Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013D0371

2013/371/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tad- 9 ta’ Lulju 2013 li taħtar membru Olandiż u membru supplenti Olandiż fil-Kumitat tar-Reġjuni

ĠU L 190, 11.7.2013, p. 90–90 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/01/2015

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/371/oj

11.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 190/90


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tad-9 ta’ Lulju 2013

li taħtar membru Olandiż u membru supplenti Olandiż fil-Kumitat tar-Reġjuni

(2013/371/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Olandiż,

Billi:

(1)

Fit-22 ta’ Diċembru 2009 u fit-18 ta’ Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/UE (1) u 2010/29/UE (2) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2010 sal-25 ta’ Jannar 2015.

(2)

Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sinjura Annemieke TRAAG, sar vakanti siġġu ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(3)

Konsegwentement għall-ħatra tas-Sur Rogier van der SANDE bħala membru tal-Kumitat tar-Reġjuni sar vakanti siġġu ta’ membru supplenti,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huma b’dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2015:

(a)

bħala membru:

Is-Sur Rogier van der SANDE, member of the Executive Council of the Province of Zuid-Holland

u

(b)

bħala membru supplenti:

Is-Sinjura Annemieke TRAAG, member of the Executive Council of the Province of Gelderland.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

R. ŠADŽIUS


(1)   ĠU L 348, 29.12.2009, p. 22.

(2)   ĠU L 12, 19.1.2010, p. 11.


Top