EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013D0352

Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/352/PESK tat- 2 ta’ Lulju 2013 li temenda d-Deċiżjoni 2012/440/PESK li taħtar ir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem

ĠU L 185, 4.7.2013, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2014

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/352/oj

4.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 185/8


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2013/352/PESK

tat-2 ta’ Lulju 2013

li temenda d-Deċiżjoni 2012/440/PESK li taħtar ir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 28, l-Artikolu 31(2) u l-Artikolu 33 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-25 ta' Lulju 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/440/PESK (1) li taħtar lis-Sur Stavros LAMBRINIDIS bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għad-Drittijiet tal-Bniedem. Il-mandat tar-RSUE ser jiskadi fit-30 ta' Ġunju 2014.

(2)

Id-Deċiżjoni 2012/440/PESK ipprovdiet lir-RSUE bl-ammont ta' referenza finanzjarja li jkopri l-perijodu mill-25 ta' Lulju 2012 sat-30 ta' Ġunju 2013. Għandu jiġi stabbilit ammont ta' referenza finanzjarja ġdid għall-perijodu mill-1 ta' Lulju 2013 sat-30 ta' Ġunju 2014.

(3)

Id-Deċiżjoni 2012/440/PESK għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni 2012/440/PESK, jiżdied il-punt li ġej:

"L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE fil-perijodu mill-1 ta' Lulju 2013 sat-30 ta' Ġunju 2014 għandu jkun ta' EUR 837 000.".

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tapplika mill-1 ta' Lulju 2013.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

L. LINKEVIČIUS


(1)  ĠU L 200, 27.7.2012, p. 21.


Top