Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013D0725

    Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/725/PESK tad- 9 ta' Diċembru 2013 li temenda u testendi d-Deċiżjoni 2012/173/PESK dwar l-attivazzjoni taċ-Ċentru ta’ Operazzjonijiet tal-UE għall-missjonijiet u l-operazzjoni tal-Politika ta’ Sigurtà u Difiża Komuni fil-Qarn tal-Afrika

    ĠU L 329, 10.12.2013, p. 39–40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/725/oj

    10.12.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 329/39


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2013/725/PESK

    tad-9 ta' Diċembru 2013

    li temenda u testendi d-Deċiżjoni 2012/173/PESK dwar l-attivazzjoni taċ-Ċentru ta’ Operazzjonijiet tal-UE għall-missjonijiet u l-operazzjoni tal-Politika ta’ Sigurtà u Difiża Komuni fil-Qarn tal-Afrika

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 42(4) u 43(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fis-16 ta' Lulju 2012 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/389/PESK (1) dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità Marittima Reġjonali fil-Qarn tal-Afrika (EUCAP Nestor).

    (2)

    Fit-8 ta' Ottubru 2013, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) qabel li l-mandat taċ-Ċentru ta' Operazzjonijiet tal-UE għall-missjonijiet u l-operazzjoni tal-Politika ta’ Sigurtà u ta' Difiża Komuni (PSDK) fil-Qarn tal-Afrika għandu jiġi estiż għal perijodu inizjali ta' tnax-il xahar.

    (3)

    Għalhekk, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/173/PESK (2) għandha tiġi emendata u estiża.

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Id-Deċiżjoni 2012/173/PESK hija b'dan emendata kif ġej:

    (1)

    Fl-Artikolu 1, il-paragrafu 1 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

    “1.   Iċ-Ċentru ta’ Operazzjonijiet tal-UE għandu jiġi attivat b’appoġġ tal-missjonijiet u l-operazzjoni tal-PSDK fil-Qarn tal-Afrika, jiġifieri l-Operazzjoni Atalanta, EUTM Somalia u EUCAP Nestor.”.

    (2)

    L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-paragrafu 2 (a) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

    “(a)

    li jipprovdi, billi juża l-għarfien militari u l-għarfien ta' ppjanar speċjalizzat tiegħu, appoġġ dirett lill-Kmandant tal-Operazzjonijiet Ċivili għall-ippjanar u t-tmexxija operattivi tal-missjoni EUCAP Nestor.”;

    (b)

    il-paragrafu 2(f) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

    “(f)

    li jiffaċilita l-koordinazzjoni u jtejjeb is-sinerġiji fost l-Operazzjoni Atalanta, l-EUTM Somalia, u l-EUCAP Nestor, fil-kuntest tal-Istateġija għall-Qarn tal-Afrika u f’kollaborazzjoni mill-qrib mar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Qarn tal-Afrika.”.

    (3)

    L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-paragrafu 1 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

    “1.   Il-Kaptan (Forza Navali) Ad VAN DER LINDE huwa b’dan maħtur Kap taċ-Ċentru ta’ Operazzjonijiet tal-UE għal perijodu ta’ sentejn.”.

    (b)

    għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

    “1a.   Il-Kunsill b'dan jawtorizza lill-KPS, f'konformità mal-Artikolu 38 tat-TUE, biex jieħu deċiżjonijiet dwar il-ħatra ta' Kapijiet sussegwenti taċ-Ċentru ta' Operazzjonijiet tal-UE.”.

    (4)

    Fl-Artikolu 9, it-tieni subparagrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

    “Hija għandha tapplika mit-23 ta’ Marzu 2012 sat-22 ta’ Marzu 2015.”.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Diċembru 2013.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    A. PABEDINSKIENĖ


    (1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/389/PESK tas-16 ta’ Lulju 2012 dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità Marittima Reġjonali fil-Qarn tal-Afrika (EUCAP NESTOR) (ĠU L 187, 17.7.2012, p. 40).

    (2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/173/PESK tat- 23 ta’ Marzu 2012 dwar l-attivazzjoni taċ-Ċentru ta’ Operazzjonijiet tal-UE għall-missjonijiet u l-operazzjoni tal-Politika ta’ Sigurtà u Difiża Komuni fil-Qarn tal-Afrika (ĠU L 89, 27.3.2012, p. 66).


    Top