This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013D0717
2013/717/EU: Commission Implementing Decision of 4 December 2013 establishing the financial contribution by the Union to the expenditure incurred in the context of the emergency measures taken to combat avian influenza in Germany in 2011 (notified under document C(2013) 8545)
2013/717/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal- 4 ta’ Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għan-nefqa mġarrba fil-kuntest tal-miżuri ta’ emerġenza meħuda biex tiġi miġġielda l-influwenza avjarja fil-Ġermanja fl-2011 (notifikata bid-dokument C(2013) 8545)
2013/717/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal- 4 ta’ Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għan-nefqa mġarrba fil-kuntest tal-miżuri ta’ emerġenza meħuda biex tiġi miġġielda l-influwenza avjarja fil-Ġermanja fl-2011 (notifikata bid-dokument C(2013) 8545)
ĠU L 326, 6.12.2013, p. 47–48
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
6.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 326/47 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-4 ta’ Diċembru 2013
li tistabbilixxi l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għan-nefqa mġarrba fil-kuntest tal-miżuri ta’ emerġenza meħuda biex tiġi miġġielda l-influwenza avjarja fil-Ġermanja fl-2011
(notifikata bid-dokument C(2013) 8545)
(It-test bil-Ġermaniż biss huwa awtentiku)
(2013/717/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4 tagħha,
Billi:
(1) |
F’konformità mal-Artikolu 84 tar-Regolament Finanzjarju u l-Artikolu 94 tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (2) (minn hawn ’il quddiem magħruf bħala “ir-Regoli ta’ Applikazzjoni”), l-impenn tan-nefqa mill-baġit tal-Unjoni għandu jkun preċedut minn deċiżjoni finanzjarja li tistabbilixxi l-elementi essenzjali tal-azzjoni li tinvolvi n-nefqa u adottati mill-istituzzjoni jew l-awtoritajiet li lilhom ġew delegati s-setgħat mill-istituzzjoni. |
(2) |
Id-Deċiżjoni 2009/470/KE tistabbilixxi l-proċeduri li jirregolaw il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għal miżuri veterinarji speċifiċi, inklużi miżuri ta’ emerġenza. Bil-ħsieb li tingħata għajnuna biex l-influwenza avjarja tinqered malajr kemm jista’ jkun, l-Unjoni għandha tikkontribwixxi finanzjarjament għal nefqa eliġibbli mġarrba mill-Istati Membri. L-ewwel u t-tieni inċiż tal-Artikolu 4(3), ta’ dik id-Deċiżjoni jistabbilixxu r-regoli dwar il-perċentwali li trid tiġi applikata għall-ispejjeż imġarrba mill-Istati Membri. |
(3) |
L-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 349/2005 tat-28 ta’ Frar 2005 li jistabbilixxi r-regoli rigward il-finanzjament Komunitarju għall-interventi urġenti u l-ġlieda kontra ċertu mard tal-annimali kif imsemmi fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE (3) jistabbilixxi regoli dwar in-nefqa eliġibbli għall-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni. |
(4) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/132/UE tal-15 ta’ Frar 2012 dwar kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għal miżuri ta’ emerġenza għall-ġlieda kontra l-influwenza avjarja fil-Ġermanja, fl-Italja u fil-Pajjiżi l-Baxxi fl-2011 (4) ikkonċediet kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għal miżuri ta’ emerġenza biex tiġi miġġielda l-influwenza avjarja, fost oħrajn fil-Ġermanja fl-2011. Fil-10 ta’ April 2012, il-Ġermanja bagħtet talba uffiċjali għar-rimborż, kif stipulat fl-Artikoli 7(1) u 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 349/2005. |
(5) |
Il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għandu jiġi soġġett għall-kundizzjoni li l-attivitajiet ippjanati kienu implimentati u li l-awtoritajiet ipprovdew it-tagħrif kollu meħtieġ fiż-żmien stipulat. |
(6) |
B’konformità mal-Artikolu 3(4) tad-Deċiżjoni 2009/470/KE u mingħajr dewmien, il-Ġermanja infurmat lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bil-miżuri li ġew applikati skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar in-notifika u l-qerda u r-riżultati tagħhom. Kif jitlob l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 349/2005, it-talba għar-rimborż kienet akkumpanjata b’rapport finanzjarju, dokumenti ta’ sostenn, rapport epidemjoloġiku dwar kull stabbiliment fejn l-annimali nqatlu jew inqerdu u r-riżultati tal-awditjar rispettiv. |
(7) |
Konsegwentement, l-ammont totali tal-appoġġ finanzjarju mill-Unjoni għan-nefqa eliġibbli mġarrba b’rabta mal-qerda tal-influwenza avjarja fil-Ġermanja fl-2011, issa jista’ jiġi stabbilit. |
(8) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għan-nefqa marbuta mal-qerda tal-influwenza avjarja fil-Ġermanja fl-2011 hija stabbilita għal EUR 774 103,56.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni li tikkostitwixxi deċiżjoni ta’ finanzjament skont it-tifsira tal-Artikolu 84 tar-Regolament Finanzjarju, hija indirizzata lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Diċembru 2013.
Għall-Kummissjoni
Tonio BORG
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 155, 18.6.2009, p. 30.
(2) ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1.