This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013D0345
2013/345/EU: Council Decision of 1 July 2013 amending the Council's Rules of Procedure
2013/345/UE: Deċizjoni tal-Kunsill tal- 1 ta’ Lulju 2013 li temenda r-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill
2013/345/UE: Deċizjoni tal-Kunsill tal- 1 ta’ Lulju 2013 li temenda r-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill
ĠU L 183, 2.7.2013, p. 11–11
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
2.7.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 183/11 |
DEĊIZJONI TAL-KUNSILL
tal-1 ta’ Lulju 2013
li temenda r-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill
(2013/345/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 240(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-ewwel u r-raba’ subparagrafi tal-Artikolu 3(3) tal-Protokoll (Nru 36) dwar id-dispożizzjonijiet transitorji anness mat-Trattati jipprevedu li, sal-31 ta' Ottubru 2014, meta għandu jiġi adottat att mill-Kunsill b'maġġoranza kwalifikata, u jekk membru tal-Kunsill hekk jitlob, għandu jiġi vverifikat li l-Istati Membri li jikkostitwixxu din il-maġġoranza kwalifikata jirrappreżentaw mill-inqas 62 % tal-popolazzjoni totali tal-Unjoni. |
(2) |
Dak il-persentaġġ jiġi kkalkolat konformement maċ-ċifri tal-popolazzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 1 tal-Anness III mar-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill (1) (minn hawn 'il quddiem imsejħin "ir-Regoli ta' Proċedura"). |
(3) |
Fl-14 ta' Jannar 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/37/UE (2) li emendat ir-Regoli ta' Proċedura sabiex jiġu aġġornati ċ-ċifri fl-Artikolu 1 tal-Anness III tar-Regoli ta' Proċedura b'effett mill-1 ta' Jannar 2013 kif meħtieġ mill-Artikolu 2(2) ta' dak l-Anness. |
(4) |
Konsegwentement għall-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni, l-Anness tar-Regoli ta' Proċedura għandu jiġi emendat biex jittieħed kont tal-popolazzjoni tagħha, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
It-tabella fl-Artikolu 1 tal-Anness III tar-Regoli ta' Proċedura hija b'dan emendata kif ġej:
(1) |
l-entrata l-ġdida li gejja tiddaħħal wara l-entrata rigward l-Irlanda:
|
(2) |
l-entrata intitolata "Total" hija sostitwita bl-entrata li ġejja:
|
(3) |
l-entrata intitolata "Livell minimu (62 %)" hija sostitwita bl-entrata li ġejja:
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Hija għandha tapplika mill-1 ta’ Lulju 2013.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Lulju 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
L. LINKEVIČIUS
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/937/UE tal-1 ta’ Diċembru 2009 li tadotta r-Regoli ta’ Proċedura tiegħu (ĠU L 325, 11.12.2009, p. 35).
(2) ĠU L 16, 19.1.2013, p. 16.