Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013D0254

2013/254/CFSP: Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà EUBAM Libya/1/2013 tal- 24 ta’ Mejju 2013 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya)

ĠU L 147, 1.6.2013, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 21/05/2015

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/254/oj

1.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 147/13


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ EUBAM LIBYA/1/2013

tal-24 ta’ Mejju 2013

dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya)

(2013/254/PESK)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/233/PESK tat-22 ta’ Mejju 2013 dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1) tagħha,

Billi:

(1)

Taħt l-Artikolu 9(1) tad-Deċiżjoni 2013/233/PESK, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) huwa awtorizzat, f’konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat, sabiex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti għall-fini tal-kontroll politiku u tat-tmexxija strateġika tal-EUBAM Libya, inkluża d-deċiżjoni li jinħatar Kap tal-Missjoni.

(2)

Fit-22 ta’ Marzu 2013, il-KPS approva l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, datata 18 ta’ Marzu 2013, dwar il-ħatra tal-Kurunell Antti Juhani HARTIKAINEN, u talbu, bħala Kap tal-Missjoni futur propost, biex jassisti lill-Kmandant tal-Operazzjonijiet Ċivili għall-finijiet tal-ippjanar li qiegħed isir,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kurunell Antti Juhani HARTIKAINEN huwa b’dan maħtur Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya) għall-perijodu mit-22 ta’ Mejju 2013 sal-21 ta’ Mejju 2014.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-22 ta’ Mejju 2013.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Mejju 2013.

Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

Il-President

O. SKOOG


(1)   ĠU L 138, 24.5.2013, p. 15.


Top