Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013D0682

    2013/682/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tad- 19 ta’ Novembru 2013 li taħtar membru wieħed tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi

    ĠU L 316, 27.11.2013, p. 43–43 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/05/2015

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/682/oj

    27.11.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 316/43


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tad-19 ta’ Novembru 2013

    li taħtar membru wieħed tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi

    (2013/682/UE)

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 79 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Artikolu 79 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jipprevedi li l-Kunsill għandu jaħtar bħala membri tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“il-Bord ta’ Tmexxija”) rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru.

    (2)

    Bid-Deċiżjoni tas-17 ta’ Mejju 2011 (2), il-Kunsill ħatar 15-il membru tal-Bord ta’ Tmexxija.

    (3)

    Il-Gvern Rumen informa lill-Kunsill bil-ħsieb tiegħu li jissostitwixxi r-rappreżentant Rumen fil-Bord ta’ Tmexxija u ppreżenta nomina għal rappreżentant ġdid, li għandu jinħatar għal perijodu li jintemm fil-31 ta’ Mejju 2015,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Is-Sinjura Liliana Luminița TÎRCHILĂ ta’ nazzjonalità Rumena, imwielda fl-1 ta’ Frar 1960, għandha tinħatar membru tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi minflok is-Sur Ionuț GEORGESCU għall-perijodu mid-19 ta’ Novembru 2013 sal-31 ta’ Mejju 2015.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Novembru 2013.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    L. LINKEVIČIUS


    (1)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

    (2)  ĠU C 151, 21.5.2011, p. 1.


    Top