunitarja li fiha s-sit ikun iddaħħal għall-ewwel darba. |
(7) |
Għar-reġjun bijoġeografiku Steppiku, il-listi tas-siti proposti bħala siti ta’ importanza Komunitarja skont it-tifsira tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 92/43/KEE ntbagħtu lill-Kummissjoni mill-Istati Membri kkonċernati bejn Ġunju 2007 u Ottubru 2012, skont l-Artikolu 4(1) ta’ dik id-Direttiva. |
(8) |
Il-listi ta’ siti proposti kienu akkumpanjati b’informazzjoni dwar kull sit. Mill-2012, dak it-tagħrif ġie mogħti fil-format stabbilit bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/484/UE tal-11 ta’ Lulju 2011 dwar format ta’ informazzjoni għas-siti Natura 2000 (4). |
(9) |
Dak it-tagħrif jinkludi l-mappa tas-sit li ntbagħtet mill-Istati Membri kkonċernati, l-isem, il-post u l-firxa tas-sit, u d-dejta li nġabret mill-applikazzjoni tal-kriterji speċifikati fl-Anness III tad-Direttiva Nru 92/43/KEE. |
(10) |
Abbażi tal-abbozz tal-lista mfassla mill-Kummissjoni bi qbil ma’ kull wieħed mill-Istati Membri kkonċernati, li jidentifika wkoll is-siti li għandhom tipi ta’ ħabitats naturali ta’ prijorità jew speċijiet ta’ prijorità, għandha tiġi adottata lista aġġornata tas-siti magħżulin bħala siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Steppiku. |
(11) |
L-għarfien dwar l-eżistenza u t-tqassim tat-tipi ta’ ħabitats naturali u tal-ispeċijiet qiegħed jevolvi kontinwament minħabba s-sorveljanza mwettqa skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 92/43/KEE. Għalhekk, l-evalwazzjoni u l-għażla tas-siti fil-livell tal-Unjoni saru bl-użu tal-aqwa tagħrif disponibbli bħalissa. |
(12) |
L-Istat Membru kkonċernat ma pproponiex biżżejjed siti biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tad-Direttiva 92/43/KEE għal ċerti tipi ta’ ħabitats u speċijiet. Għalhekk, għal dawk it-tipi ta’ ħabitats u speċijiet, ma jistax jiġi konkluż li n-netwerk Natura 2000 huwa komplut. Meta wieħed iqis id-dewmien biex jasal it-tagħrif u jintlaħaq qbil mal-Istati Membri, jeħtieġ li tiġi adottata lista aġġornata tas-siti, li se jkun meħtieġ li tiġi analizzata skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 92/43/KEE. |
(13) |
Ladarba l-għarfien dwar l-eżistenza u t-tqassim ta’ xi wħud mit-tipi ta’ ħabitats naturali tal-Anness I u tal-ispeċijiet tal-Anness II tad-Direttiva 92/43/KEE għadu mhux komplut, la għandu jiġi konkluż li n-netwerk huwa komplut u lanqas li mhuwiex. Il-lista għandha tiġi riveduta, jekk ikun meħtieġ, skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva Nru 92/43/KEE. |
(14) |
Fl-interessi taċ-ċarezza u t-trasparenza, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/28/UE għandha titħassar. |
(15) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Ħabitats, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
It-tieni lista aġġornata tas-siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Steppiku skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 92/43/KEE hija stabbilita fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/28/UE hija b’dan imħassra.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Novembru 2013.
Għall-Kummissjoni
Janez POTOČNIK
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7.
(2) ĠU L 344, 20.12.2008, p. 117.
(3) ĠU L 24, 26.1.2013, p. 643.
(4) ĠU L 198, 30.7.2011, p. 39.
ANNESS
It-tieni lista aġġornata tas-siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Steppiku
Kull sit ta’ importanza Komunitarja (SIK) huwa identifikat mit-tagħrif mogħti fil-format tan-Natura 2000, inkluż il-mappa korrispondenti. Dan it-tagħrif intbagħat mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 92/43/KEE.
