This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013D0073
Council Implementing Decision 2013/73/CFSP of 31 January 2013 implementing Decision 2011/486/CFSP concerning restrictive measures directed against certain individuals, groups, undertakings and entities in view of the situation in Afghanistan
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2013/73/PESK tal- 31 ta’ Jannar 2013 li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/486/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2013/73/PESK tal- 31 ta’ Jannar 2013 li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/486/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan
ĠU L 32, 1.2.2013, p. 21–22
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
1.2.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 32/21 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2013/73/PESK
tal-31 ta’ Jannar 2013
li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/486/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/486/PESK tal-1 ta' Awwissu 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5 u l-Artikolu 6(1) tagħha,
Billi:
(1) |
Fl-1 ta' Awwissu 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/486/PESK. |
(2) |
Fid-19 u t-28 ta' Diċembru 2012 u fil-15 ta' Jannar 2013, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, stabbilit f'konformità mal-paragrafu 30 tar-Riżoluzzjoni 1988 (2011) tal-Kunsill tas-Sigurtà, emenda l-lista ta' individwi, gruppi, impriżi u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi. |
(3) |
L-Anness għad-Deċiżjoni 2011/486/PESK għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness għad-Deċiżjoni 2011/486/PESK huwa b'dan emendat kif jinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Jannar 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON
(1) ĠU L 199, 2.8.2011, p. 57.
ANNESS
I. L-entrata fil-lista li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2011/486/PESK għall-persuna t'hawn taħt għandha tiġi sostitwita bl-entrata li tinsab hawn taħt.
A. Individwi assoċjati mat-Taliban
Badruddin Haqqani (magħruf ukoll bħala Atiqullah).
Indirizz: Miram Shah, il-Pakistan. Data tat-twelid: bejn wieħed u ieħor 1975-1979. Post tat-twelid: Miramshah, Tramuntana tal-Waziristan, il-Pakistan. Informazzjoni oħra: (a) kmandant tal-operazzjonijiet tan-Netwerk ta' Haqqani u membru tax-shura tat-Taliban f'Miram Shah, (b) għen fit-tmexxija ta' attakki kontra miri fix-Xlokk tal-Afganistan, (c) iben Jalaluddin Haqqani, ħu Sirajuddin Jallaloudine Haqqani u Nasiruddin Haqqani, in-neputi ta' Khalil Ahmed Haqqani. (d) Allegatament miet tard f'Awwissu 2012. Data tal-indikazzjoni min-NU: 11.5.2011.
Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Badruddin Haqqani huwa l-kmandant tal-operazzjonijiet għan-Netwerk ta' Haqqani, grupp ta' militanti affiljat mat-Taliban li jopera mill-Aġenzija tat-Tramuntana tal-Waziristan fiż-Żoni Tribali Amministrati Federalment tal-Pakistan. In-Netwerk ta' Haqqani jinsab fuq quddiem nett fl-attività ta' ribelljoni fl-Afganistan, responsabbli għal bosta attakki ta' profil għoli. It-tmexxija tan-Netwerk ta' Haqqani hija magħmula mit-tliet ulied subien il-kbar tal-fundatur tiegħu Jalaluddin Haqqani, li ngħaqad mar-reġim tat-Taliban ta' Mullah Mohammed Omar f'nofs is-snin 90. Badruddin huwa iben Jalaluddin u ħu Nasiruddin Haqqani u Sirajuddin Haqqani, kif ukoll in-neputi ta' Mohammad Ibrahim Omari u ta' Khalil Ahmed Haqqani.
Badruddin jgħin fit-tmexxija tar-ribelli assoċjati mat-Taliban u l-ġellieda barranin fl-attakki kontra miri fix-Xlokk tal-Afganistan. Badruddin huwa membru fix-shura tat-Taliban f'Miram Shah, li għandha awtorità fuq l-attivitajiet tan-Netwerk ta' Haqqani.
Badruddin huwa preżunt li huwa wieħed mill-mexxejja u mill-pjanifikaturi militari l-aktar importanti ta' attakki suwiċida fin-Network ta' Haqqani li għandu madwar 1 000 ġellied. In-Netwerk ta' Haqqani huwa responsabbli għal għadd kbir mill-attakki li saru fix-Xlokk tal-Afganistan u f'Kabul. Huwa meqjus li Badruddin kien involut direttament f'attakki kontra l-forzi barranin u dawk Afgani kif ukoll kontra persuni ċivili; huwa jikkoopera mill-qrib ma' organizzazzjonijiet terroristiċi oħra bħal Al-Qaida u l-Moviment Islamiku ta' Uzbekistan.
Huwa maħsub ukoll li Badruddin huwa responsabbli għall-ħtif ta' nies għan-Netwerk ta' Haqqani. Huwa kien responsabbli għall-ħtif ta' bosta Afgani u ċittadini barranin fiż-żona tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan.
II. L-entrati fil-lista li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2011/486/PESK għall-persuni t'hawn taħt għandhom jitħassru.
A Individwi assoċjati mat-Taliban
1. |
Abdul Razaq Ekhtiyar Mohammad. |
2. |
Zabihullah Hamidi (magħruf ukoll bħala Taj Mir). |
3. |
Abdul Wahab Abdul Ghafar (magħruf ukoll bħala Abdul Wahab). |