Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013D0465

2013/465/PESK: Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà EUMM Georgia/1/2013 tat- 13 ta’ Settembru 2013 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja (EUMM Georgia)

ĠU L 251, 21.9.2013, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 14/12/2014

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/465/oj

21.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 251/12


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ EUMM GEORGIA/1/2013

tat-13 ta’ Settembru 2013

dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja (EUMM Georgia)

(2013/465/PESK)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/452/PESK tat-12 ta' Awwissu 2010 dwar il-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja, EUMM Georgia (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(1) tagħha,

Billi:

(1)

Taħt id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/452/PESK, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) huwa awtorizzat, f’konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat, biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti bl-għan li jeżerċita l-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorgja (EUMM Georgia), inkluża d-deċiżjoni biex jinħatar Kap ta' Missjoni.

(2)

Fl-14 ta' Settembru 2012, il-KPS adotta d-Deċiżjoni EUMM Georgia/1/2012 (2) li testendi l-mandat tas-Sur Andrzej TYSZKIEWICZ, bħala Kap tal-EUMM Georgia sal-14 ta' Settembru 2013.

(3)

Fl-24 ta' Lulju 2013, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà pproponiet il-ħatra tas-Sur Toivo KLAAR bħala Kap tal-EUMM Georgia mill-15 ta' Settembru 2013 sal-14 ta' Diċembru 2014,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Toivo KLAAR huwa b'dan maħtur Kap tal-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja (EUMM Georgia) mill-15 ta' Settembru 2013 sal-14 ta' Diċembru 2014.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Settembru 2013.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

W. STEVENS


(1)   ĠU L 213, 13.8.2010, p. 43.

(2)   ĠU L 257, 25.9.2012 p.15.


Top