It-tabella ta’ hawn taħt tagħti t-tagħrif li ġej:
A |
: |
kodiċi tas-SIK li fih disa’ karattri, fejn l-ewwel tnejn jindikaw il-kodiċi ISO tal-Istat Membru; |
B |
: |
isem is-SIK; |
C |
: |
*= il-preżenza fis-SIK ta’ mill-inqas tip ta’ ħabitat naturali u/jew speċi ta’ prijorità wieħed/waħda skont it-tifsira tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 92/43/KEE; |
D |
: |
is-superfiċje tas-SIK f’ettari jew it-tul tas-SIK f’km; |
E |
: |
il-koordinati ġeografiċi tas-SIK (il-latitudni u l-lonġitudni) fi gradi deċimali. |
It-tagħrif kollu mogħti fil-lista tal-Unjoni ta’ hawn taħt huwa bbażat fuq id-dejta proposta, mibgħuta u vvalidata mir-Rumanija.
A |
B |
C |
D |
E |
||
Kodiċi tas-SIK |
Isem is-SIK |
* |
Superfiċje tas-SIK (ha) |
Tul tas-SIK (km) |
Koordinati ġeografiċi tas-SIK |
|
|
|
|
|
|
Lonġitudni |
Latitudni |
ROSCI0005 |
Balta Albă — Amara — Jirlău — Lacul Sărat Câineni |
* |
6 300,3 |
|
27,3162 |
45,2895 |
ROSCI0006 |
Balta Mică a Brăilei |
|
20 872,1 |
|
27,9063 |
44,9453 |
ROSCI0012 |
Brațul Măcin |
* |
10 235,4 |
|
28,0441 |
44,7694 |
ROSCI0022 |
Canaralele Dunării |
* |
25 942,9 |
|
27,6895 |
44,2004 |
ROSCI0053 |
Dealul Alah Bair |
* |
193,5 |
|
28,2188 |
44,5011 |
ROSCI0060 |
Dealurile Agighiolului |
* |
1 433,3 |
|
28,8303 |
45,0416 |
ROSCI0065 |
Delta Dunării |
* |
453 076,1 |
|
29,1987 |
45,0520 |
ROSCI0067 |
Deniz Tepe |
* |
413,7 |
|
28,6881 |
45,0028 |
ROSCI0071 |
Dumbrăveni — Valea Urluia — Lacul Vederoasa |
* |
17 974,7 |
|
27,8794 |
44,1481 |
ROSCI0072 |
Dunele de nisip de la Hanul Conachi |
* |
241,7 |
|
27,5794 |
45,5710 |
ROSCI0083 |
Fântânița Murfatlar |
* |
577,5 |
|
28,3863 |
44,1543 |
ROSCI0103 |
Lunca Buzăului |
* |
6 986,5 |
|
27,0008 |
45,0760 |
ROSCI0105 |
Lunca Joasă a Prutului |
* |
5 806,5 |
|
28,1375 |
45,5729 |
ROSCI0114 |
Mlaștina Hergheliei — Obanul Mare și Peștera Movilei |
* |
232,2 |
|
28,5706 |
43,8334 |
ROSCI0123 |
Munții Măcinului |
* |
16 893,9 |
|
28,3030 |
45,1559 |
ROSCI0131 |
Oltenița — Mostiștea — Chiciu |
|
11 348,7 |
|
26,9685 |
44,1432 |
ROSCI0133 |
Pădurea Bădeana |
* |
60,6 |
|
27,5724 |
46,1563 |
ROSCI0134 |
Pădurea Balta — Munteni |
|
86 |
|
27,4647 |
45,9487 |
ROSCI0139 |
Pădurea Breana — Roșcani |
* |
