EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013D0270

Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/270/PESK tas- 6 ta’ Ġunju 2013 li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

ĠU L 156, 8.6.2013, p. 10–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/270/oj

8.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 156/10


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2013/270/PESK

tas-6 ta’ Ġunju 2013

li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/CFSP tas-26 ta' Lulju 2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 23 tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-26 ta' Lulju 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/413/PESK.

(2)

Fl-20 ta' Diċembru 2012, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti stabbilit f'konformità mar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSCR) 1737 (2006), emenda l-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għall-projbizzjoni fuq l-ivjaġġar u l-iffriżar tal-assi f'konformità mal-UNSCR 1737 (2006), UNSCR 1747 (2007), UNSCR 1803 (2008) u UNSCR 1929 (2010), billi żied żewġ entitajiet ma' dik il-lista. Dawk l-entitajiet għandhom jiġu inklużi fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi kif jinsabu fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK.

(3)

Barra minn hekk, il-Kunsill jikkunsidra li entitajiet addizzjonali b'rabtiet ma' entitajiet diġà elenkati għandhom jiġu inklużi fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi kif jinsabu fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK.

(4)

Barra dan, il-Kunsill jikkunsidra li l-entrati rigward ċerti persuni u entitajiet inklużi fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK għandhom jiġu emendati.

(5)

M'għadx hemm raġunijiet għaliex għandhom jinżammu ċerti entitajiet fuq il-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi kif jinsabu fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK.

(6)

Id-Deċiżjoni 2010/413/PESK għandha għalhekk tiġi emendata kif adatt,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Annessi I u II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK għandhom jiġu emendati kif jinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-6 ta’ Ġunju 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

A. SHATTER


(1)  ĠU L 195, 27.7.2010, p. 39.


ANNESS

I.   L-entitajiet elenkati hawn taħt għandhom jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK.

A.   Persuni u entitajiet involuti f'attivitajiet nukleari jew relatati ma' missili ballistiċi

Entitajiet

(1)

Yas Air: Yas Air huwa l-isem il-ġdid ta' Pars Air, kumpannija li kienet proprjetà ta' Pars Aviation Services Company, li min-naħa tagħha kienet indikata mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti fir-Riżoluzzjoni 1747 (2007). Yas Air għenet lil Pars Aviation Services Company, entità indikata min-Nazzjonijiet Uniti, biex tikser il-paragrafu 5 tar-Riżoluzzjoni 1747 (2007).

Indirizz: Mehrabad International Airport, Next to Terminal No. 6, Tehran, Iran.

Data tal-indikazzjoni min-NU: 10.12.2012

(2)

SAD Import Export Company: SAD Import Export Company għenet lil Parchin Chemical Industries and 7th of Tir Industries, entità indikata min-Nazzjonijiet Uniti, biex tikser il-paragrafu 5 tar-Riżoluzzjoni 1747 (2007).

Indirizz: Haftom Tir Square, South Mofte Avenue, Tour Line No 3/1, Tehran, Iran. (2) PO Box 1584864813.

Data tal-indikazzjoni min-NU: 10.12.2012

II.   L-entitajiet elenkati hawn taħt għandhom jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK.

I.   Persuni u entitajiet involuti f’attivitajiet nukleari jew relatati ma' ballistiċi u persuni u entitajiet li jagħtu appoġġ lill-Gvern tal-Iran

B.   Entitajiet

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

1

Petropars Iran Company (magħrufa wkoll bħala: PPI)

Indirizz: No. 9,Maaref Street,

Farhang Blvd, Saadet Abad,

Tehran, Iran.

Tel +98-21-22096701- 4.

http://www.petropars.com/Subsidiaries/PPI.aspx

Sussidjarja tal-entità indikata Petropars Ltd

8.6.2013

2.

Petropars Iran Company (magħrufa wkoll bħala: POSCO)

Indirizz: Kish harbor,

PPI Bldg,

Tel +98-764-445 03 05,

http://www.petropars.com/Subsidiaries/POSCO.aspx.

Sussidjarja tal-entità indikata Petropars Iran Company

8.6.2013

3.

