Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013D0634

    2013/634/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal- 31 ta’ Ottubru 2013 dwar l-aġġustamenti fl-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet għall-perjodu mill-2013 sal-2020 skont id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    ĠU L 292, 1.11.2013, p. 19–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2013/634/oj

    1.11.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 292/19


    DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

    tal-31 ta’ Ottubru 2013

    dwar l-aġġustamenti fl-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet għall-perjodu mill-2013 sal-2020 skont id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    (2013/634/UE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar l-isforz tal-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tagħhom biex jonoraw l-impenji tal-Komunità għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra sal-2020 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tagħha,

    Billi:

    (1)

    Sabiex jiġi implimentat l-Artikolu 10 tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE, l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet għall-perjodu mill-2013 sal-2020 kif determinati skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/162/UE (2) għandhom jiġu aġġustati skont il-kwantità:

    tal-kwoti li għandhom jinħarġu fir-rigward tal-installazzjonijiet li jwettqu attivitajiet elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) li huma inklużi biss fl-iskema għan-negozjar ta’ emissjonijiet tal-Unjoni (UE ETS) mill-2013 ’il quddiem,

    tal-kwoti li nħarġu skont id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li japprovaw l-inklużjoni unilaterali minn ċerti Stati Membri ta’ attivitajiet u gassijiet addizzjonali fl-Iskema għan-Negozjar ta’ Emissjonijiet skont l-Artikolu 24(1) tad-Direttiva 2003/87/KE bejn l-2008 u l-2012 u,

    tal-kwoti li jikkorrespondu għal installazzjonijiet esklużi mill-UE ETS skont l-Artikolu 27 tad-Direttiva 2003/87/KE mill-2013 ’il quddiem għaż-żmien li fih huma esklużi.

    (2)

    Id-dejta kif mibgħuta mill-Istati Membri skont l-Artikolu 9a(2) tad-Direttiva 2003/87/KE u kif tinsab fid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni C(2011)3798, C(2008)7867, C(2009)3032, C(2009)9849 u C(2012)497 li jaċċettaw l-inklużjoni unilaterali ta’ gassijiet serra u attivitajiet addizzjonali mill-Italja, il-Pajjiżi l-Baxxi, l-Awstrija, il-Latvja u r-Renju Unit skont l-Artikolu 24 tad-Direttiva 2003/87/KE, u li jqisu wkoll l-esklużjoni ta’ installazzjonijiet b’emissjonijiet baxxi mill-UE ETS mill-Ġermanja, ir-Renju Unit, Franza, Spanja, il-Kroazja, is-Slovenja u l-Italja skont l-Artikolu 27 tad-Direttiva 2003/87/KE u li ġiet aġġustata mill-Kummissjoni b’fattur lineari ta’ 1,74 %, intużat fil-kalkolu tal-aġġustament fl-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet ta’ kull Stat Membru, kif rilevanti.

    (3)

    Il-kwantità rilevanti għall-applikazzjoni tal-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE għandha tiġi kkalkulata bħala d-differenza bejn l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet stipulati fid-Deċiżjoni 2013/162/UE u l-aġġustamenti kif stipulati f’din id-Deċiżjoni. Jekk iċ-ċifra tal-aġġustament tkun negattiva, il-kwantità rilevanti għandha tiġi kkalkolata billi jiżdiedu l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet kif stipulat fid-Deċiżjoni 2013/162/UE bl-aġġustamenti stipulati f’din id-Deċiżjoni.

    (4)

    Biex tiġi żgurata l-konsistenza bejn kif jiġu determinati l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet, l-aġġustamenti tagħhom u l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra rrappurtati għal kull sena, l-aġġustamenti tal-Istati Membri fl-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet għandhom ukoll jiġu kkalkulati bl-applikazzjoni tal-valuri potenzjali tat-tisħin globali meħuda mir-raba’ rapport ta’ valutazzjoni tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima adottat bid-Deċiżjoni 15/CP.17 tal-Konferenza tal-Partijiet tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima. L-aġġustamenti fl-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet ikkalkulati b’dan il-mod għandhom japplikaw mill-ewwel sena li fiha r-rapportar tal-inventarji tal-gass serra li jsir bl-użu ta’ dawn il-valuri potenzjali ġodda tat-tisħin globali jsir obbligatorju skont l-Artikolu 7(6)b tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).

    (5)

    Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni f’waqtha tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE u biex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali fir-rigward tal-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet aġġustati tal-Istati Membri u l-kwantità rilevanti għall-applikazzjoni tal-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE, din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ tlett ijiem wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-aġġustamenti fl-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet għal kull Stat Membru għal kull sena tal-perjodu mill-2013 sal-2020 huma stipulati fl-Anness I.