156,8 |
|
27,9948 |
45,9266 |
ROSCI0149 |
Pădurea Eseschioi — Lacul Bugeac |
* |
2 967,4 |
|
27,4377 |
44,0816 |
ROSCI0151 |
Pădurea Gârboavele |
* |
219,1 |
|
27,9979 |
45,5769 |
ROSCI0157 |
Pădurea Hagieni — Cotul Văii |
* |
3 620,1 |
|
28,4279 |
43,7424 |
ROSCI0162 |
Lunca Siretului Inferior |
* |
25 080,7 |
|
27,4880 |
45,6184 |
ROSCI0163 |
Pădurea Mogoș — Mâțele |
* |
64,9 |
|
27,9487 |
45,7219 |
ROSCI0165 |
Pădurea Pogănești |
* |
180,9 |
|
28,0257 |
45,9760 |
ROSCI0169 |
Pădurea Seaca — Movileni |
* |
50,9 |
|
27,5333 |
46,2883 |
ROSCI0172 |
Pădurea și Valea Canaraua Fetii — Iortmac |
* |
13 631,8 |
|
27,6248 |
44,1106 |
ROSCI0175 |
Pădurea Tălășmani |
|
53,4 |
|
27,8410 |
46,1222 |
ROSCI0178 |
Pădurea Torcești |
|
129,9 |
|
27,4904 |
45,6806 |
ROSCI0191 |
Peștera Limanu |
|
12,4 |
|
28,5230 |
43,8070 |
ROSCI0201 |
Podișul Nord Dobrogean |
* |
84 799,2 |
|
28,4894 |
44,7663 |
ROSCI0213 |
Râul Prut |
|
10 540,6 |
|
28,1746 |
46,2907 |
ROSCI0215 |
Recifii Jurasici Cheia |
* |
5 686,2 |
|
28,4395 |
44,4556 |
ROSCI0259 |
Valea Călmățuiului |
* |
17 922,9 |
|
27,2022 |
44,9806 |
ROSCI0278 |
Bordușani — Borcea |
* |
5 809,7 |
|
27,8872 |
44,6529 |
ROSCI0286 |
Colinele Elanului |
* |
755,3 |
|
28,1271 |
46,4004 |
ROSCI0290 |
Coridorul Ialomiței |
* |
26 726,8 |
|
26,8848 |
44,6021 |
ROSCI0305 |
Ianca — Plopu — Sărat — Comăneasca |
* |
3 222,4 |
|
27,7175 |
45,2274 |
ROSCI0307 |
Lacul Sărat — Brăila |
* |
376,7 |
|
27,8849 |
45,1968 |
ROSCI0308 |
Lacul și Pădurea Cernica |
|
3 267,3 |
|
26,3030 |
44,4498 |
ROSCI0309 |
Lacurile din jurul Măscurei |
|
1 159,7 |
|
27,5398 |
46,3888 |
ROSCI0315 |
Lunca Chineja |
|
944,9 |
|
27,9960 |
45,7825 |
ROSCI0319 |
Mlaștina de la Fetești |
|
2 019,8 |
|
27,8034 |
44,3403 |
ROSCI0335 |
Pădurea Dobrina — Huși |
* |
8 518,3 |
|
27,9757 |
46,5905 |
ROSCI0343 |
Pădurile din Silvostepa Mostiștei |
* |
2 119,8 |
|
26,7393 |
44,2279 |
ROSCI0353 |
Peștera — Deleni |
|
2 508,1 |
|
28,0509 |
44,0748 |
ROSCI0360 |
Râul Bârlad între Zorleni și Gura Gârbăvoțulu |
|
2 569,4 |
|
27,6697 |
46,2068 |
ROSCI0389 |
Sărăturile de la Gura Ialomiței — Mihai Bravu |
* |
3 449,4 |
|
27,7542 |
44,7559 |
ROSCI0398 |
Straja-Cumpăna |
|
1 117 |
|
28,5054 |
44,0919 |