Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013D0716

    2013/716/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal- 4 ta’ Diċembru 2013 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/861/UE dwar deroga temporanja mir-regoli tal-oriġini stipulati fl-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 biex titqies is-sitwazzjoni speċjali li hemm fil-Kenja fir-rigward tal-flettijiet tat-tonn (notifikata bid-dokument C(2013) 8537)

    ĠU L 326, 6.12.2013, p. 45–46 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/09/2014

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2013/716/oj

    6.12.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 326/45


    DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

    tal-4 ta’ Diċembru 2013

    li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/861/UE dwar deroga temporanja mir-regoli tal-oriġini stipulati fl-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 biex titqies is-sitwazzjoni speċjali li hemm fil-Kenja fir-rigward tal-flettijiet tat-tonn

    (notifikata bid-dokument C(2013) 8537)

    (2013/716/UE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 tal-20 ta’ Diċembru 2007 li japplika l-arranġamenti għall-prodotti li joriġinaw f’ċerti stati li huma parti mill-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP) previsti fi ftehimiet li jistabbilixxu, jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti, Ftehimiet ta’ Sħubija Ekonomika (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 36(4) tal-Anness II tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Fit-19 ta’ Diċembru 2011 il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/861/UE (2) li tagħti deroga temporanja mir-regoli ta’ oriġini stipulati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007 biex titqies is-sitwazzjoni speċjali tal-Kenja fir-rigward ta’ flettijiet tat-tonn. Permezz tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/208/UE (3) ingħatat estensjoni ta’ dik id-deroga temporanja sal-31 ta’ Diċembru 2013.

    (2)

    Fit-22 ta’ Lulju 2013, b’konformità mal-Artikolu 36 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007, il-Kenja talbet estensjoni oħra tal-imsemmija deroga mir-regoli tal-oriġini stipulati f’dak l-Anness għal 2 000 tunnellata ta’ flettijiet tat-tonn għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2014. Fit-3 ta’ Ottubru 2013, il-Kenja ppreżentat informazzjoni addizzjonali flimkien ma’ talba riveduta għal 1 500 tunnellata ta’ flettijiet tat-tonn għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sat-30 ta’ Settembru 2014.

    (3)

    Skont l-informazzjoni pprovduta mill-Kenja, il-qabdiet tat-tonn baqgħu żgħar ħafna meta mqabbla ma’ varjazzjoni normali staġjonali u s-sidien tal-bastimenti ma jridux jidħlu għas-sogru biex ifornu tonn nej minħabba l-piraterija. Għalhekk, il-Kenja għadha mhix kapaċi li tħares ir-regoli ta’ oriġini stipulati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007 wara l-iskadenza tad-deroga fil-31 ta’ Diċembru 2013.

    (4)

    Minħabba li s-sitwazzjoni tal-Kenja fir-rigward tal-flettijiet tat-tonn għadha ma tjibitx b’mod suffiċjenti, estensjoni tad-deroga hija ġġustifikata. L-estensjoni għandha tingħata sat-30 ta’ Settembru 2014.

    (5)

    Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/861/UE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

    (6)

    Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni jikkonformaw mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/861/UE, hija emendata kif ġej:

    (1)

    L-Artikolu 2 jinbidel b’dan li ġej:

    “Artikolu 2

    Id-deroga prevista fl-Artikolu 1 għandha tapplika għall-prodotti u l-kwantitajiet stabbiliti fl-Anness li huma dikjarati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fl-Unjoni mill-Kenja matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2011 sat-30 ta’ Settembru 2014 jew sad-data tal-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn il-Komunità tal-Afrika tal-Lvant bħala parti u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha bħala l-parti l-oħra, jekk din id-data tkun l-ewwel.”;

    (2)

    L-Artikolu 6 jinbidel b’dan li ġej:

    “Artikolu 6

    Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2011 sat-30 ta’ Settembru 2014.”

    (3)

    L-Anness jinbidel bit-test imniżżel fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2014.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Diċembru 2013.

    Għall-Kummissjoni

    Algirdas ŠEMETA

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 348, 31.12.2007, p. 1.

    (2)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/861/UE tad-19 ta’ Diċembru 2011 dwar deroga temporanja mir-regoli tal-oriġini stipulati fl-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 biex titqies is-sitwazzjoni speċjali li hemm fil-Kenja fir-rigward tal-flettijiet tat-tonn (ĠU L 338, 21.12.2011, p. 61)

    (3)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/208/UE tal-20 ta’ April 2012 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/861/UE dwar deroga temporanja mir-regoli tal-oriġini stipulati fl-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 biex titqies is-sitwazzjoni speċjali li hemm fil-Kenja fir-rigward tal-flettijiet tat-tonn (ĠU L 110, 24.4.2012, p. 39)


    ANNESS

    “ANNESS

    Numru tas-serje

    Kodiċi NM

    Deskrizzjoni tal-prodotti

    Perjodi

    Kwantitajiet

    (f'tunnellati)

    09.1667

    1604 14 16

    Flettijiet tat-tonn

    1.1.2011 sa 31.12.2011

    2 000

    1.1.2012 sa 31.12.2012

    2 000

    1.1.2013 sa 31.12.2013

    2 000

    1.1.2014 sa 30.9.2014

    1 500 ”


    Top