Petropars Operation & Management Company (magħrufa wkoll bħala: POMC)

Indirizz: South Pars Gas,

Assaluyeh, Bushehr,

Tel +98-772-7363852.

http://www.petropars.com/Subsidiaries/POMC.aspx

Sussidjarja tal-entità indikata Petropars Iran Company

8.6.2013

4.

Petropars Resources Engineering Ltd (magħrufa wkoll bħala: PRE)

Indirizz: 4th Floor, No. 19, 5th St., Gandi Ave.,

Tehran, Iran, 1517646113,

Tel +98-21 88888910/13.

http://www.petropars.com/Subsidiaries/PRE.aspx http://www.petropars.com/Subsidiaries/PRE.aspx

Sussidjarja tal-entità indikata Petropars Iran Company

8.6.2013

5.

Iranian Oil Company (U.K.) Limited (IOC)

Iranian Oil Company (U.K.) Limited (IOC)

Indirizz: Indirizz: NIOC House 6th Floor,

4 Victoria Street,

London, United Kingdom,

SW1H 0NE

IOC hija interament proprjetà ta' Naftiran Intertrade Company (NICO). NICO hija fiha nfisha indikata fis-sanzjonijiet tal-UE għaliex hija interament proprjetà tan-National Iranian Oil Company (NIOC), li hija wkoll entità indikata mill-UE għaliex tipprovdi riżorsi finanzjarji lill-Gvern tal-Iran. It-tliet Diretturi tal-Bord kollha tal-ICO sat-18 ta' Diċembru 2012 ħadmu preċedentement għall-NIOCf'rwol ta' kariga ta' direttur, li juri ulterjorment ir-rabta qawwija bejn l-IOC u l-NIOC.

8.6.2013

III.   L-entrati għall-persuni u l-entitajiet li jinsabu fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK elenkati hawn taħt għandhom jiġu sostitwiti bl-entrati li jinsabu hawn taħt.

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

1.

Sorinet Commercial Trust (SCT) (magħrufa wkoll bħala: SCT Bankers; SCT Bankers Kish Company (PJS); SCT Bankers Company Branch; Sorinet Commercial Trust Bankers)

1.

Kish Island branch:

SCT Bankers (Kish Branch),

Sadaf Tower, 3 rd Floor,

Suite 301,

Kish Island, Iran,

P.O.Box 87

Tel: 09347695504

Branch: UAE – Dubai,

P.O. Box 31988

Indirizz alternattiv:

Kish Banking Fin Activities Center, No 42, 4th floor,

VC25 Part, Kish Island

BIC: SCERIRTH KSH

2.

Dubai branch:

SCT Bankers Kish Company (PJS),

Head Office,

Kish Island,

Sadaf Tower, 3d floor,

Suite 301,

P.O. Box 87

Tel: 09347695504

Branch: UAE – Dubai,

P.O. Box 31988

Indirizz alternattiv:

Sheykh Admad, Sheykh Zayed Road,

31988 Dubai, AE

Indirizz alternattiv:

Branch: No.1808, 18th Floor, Grosvenor House Commercial Tower,

Sheikh Ahmad Sheik Zayed Road,

Dubai, UAE,

P.O.Box 31988

Tel: 0097 14 3257022-99

E-mail: INFO@SCTBankers.com

BIC: SCTSAEA1

3.

Tehran branch:

SCT Bankers Kish Company (PJS),

Head Office,

Kish Island,

Sadaf Tower, 3 rd Floor,

Suite 301,

Kish Island, Iran,

P.O.Box 87

Tel: 09347695504

Branch: UAE – Dubai,

P.O. Box 31988

Indirizz alternattiv:

Reahi Aiiey, First of Karaj,

Maksous Road 9,

Tehran Iran

BIC: SCERIRTH

Sorinet Commercial Trust (SCT) qed tassisti entitajiet indikati biex jiksru d-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-UE dwar l-Iran u qed tipprovdi appoġġ finanzjarju lill-Gvern tal-Iran. SCT hija parti mill-Grupp Sorinet, proprjetà u operata minn Babak Zanjani. Hija qed tintuża biex jiġu ttrasferiti ħlasijiet Iranjani relatati maż-żejt.

