This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013D0186
Council Decision 2013/186/CFSP of 22 April 2013 amending Decision 2012/739/CFSP concerning restrictive measures against Syria
Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/186/PESK tat- 22 ta' April 2013 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/739/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja
Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/186/PESK tat- 22 ta' April 2013 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/739/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja
ĠU L 111, 23.4.2013, pp. 101–102
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 01/06/2013
|
23.4.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 111/101 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2013/186/PESK
tat-22 ta' April 2013
li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/739/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fid-29 ta' Novembru 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/739/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (1). |
|
(2) |
Fit-18 ta' Frar 2013, il-Kunsill iddikjara li s-sistema tas-sanzjonijiet kontra s-Sirja għandha tiġi vvalutata u riveduta sabiex tkun ta' appoġġ u ta' għajnuna għall-oppożizzjoni. |
|
(3) |
Il-Kunsill jikkunsidra li huwa neċessarju li jiġu introdotti derogi għal ċerti miżuri restrittivi bil-għan li l-popolazzjoni ċivili Sirjana tiġi mgħejuna, b'mod partikolari billi jiġi ssodisfat tħassib umanitarju, tiġi rrestawrata l-ħajja normali, jiġu pprovduti servizzi bażiċi, issir ir-rikostruzzjoni, u tiġi rrestawrata l-attività ekonomika normali jew finijiet ċivili oħra. Il-Kunsill jikkunsidra li l-Koalizzjoni Nazzjonali Sirjana għall-Forzi Rivoluzzjonarji u tal-Oppożizzjoni, li l-UE taċċetta bħala rappreżentanti leġittimi tal-poplu Sirjan, għandha tiġi kkonsultata fil-proċess ta' deroga. |
|
(4) |
F'dan il-kuntest, il-Kunsill iddeċieda li jemenda l-miżuri rigward il-projbizzjoni fuq l-importazzjoni taż-żejt, il-projbizzjoni fuq l-esportazzjoni ta' tagħmir u teknoloġija ewlenin għal setturi ewlenin tal-industrija taż-żejt u tal-gass naturali fis-Sirja u l-projbizzjoni fuq l-investimenti fl-industrija taż-żejt Sirjana. |
|
(5) |
Hija meħtieġa aktar azzjoni mill-Unjoni sabiex jiġu implimentati ċerti miżuri. |
|
(6) |
Id-Deċiżjoni 2012/739/PESK għandha tiġi emendata kif adatt, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/739/PESK hija b'dan emendata kif ġej:
|
(1) |
Għandhom jiżdiedu l-Artikoli li ġejjin: “Artikolu 6a Bil-ħsieb li jiġi ssodisfat tħassib umanitarju, tiġi rrestawrata l-ħajja normali, jiġu pprovduti servizzi bażiċi, issir ir-rikostruzzjoni, u tiġi rrestawrata l-attività ekonomika normali jew finijiet ċivili oħra, u b'deroga mill-Artikolu 6(1) u (2), l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru jistgħu jawtorizzaw ix-xiri, l-importazzjoni jew it-trasport mis-Sirja ta' żejt mhux maħdum u prodotti petroliferi u l-provvista ta' finanzjamenti jew assistenza finanzjarja relatati, inklużi derivati finanzjarji, kif ukoll assigurazzjoni u riassigurazzjoni, dment li l-kondizzjonijiet li ġejjin jiġu sodisfatti:
L-Istat Membru rilevanti għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn b'kull awtorizzazzjoni mogħtija taħt dan l-Artikolu.”. “Artikolu 9a Bil-ħsieb li jiġi ssodisfat tħassib umanitarju, tiġi rrestawrata l-ħajja normali, jiġu pprovduti servizzi bażiċi, issir ir-rikostruzzjoni, u tiġi rrestawrata l-attività ekonomika normali jew finijiet ċivili oħra, u b'deroga mill-Artikolu 8(1) u (2), l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru jistgħu jawtorizzaw il-bejgħ, il-provvista jew it-trasferiment ta' tagħmir u teknoloġija ewlenin għas-setturi ewlenin tal-industrija taż-żejt u l-gass naturali fis-Sirja msemmi fl-Artikolu 8(1), jew għall-intrapriżi Sirjani jew intrapriżi bi sjieda Sirjana involuti f'dawk is-setturi barra mis-Sirja u l-provvista ta' assistenza teknika relatata jew taħriġ u servizzi oħra, kif ukoll finanzjament jew assistenza finanzjarja, sakemm jintlaħqu l-kondizzjonijiet li ġejjin:
L-Istat Membru rilevanti għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn b'kull awtorizzazzjoni mogħtija taħt dan l-Artikolu.”. “Artikolu 14a Bil-ħsieb li jiġi ssodisfat tħassib umanitarju, tiġi rrestawrata l-ħajja normali, jiġu pprovduti servizzi bażiċi, issir ir-rikostruzzjoni, u tiġi rrestawrata l-attività ekonomika normali jew finijiet ċivili oħra, u b'deroga mill-punti (a), (c) u (e) tal-Artikolu 13, l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru jistgħu jawtorizzaw l-għoti ta' kwalunkwe self finanzjarju jew kreditu lil jew l-akkwist jew l-estensjoni ta' parteċipazzjoni f'intrapriżi fis-Sirja li huma involuti fis-setturi tal-industrija taż-żejt Sirjan ta' esplorazzjoni, produzzjoni jew raffinar, jew f'intrapriżi Sirjani jew bi sjieda Sirjana involuti f'dawk is-setturi barra mis-Sirja, jew il-ħolqien ta' kwalunkwe impriża konġunta ma' intrapriżi fis-Sirja li huma involuti fis-setturi tal-industrija taż-żejt Sirjani ta' esplorazzjoni, produzzjoni jew raffinar u ma' kwalunkwe sussidjarja jew affiljat taħt il-kontroll tagħhom, sakemm jintlaħqu l-kondizzjonijiet li ġejjin:
L-Istat Membru rilevanti għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn b'kull awtorizzazzjoni mogħtija taħt dan l-Artikolu.”. |
|
(2) |
L-Artikolu 31 jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 31 1. Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-1 ta’ Ġunju 2013. Hija għandha tinżamm taħt reviżjoni kostanti. Hija għandha tiġġedded, jew tiġi emendata kif adatt, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma ntlaħqux. 2. Id-derogi previsti fl-Artikoli 6a, 9a u 14a għandhom jiġu rieżaminati qabel l-iskadenza ta' din id-Deċiżjoni, b'kont meħud tal-kontribut tagħhom biex jgħinu l-popolazzjoni ċivili Sirjana.”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-22 ta’ April 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON