Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013D0286

    2013/286/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 17 ta’ Mejju 2013 li tinnomina l-Kapitali Ewropea tal-Kultura għall-2017 fid-Danimarka u f’Ċipru u l-Kapitali Ewropea tal-Kultura għall-2018 f’Malta

    ĠU L 162, 14.6.2013, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/286/oj

    14.6.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 162/9


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tas-17 ta’ Mejju 2013

    li tinnomina l-Kapitali Ewropea tal-Kultura għall-2017 fid-Danimarka u f’Ċipru u l-Kapitali Ewropea tal-Kultura għall-2018 f’Malta

    (2013/286/UE)

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1622/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 2006 li tistabbilixxi azzjoni Komunitarja għall-avveniment tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura għas-snin mill-2007 sal-2019 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(3) tagħha,

    Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-rapporti tal-bord tal-għażla ta’ Settembru 2012 dwar il-proċess tal-għażla tal-Kapitali Ewropej tal-Kultura fid-Danimarka u f’Ċipru,

    Wara li kkunsidra r-rapport tal-bord tal-għażla ta’ Novembru 2012 dwar il-proċess tal-għażla tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura f’Malta,

    Billi:

    Filwaqt li jqis li l-kriterji msemmija fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Nru 1622/2006/KE ntlaħqu kollha,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Aarhus u Paphos huma nnominati bħala “Il-Kapitali Ewropea tal-Kultura 2017” rispettivament fid-Danimarka u f’Ċipru.

    Il-Belt Valletta hija nnominata bħala “Il-Kapitali Ewropea tal-Kultura 2018” f’Malta.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Mejju 2013.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    R. QUINN


    (1)  ĠU L 304, 3.11.2006, p. 1.


    Top