22.12.2012

2.

Mohammad Moghaddami FARD

Data tat-twelid: 19 ta' Lulju 1956,

Passaport: N10623175 (Iran) maħruġ fis-27 ta' Marzu 2007; jiskadi fis-26 ta' Marzu 2012.

Ex-Direttur Reġjonali tal-IRISL fl-Emirati Għarab Magħquda, Direttur Maniġerjali ta' Pacific Shipping, sanzjonata mill-Unjoni Ewropea, ta' Great Ocean Shipping Company, psewdonimu ta' Oasi Freight Agency, sanzjonata mill-Unjoni Ewropea. Stabbilixxa l-Crystal Shipping FZE fl-2010 bħala parti mill-isforzi biex tiġi evitata l-indikazzjoni mill-UE tal-IRISL.

1.12.2011

3.

Ahmad Sarkandi

Twieled fit-30 ta' Settembru 1953, Iranjan.

Ex-Direttur Finanzjarju tal-IRISL mill-2011. Kien direttur eżekuttiv ta' diversi sussidjarji tal-IRISL sanzjonati mill-Unjoni Ewropea, li stabbilixxa diversi kumpanniji ta' faċċata li fihom hu għadu rreġistrat bħala Direttur Maniġerjali u azzjonist.

1.12.2011

4.

Good Luck Shipping Company

P.O. Box 8486 – office 206/207,

Ahmad Ghubash Building,

Oud Mehta,

Bur Dubai, UAE.

Kumpannija li taġixxi f'isem l-IRISL. Ikkontrollata minn Mohammad Moghddami Fard. Good Luck Shipping Company inħolqot biex tissostitwixxi l-Oasis Freight Company magħrufa bħala Great Ocean Shipping Services, li kienet sanzjonata mill-Unjoni Ewropea u f'likwidazzjoni legali. Good Luck Shipping Company ħarġet dokumenti tat-trasport foloz għall-IRISL u entitajiet proprjetà ta' jew ikkontrollati mill-IRISL. Taġixxi f'isem HDSL u Sapid, indikati mill-UE, fl-Emirati Għarab Magħquda. Stabbilita f'Ġunju 2011 bħala riżultat tas-sanzjonijiet, biex tissostitwixxi l-Great Ocean Shipping Services.

1.12.2011

5.

Azores Shipping Company magħrufa wkoll bħala Azores Shipping FZE LLC

P.O. Box 113740 – Office no 236,

Sultan Business Center,

Oud Mehta,

Dubai, UAE

Ikkontrollata minn Mohammad Moghddami Fard. Tipprovdi servizzi lis-sussidjarja tal-IRISL, Valfajre Shipping Company, indikata mill-UE. Kumpannija ta' faċċata proprjetà jew li tinsab taħt il-kontroll tal-IRISL jew ta' sussidjarja tal-IRISL. Hija l-proprjetarja rreġistrata ta' bastiment proprjetà ta' jew ikkontrollat mill-IRISL. Moghddami Fard huwa direttur tal-kumpannija.

1.12.2011

6.

Pacific Shipping

P.O. Box 127137 – Office no 334,

Sultan Business Center,

Oud Mehta,

Dubai, UAE

Taġixxi għall-IRISL fil-Lvant Nofsani. Hija sussidjarja tal-Azores Shipping Company. Id-Direttur Maniġerjali tagħha huwa Mohammad Moghaddami Fard. F'Ottubru tal-2010, hija kienet involuta fl-istabbiliment ta' kumpanniji ta' kopertura; l-ismijiet tal-kumpanniji l-ġodda intużaw fuq kontijiet tat-tagħbija sabiex jiġu evitati s-sanzjonijiet. Hija tkompli tkun involuta fl-iskedar ta' bastimenti tal-IRISL.

1.12.2011

IV.   L-entitajiet elenkati hawn taħt għandhom jitneħħew mil-lista li tinsab fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK:

1.

Sad Export Import Company (magħrufa wkoll bħala SAD Import & Export Company)

2.

Yas Air

3.

Oasis Freight Agency

4.

Great Ocean Shipping Services (GOSS)


Top