This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013D0201
Council Decision 2013/201/CFSP of 25 April 2013 amending Decision 2010/231/CFSP concerning restrictive measures against Somalia
Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/201/PESK tal- 25 ta’ April 2013 li temenda d-Deċiżjoni 2010/231/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Somalja
Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/201/PESK tal- 25 ta’ April 2013 li temenda d-Deċiżjoni 2010/231/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Somalja
ĠU L 116, 26.4.2013, p. 10–12
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
26.4.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 116/10 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2013/201/PESK
tal-25 ta’ April 2013
li temenda d-Deċiżjoni 2010/231/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Somalja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Billi:
(1) |
Fis-26 ta’ April 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/231/PESK (1). |
(2) |
Fis-6 ta’ Marzu 2013, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (“KSNU”) adotta r-Riżoluzzjoni 2093 (2013) u b’hekk emenda l-embargo tal-armi impost mill-paragrafu 5 tar-Riżoluzzjoni 733 (1992) u elabora aktar fuq il-paragrafi 1 u 2 tar-Riżoluzzjoni 1425 (2002). Ir-Riżoluzzjoni 2093 (2013) aġġornat ukoll il-kriterji ta’ indikazzjoni applikati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-KSNU stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 751 (1992) dwar is-Somalja |
(3) |
Id-Deċiżjoni 2010/231/PESK għandha għalhekk tiġi emendata kif xieraq, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2010/231/PESK hija b’dan emendata kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 1b L-Istati Membri għandhom jeżerċitaw viġilanza fuq il-forniment dirett jew indirett, il-bejgħ jew it-trasferiment għas-Somalja ta’ oġġetti mhux soġġetti għall-miżuri stabbiliti fl-Artikolu 1(1) u fuq il-forniment dirett jew indirett għas-Somalja ta’ konsulenza teknika, assistenza finanzjarja u assistenza oħra u taħriġ relatat mal-attivitajiet militari relatati ma’ dawk l-oġġetti.” |
(3) |
l-Artikolu 2 jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 2 Miżuri restrittivi kif previsti fl-Artikoli 3, 5(1) u 6(1) u (2) għandhom ikunu imposti kontra persuni u entitajiet indikati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet bħala:
Il-persuni u l-entitajiet rilevanti huma elenkati fl-Anness I.” |
(4) |
il-kelma “Anness” hija sostitwita bi “Anness I” fit-test kollu. |
(5) |
jiżdied l-Anness II skont l-Anness għal din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Brussell, il-25 ta’ April 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
E. GILMORE
(1) ĠU L 105, 27.4.2010, p. 17.
ANNESS
“ANNESS II
Lista ta’ oġġetti msemmija fl-Artikolu 1(3)(f)
1. |
Missili mill-wiċċ għas-sema, inklużi s-Sistemi ta’ Difiża li Jinġarru mill-Bniedem kontra Attakki mill-Ajru (MANPADs); |
2. |
Armi tan-nar, ħowitzers, u kanuni b’kalibru akbar minn 12,7 mm, u munizzjoni u komponenti speċjali mfassla għalihom. (Dan ma jinkludix lanċaturi tar-rokits minn fuq l-ispallejn kontra t-tankijiet bħall-RPGs jew l-LAWs, granati tal-azzarini, jew tagħmir li jwaddab il-granati.); |
3. |
Busijiet, b’kalibru akbar minn 82 mm; |
4. |
Armamenti ggwidati anti-tank, inklużi Missili Ggwidati Anti-tank (ATGMs) u munizzjonijiet u komponenti speċjali mfassla għal dawk l-oġġetti; |
5. |
Ċarġis u apparati maħsuba għall-użu militari b’materjali enerġetiċi; mini u materjal relatat; |
6. |
Strumenti ottiċi ta’ mira għall-armi b’kapaċità ta’ viżjoni bil-lejl.”. |