    Artikolu 2

    Meta att adottat skont l-Artikolu 7(6)b tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 jipprevedi li l-Istati Membri jridu jissottomettu inventarji tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra determinati bl-użu tal-valuri potenzjali tat-tisħin globali meħuda mir-raba’ rapport ta’ valutazzjoni tal-IPCC kif adottat bid-Deċiżjoni 15/CP.17 tal-Konferenza tal-Partijiet tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima, l-aġġustamenti fl-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet stipulati fl-Anness II għandhom japplikaw mill-ewwel sena li fiha dan ir-rappurtar dwar l-inventarji tal-gass serra jsir obbligatorju. L-Artikolu 1 ma għandux japplika meta japplika dan l-Artikolu.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Ottubru 2013.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 140, 5.6.2009, p. 136.

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/162/UE tas-26 ta’ Marzu 2013 dwar kif għandhom jiġu ddeterminati l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet tal-Istati Membri għall-perjodu mill-2013 sal-2020 skont id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument (ĠU L 90, 28.3.2013, p. 106).

    (3)  Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).

    (4)  Ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra u għar-rapportar ta’ informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 13).


    ANNESS I

    Aġġustamenti fl-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet tal-Istati Membri għal kull sena tal-perjodu mill-2013 sal-2020 ikkalkulati bl-applikazzjoni tal-valuri potenzjali tat-tisħin globali meħuda mit-tieni rapport ta’ valutazzjoni tal-IPCC

    Stat Membru

    Aġġustamenti fl-Allokazzjoni ta’ Emissjonijiet Annwali

    (ekwivalenti ta’ tunnellati ta’ diossidu tal-karbonju)

