This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013D0203
2013/203/EU: Council Decision of 22 April 2013 on the signing, on behalf of the European Union, of an Agreement between the European Union and the Swiss Confederation concerning cooperation on the application of their competition laws
2013/203/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 22 ta’ April 2013 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, ta’ Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera rigward koperazzjoni dwar l-applikazzjoni tal-liġijiet tagħhom tal-kompetizzjoni
2013/203/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 22 ta’ April 2013 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, ta’ Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera rigward koperazzjoni dwar l-applikazzjoni tal-liġijiet tagħhom tal-kompetizzjoni
ĠU L 117, 27.4.2013, p. 6–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
|
27.4.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 117/6 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-22 ta’ April 2013
dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, ta’ Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera rigward koperazzjoni dwar l-applikazzjoni tal-liġijiet tagħhom tal-kompetizzjoni
(2013/203/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 103 u 352, flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Fl-10 ta’ Diċembru 2010, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati mal-Konfiderazzjoni Svizzera rigward koperazzjoni dwar l-applikazzjoni tal-liġijiet tal-kompetizzjoni tal-Unjoni u tal-Konfederazzjoni Svizzera. |
|
(2) |
In-negozjati mal-Konfederazzjoni Svizzera tlestew. |
|
(3) |
Il-Ftehim għandu jiġi ffirmat suġġett għall-konkluzjoni tiegħu, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-iffirmar tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera rigward koperazzjoni dwar l-applikazzjoni tal-liġijiet tagħhom tal-kompetizzjoni huwa b’dan awtorizzat f’ isem l-Unjoni, suġġett għall-konklużjoni tal-Ftehim imsemmi (1).
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jaħtar il-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim f’isem l-Unjoni, suġġett għall-konklużjoni tiegħu.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-22 ta’ April 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
S. COVENEY
(1) It-test tal-Ftehim se jkun ippubblikat flimkien mad-deċiżjoni dwar il-konklużjoni tiegħu.