Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013D0342

2013/342/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 1 ta’ Lulju 2013 li taħtar il-membri Kroati u l-membri supplenti Kroati tal-Kumitat tar-Reġjuni

ĠU L 183, 2.7.2013, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/01/2015

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/342/oj

2.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 183/8


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-1 ta’ Lulju 2013

li taħtar il-membri Kroati u l-membri supplenti Kroati tal-Kumitat tar-Reġjuni

(2013/342/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Att tal-Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja, u b'mod partikolari l-Artikolu 24 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta magħmula mill-Gvern tar-Repubblika tal-Kroazja,

Billi:

(1)

Fit-22 ta' Diċembru 2009 u fit-18 ta' Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/UE (1) u 2010/29/UE (2) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2010 sal-25 ta' Jannar 2015.

(2)

Wara l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jitkabbar bil-ħatra ta' disa' membri u disa' membri supplenti li jirrappreżentaw l-korpi reġjonali u lokali fil-Kroazja li jew, għandhom mandat elettorali fi ħdan awtorità reġjonali jew lokali jew għandhom responsabbiltà politika lejn assemblea eletta,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-persuni li ġejjin huma b'dan maħtura fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mill-1 ta' Lulju 2013 sal-25 ta' Jannar 2015:

(a)

bħala membri:

Is-Sinjura Snježana BUŽINEC, Mayor of the Municipality of Jakovlje

Is-Sur Nikola DOBROSLAVIĆ, Prefect of Dubrovnik-Neretva County

Is-Sur Bruno HRANIĆ, Mayor of the Municipality of Vidovec

Is-Sur Ivan JAKOVČIĆ, Member of the Assembly of Istria County

Is-Sur Danijel MARUŠIĆ, Prefect of Brod-Posavina County

Is-Sur Vojko OBERSNEL, Mayor of the City of Rijeka

Is-Sinjura Jelena PAVIČIĆ VUKIČEVIĆ, Member of the Assembly of the City of Zagreb

Is-Sur Predrag ŠTROMAR, Prefect of Varaždin County

kif ukoll

(b)

bħala membri supplenti:

Is-Sur Martin BARIČEVIĆ, Mayor of the Municipality of Jasenice

Is-Sinjura Viviana BENUSSI, Deputy Prefect of Istria County

Is-Sur Miroslav ČAČIJA, Member of the Bjelovar-Bilogora County Assembly

Is-Sinjura Blanka GLAVICA-JEČMENICA, Member of the Council of Municipality Maruševec

Is-Sur Andrija RUDIĆ, Mayor of the City of Kutina

Is-Sur Tulio DEMETLIKA, Mayor of the City of Labin

Is-Sinjura Josipa RIMAC, Mayor of the City of Knin

Is-Sur Željko SABO, Mayor of the City of Vukovar

Is-Sinjura Ivana POSAVEC KRIVEC, Member of the Assembly of Zagreb County.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

L. LINKEVIČIUS


(1)   ĠU L 348, 29.12.2009, p. 22.

(2)   ĠU L 12, 19.1.2010, p. 11.


Top