Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013D0462

2013/462/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 22 ta’ Lulju 2013 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Gaboniża

ĠU L 250, 20.9.2013, p. 1–1 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/462/oj

Related international agreement

20.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 250/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-22 ta’ Lulju 2013

dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Gaboniża

(2013/462/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43, flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fis-16 ta’ April 2007, il-Kunsill approva l-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-Sajd bejn ir-Repubblika Gaboniża u l-Komunità Ewropea (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ il-“Ftehim ta’ Sħubija”), bl-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 450/2007 (1).

(2)

L-aħħar Protokoll ta’ dan il-Ftehim ta’ Sħubija (2) skada fit-2 ta’ Diċembru 2011.

(3)

Il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tinnegozja Protokoll ġdid li jagħti opportunitajiet tas-sajd lill-bastimenti tal-UE fl-ilmijiet li fihom ir-Repubblika Gaboniża teżerċita s-sovranità jew il-ġurisdizzjoni tagħha fir-rigward tas-sajd. Wara dawn in-negozjati, ġie inizjalat Protokoll ġdid fl-24 ta’ April 2013.

(4)

Sabiex tkun żgurata l-kontinwità tal-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tal-UE, il-Protokoll ġdid jipprevedi l-applikazzjoni provviżorja tiegħu mid-data tal-iffirmar tiegħu sakemm jitlestew il-proċeduri neċessarji għall-konklużjoni tiegħu.

(5)

Huwa xieraq li l-Protokoll ġdid jiġi ffirmat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Gaboniża (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Protokoll”) huwa approvat, soġġett għall-konklużjoni tal-Protokoll imsemmi.

It-test tal-Protokoll huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa awtorizzat li jinnomina l-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Protokoll f’isem l-Unjoni.

Artikolu 3

Il-Protokoll għandu japplika b’mod provviżorju, skont l-Artikolu 14 tiegħu, mid-data tal-iffirmar tiegħu, sakemm jitlestew il-proċeduri neċessarji għall-konklużjoni tiegħu.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ il-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 450/2007 tas-16 ta’ April 2007 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd bejn ir-Repubblika tal-Gabon u l-Komunità Ewropea (ĠU L 109, 26.4.2007, p. 1).

(2)   ĠU L 319, 18.11.2006, p. 17


Top