    2013

    2014

    2015

    2016

    2017

    2018

    2019

    2020

    Il-Belġju

    4 048 929

    3 974 598

    3 900 267

    3 825 935

    3 751 604

    3 677 272

    3 602 941

    3 528 609

    Il-Bulgarija

    1 750 024

    1 717 896

    1 685 769

    1 653 641

    1 621 514

    1 589 387

    1 557 259

    1 525 132

    Ir-Repubblika Ċeka

    3 000 270

    2 945 190

    2 890 110

    2 835 031

    2 779 951

    2 724 871

    2 669 791

    2 614 711

    Id-Danimarka

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    Il-Ġermanja

    23 249 263

    22 822 446

    22 395 629

    21 968 812

    21 541 996

    21 115 178

    20 688 361

    20 261 544

    L-Estonja

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    L-Irlanda

    334 322

    328 184

    322 047

    315 909

    309 772

    303 634

    297 496

    291 359

    Il-Greċja

    2 057 904

    2 020 124

    1 982 344

    1 944 565

    1 906 785

    1 869 006

    1 831 226

    1 793 446

    Spanja

    7 980 597

    7 834 086

    7 687 576

    7 541 066

    7 394 555

    7 248 046

    7 101 536

    6 955 025

    Franza

    14 867 520

    14 594 578

    14 321 636

    14 048 693

    13 775 751

    13 502 808

    13 229 866

    12 956 923

    Il-Kroazja

    1 605 875

    1 576 394

    1 546 913

    1 517 431

    1 487 951

    1 458 469

    1 428 988

    1 399 507

    L-Italja

    9 607 019

    9 430 650

    9 254 282

    9 077 913

    8 901 544

    8 725 175

    8 548 807

    8 372 440

    Ċipru

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    Il-Latvja

    19 186

    18 834

    18 482

    18 130

    17 778

    17 426

    17 072

    16 720

    Il-Litwanja

    4 297 664

    4 218 766

    4 139 868

    4 060 971

    3 982 073

    3 903 175

    3 824 277

    3 745 379

    Il-Lussemburgu

    275 161

    270 110

    265 058

    260 007

    254 955

    249 904

    244 852

    239 801

    L-Ungerija

    413 285

    405 698

    398 111

    390 524

    382 936

    375 349

    367 762

    360 175

    Malta

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    Il-Pajjiżi l-Baxxi

    2 176 364

    2 136 410

    2 096 456

    2 056 502

    2 016 548

    1 976 592

    1 936 638

    1 896 684

    L-Awstrija

    2 026 990

    1 989 778

    1 952 566

    1 915 354

    1 878 142

    1 840 930

    1 803 718

    1 766 505

    Il-Polonja

    11 073 941

    10 870 642

    10 667 343

    10 464 045

    10 260 746

    10 057 447

    9 854 148

    9 650 850

    Il-Portugall

    563 543

    553 197

    542 852

    532 506

    522 160

    511 815

    501 469

    491 123

    Ir-Rumanija

    7 501 529

    7 363 813

    7 226 098

    7 088 383

    6 950 667

    6 812 952

    6 675 237

    6 537 521

    Is-Slovenja

    –46 842

    –45 983

    –45 122

    –44 262

    –43 403

    –42 543

    –41 683

    –40 822

    Is-Slovakkja

    2 181 413

    2 141 366

    2 101 319

    2 061 272

    2 021 225

    1 981 178

    1 941 131

    1 901 084

    Il-Finlandja

    1 769 997

    1 737 503

    1 705 009

    1 672 515

    1 640 021

    1 607 527

    1 575 032

    1 542 538

    L-Isvezja

    1 703 979

    1 672 697

    1 641 415

    1 610 133

    1 578 851

    1 547 568

    1 516 286

    1 485 004

    Ir-Renju Unit

    238 691

    234 309

    229 926

    225 545

    221 163

    216 781

    212 398

    208 017


    ANNESS II

    Aġġustamenti fl-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet tal-Istati Membri għal kull sena tal-perjodu mill-2013 sal-2020 ikkalkulati bl-applikazzjoni tal-valuri potenzjali tat-tisħin globali meħuda mir-raba’ rapport ta’ valutazzjoni tal-IPCC

    Stat Membru

    Aġġustamenti fl-Allokazzjoni ta’ Emissjonijiet Annwali

    (ekwivalenti ta’ tunnellati ta’ diossidu tal-karbonju)

    2013

    2014

    2015

    2016

    2017

    2018

    2019

    2020

    Il-Belġju

    3 996 502

    3 923 133

    3 849 764

    3 776 395

    3 703 026

    3 629 657

    3 556 288

    3 482 919

    Il-Bulgarija

    1 728 601

    1 696 867

    1 665 133

    1 633 398

    1 601 664

    1 569 930

    1 538 196

    1 506 462

    Ir-Repubblika Ċeka

    2 978 152

    2 923 478

    2 868 804

    2 814 130

    2 759 457

    2 704 783

    2 650 109

    2 595 435

    Id-Danimarka

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    Il-Ġermanja

    23 197 461

    22 771 595

    22 345 729

    21 919 863

    21 493 997

    21 068 131

    20 642 265

    20 216 399

    L-Estonja

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    L-Irlanda

    334 322

    328 184

    322 047

    315 909

    309 772

    303 634

    297 496

    291 359

    Il-Greċja

    2 048 785

    2 011 173

    1 973 560

    1 935 948

    1 898 336

    1 860 724

    1 823 111

    1 785 499

    Spanja

    7 987 731

    7 841 090

    7 694 448

    7 547 807

    7 401 166

    7 254 525

    7 107 884

    6 961 243

    Franza

    14 686 466

    14 416 848

    14 147 230

    13 877 611

    13 607 993

    13 338 373

    13 068 755

    12 799 136

    Il-Kroazja

    1 582 200

    1 553 154

    1 524 107

    1 495 060

    1 466 014

    1 436 968

    1 407 921

    1 378 875

    L-Italja

    9 607 222

    9 430 849

    9 254 477

    9 078 104

    8 901 732

    8 725 359

    8 548 988

    8 372 615

    Ċipru

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    Il-Latvja

    19 186

    18 834

    18 482

    18 130

    17 778

    17 426

    17 072

    16 720

    Il-Litwanja

    4 217 333

    4 139 910

    4 062 487

    3 985 064

    3 907 641

    3 830 218

    3 752 795

    3 675 371

    Il-Lussemburgu

    275 161

    270 110

    265 058

    260 007

    254 955

    249 904

    244 852

    239 801

    L-Ungerija

    397 287

    389 994

    382 700

    375 407

    368 113

    360 820

    353 526

    346 233

    Malta

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    Il-Pajjiżi l-Baxxi

    2 138 730

    2 099 466

    2 060 203

    2 020 939

    1 981 676

    1 942 413

    1 903 149

    1 863 886

    L-Awstrija

    2 018 185

    1 981 135

    1 944 084

    1 907 034

    1 869 984

    1 832 933

    1 795 883

    1 758 832

    Il-Polonja

    10 936 568

    10 735 791

    10 535 014

    10 334 238

    10 133 461

    9 932 684

    9 731 907

    9 531 130

    Il-Portugall

    563 543

    553 197

    542 852

    532 506

    522 160

    511 815

    501 469

    491 123

    Ir-Rumanija

    7 450 508

    7 313 730

    7 176 951

    7 040 172

    6 903 394

    6 766 615

    6 629 836

    6 493 057

    Is-Slovenja

    –45 241

    –44 411

    –43 580

    –42 749

    –41 919

    –41 089

    –40 258

    –39 427

    Is-Slovakkja

    1 854 320

    1 820 278

    1 786 236

    1 752 194

    1 718 151

    1 684 109

    1 650 067

    1 616 025

    Il-Finlandja

    1 720 524

    1 688 938

    1 657 352

    1 625 766

    1 594 180

    1 562 594

    1 531 009

    1 499 423

    L-Isvezja

    1 701 355

    1 670 121

    1 638 887

    1 607 653

    1 576 419

    1 545 185

    1 513 951

    1 482 717

    Ir-Renju Unit

    238 830

    234 446

    230 061

    225 676

    221 292

    216 908

    212 523

    208 138


    Top