EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013D0633

2013/633/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 30 ta’ Ottubru 2013 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/742/KE sabiex ittawwal il-validità tal-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għal pompi tas-sħana mħaddma bl-elettriku, bil-gass jew bl-assorbiment tal-gass (notifikata bid-dokument C(2013) 7154) Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 292, 1.11.2013, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/10/2014

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/633/oj

1.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 292/18


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-30 ta’ Ottubru 2013

li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/742/KE sabiex ittawwal il-validità tal-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għal pompi tas-sħana mħaddma bl-elettriku, bil-gass jew bl-assorbiment tal-gass

(notifikata bid-dokument C(2013) 7154)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2013/633/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar skema ta’ Ekotikketta tal-UE (1), u b’mod partikulari l-punt (c) tal-Artikolu 8(3) tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Bord tal-Unjoni Ewropea għat-Tikkettar Ekoloġiku,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/742/KE (2) tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2013.

(2)

Twettqet valutazzjoni biex tevalwa r-rilevanza u l-adegwatezza tal-kriterji ekoloġiċi attwali, kif ukoll tar-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika relatati, stabbiliti minn din id-Deċiżjoni. Minħabba l-istadju tal-proċess tar-reviżjoni għal din id-Deċiżjoni, huwa xieraq li jittawal il-perjodu ta’ validità tal-kriterji ekoloġiċi u r-rekwiżiti relatati ta’ valutazzjoni u ta’ verifika li huwa jistabbilixxi. Il-perjodu ta’ validità tal-kriterji ekoloġiċi u r-rekwiżiti relatati ta’ valutazzjoni u verifika stabbiliti fid-Deċiżjoni 2007/742/KE għandu jittawwal sal-31 ta’ Ottubru 2014.

(3)

Id-Deċiżjoni 2007/742/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(4)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat imwaqqaf permezz tal-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 66/2010

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2007/742/KE għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 4

Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta’ prodotti ‘pompi tas-sħana mħaddma bl-elettriku, bil-gass jew bl-assorbiment tal-gass’, kif ukoll ir-rekwiżiti relatati ta’ valutazzjoni u verifika, għandhom ikunu validi sal-31 ta’ Ottubru 2014”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Ottubru 2013.

Għall-Kummissjoni

Janez POTOČNIK

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 27, 30.1.2010, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/742/KE tad-9 ta’ Novembru 2007 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta Komunitarja lill-pompi tas-sħana mħaddma bl-elettriku, bil-gass jew bl-assorbiment tal-gass (ĠU L 301, 20.11.2007, p. 14).


Top