Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013D0386

    2013/386/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 15 ta’ Lulju 2013 li testendi l-perijodu ta’ applikazzjoni tal-miżuri xierqa stabbiliti għar-Repubblika tal-Ginea bid-Deċiżjoni 2011/465/UE u li temenda dik id-Deċiżjoni

    ĠU L 194, 17.7.2013, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 19/07/2013

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/386/oj

    17.7.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 194/8


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tal-15 ta’ Lulju 2013

    li testendi l-perijodu ta’ applikazzjoni tal-miżuri xierqa stabbiliti għar-Repubblika tal-Ginea bid-Deċiżjoni 2011/465/UE u li temenda dik id-Deċiżjoni

    (2013/386/UE)

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, min-naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 (1), kif emendat l-aħħar f’Ouagadougou fit-22 ta’ Ġunju 2010 (2) (“il-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 96 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern bejn ir-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, li jiltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, dwar miżuri li għandhom jittieħdu u proċeduri li għandhom ikunu segwiti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 3 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/465/UE (4) tistabbilixxi miżuri xierqa għar-Repubblika tal-Ginea (minn hawn ‘il quddiem il-“Ginea”) skont l-Artikolu 96(2)(c) tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE.

    (2)

    Din id-Deċiżjoni, estiża u emendata permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/404/UE (5), tistabbilixxi żewġ kundizzjonijiet biex terġa’ tibda l-kooperazzjoni mar-Repubblika tal-Ginea, jiġifieri t-tfassil ta’ skeda ta’ żmien dettaljata u l-adozzjoni tagħha mill-awtoritajiet kompetenti għaż-żamma tal-elezzjonijiet parlamentari sal-aħħar tal-2012, u ż-żamma ta’ elezzjonijiet parlamentari ħielsa u trasparenti.

    (3)

    Wara t-trasmissjoni mill-President tal-Kummissjoni Elettorali Nazzjonali Indipendenti tal-Ginea ta’ skeda ta’ żmien elettorali għaż-żamma tal-elezzjonijiet fit-12 ta’ Mejju 2013, il-Kunsill ikkunsidra li l-ewwel punt ta’ riferiment minnhom kien intlaħaq.

    (4)

    Il-perijodu ta’ validità tad-Deċiżjoni 2011/465/UE, kif estiż u emendat bid-Deċiżjoni 2012/404/UE, huwa sad-19 ta’ Lulju 2013.

    (5)

    Fit-13 ta’ April 2013, digriet presidenzjali stabbilixxa t-30 ta’ Ġunju 2013 bħala d-data tal-elezzjonijiet parlamentari. L-iskadenza legali għall-pubblikazzjoni tar-riżultati finali tal-elezzjonijiet mill-Qorti Suprema tar-Repubblika tal-Ginea tmur lil hinn mid-19 ta’ Lulju 2013.

    (6)

    Għaldaqstant huwa meħtieġ li jiġi estiż il-perijodu tal-applikazzjoni tal-miżuri xierqa stabbiliti fid-Deċiżjoni 2011/465/UE għal perijodu ta’ 12-il xahar. Huwa neċessarju wkoll li tiġi estiża sa tmiem Ottubru 2013 l-iskadenza stabbilita fiha għaż-żamma tal-elezzjonijiet parlamentari fil-Ginea,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2011/465/UE, id-data “19 ta’ Lulju 2013” hija mibdula bid-data “19 ta’ Lulju 2014”.

    Artikolu 2

    L-iskadenza għall-impenn tar-Repubblika tal-Ginea li żżomm elezzjonijiet parlamentari liberi u trasparenti, kif stabbilit fil-miżuri xierqa fl-Anness għad-Deċiżjoni 2011/465/UE, hija estiża sal-31 ta’ Ottubru 2013.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Lulju 2013.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    V. JUKNA


    (1)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.

    (2)  ĠU L 287, 4.11.2010, p. 3.

    (3)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 376.

    (4)  ĠU L 195, 27.7.2011, p. 2.

    (5)  ĠU L 188, 18.7.2012, p. 17.


    Top