Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013D0071

Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/71/PESK tal- 31 ta’ Jannar 2013 dwar l-ilqugħ temporanju ta' ċerti Palestinjani minn Stati Membri tal-Unjoni Ewropea

ĠU L 32, 1.2.2013, p. 19–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/71(1)/oj

1.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 32/19


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2013/71/PESK

tal-31 ta’ Jannar 2013

dwar l-ilqugħ temporanju ta' ċerti Palestinjani minn Stati Membri tal-Unjoni Ewropea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 u l-Artikolu 31(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-16 ta' Diċembru 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/845/PESK dwar l-ilqugħ temporanju ta' ċerti Palestinjani minn Stati Membri tal-Unjoni Ewropea (1), li pprovdiet għal estensjoni tal-validità tal-permessi nazzjonali tagħhom għad-dħul u s-soġġorn fit-territorju tal-Istati Membri msemmijin fil-Pożizzjoni Komuni 2002/400/PESK tal-21 ta’ Mejju 2002 dwar l-ilqugħ temporanju minn Stati Membri tal-Unjoni Ewropea ta’ ċerti Palestinjani (2) għal perijodu ulterjuri ta' 12-il xahar.

(2)

Fuq il-bażi ta' evalwazzjoni tal-applikazzjoni tal-Pożizzjoni Komuni 2002/400/PESK, il-Kunsill iqis li jkun xieraq li l-validità ta' dawk il-permessi tiġi estiża għal perijodu ulterjuri ta' 12-il xahar,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Istati Membri msemmijin fl-Artikolu 2 tal-Pożizzjoni Komuni 2002/400/PESK għandhom jestendu l-validità ta' permessi nazzjonali għad-dħul u s-soġġorn mogħtija f'konformità mal-Artikolu 3 ta' dik il-Pożizzjoni Komuni għal perijodu ulterjuri ta' 12-il xahar.

Artikolu 2

Il-Kunsill għandu jevalwa l-applikazzjoni tal-Pożizzjoni Komuni 2002/400/PESK fi żmien sitt xhur mill-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Jannar 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)   ĠU L 335, 17.12.2011, p. 78.

(2)   ĠU L 138, 28.5.2002, p. 33.


Top