Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013D0053

    2013/53/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tat- 22 ta’ Jannar 2013 li tawtorizza lir-Renju tal-Belġju biex jintroduċi miżura speċjali li tidderoga mill-Artikolu 285 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud

    ĠU L 22, 25.1.2013, p. 13–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 21/01/2022

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2013/53/oj

    25.1.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 22/13


    DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL

    tat-22 ta’ Jannar 2013

    li tawtorizza lir-Renju tal-Belġju biex jintroduċi miżura speċjali li tidderoga mill-Artikolu 285 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud

    (2013/53/UE)

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 395(1) tagħha,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    F’ittra rreġistrata mas-Segretarjat-Ġenerali tal-Kummissjoni fil-21 ta’ Ġunju 2012, il-Belġju talab awtorizzazzjoni sabiex jintroduċi miżura speċjali li tidderoga mill-Artikolu 285 tad-Direttiva 2006/112/KE li tippermetti lill-Belġju sabiex jeżenta mit-taxxa fuq il-valur miżjud (il-VAT) persuni taxxabbli li l-fatturat annwali tagħhom mhux aktar minn EUR 25 000. Permezz ta’ dik il-miżura, dawk il-persuni taxxabbli se jkomplu jkunu eżenti minn ċerti obbligi jew mill-obbligi kollha fir-rigward tal-VAT imsemmija fil-Kapitoli 2 sa 6 tat-Titolu XI tad-Direttiva 2006/112/KE.

    (2)

    Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 395(2) tad-Direttiva 2006/112/KE, il-Kummissjoni infurmat lill-Istati Membri l-oħra permezz ta’ ittra datata t-13 ta’ Settembru 2012 bit-talba magħmula mill-Belġju. Permezz ta’ ittra datata s-17 ta’ Settembru 2012, il-Kummissjoni nnotifikat lill-Belġju li kellha l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tqis it-talba.

    (3)

    Skont l-Artikolu 285 tad-Direttiva 2006/112/KE, l-Istati Membri li m’għamlux użu tal-Artikolu 14 tat-Tieni Direttiva tal-Kunsill 67/228/KEE tal-11 ta’ April 1967 dwar l-armonizzazzjoni tal-leġislazzjoni tal-Istati Membri rigward it-taxxi fuq il-fatturat, l-istruttura u l-proċeudri għall-applikazzjoni tas-sitema ta’ komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (2), jistgħu jeżentaw persuni taxxabbli li l-fatturat annwali tagħhom ma jkunx ogħla minn EUR 5 000. Il-Belġju talab li dan il-limitu jiżdied għal EUR 25 000.

    (4)

    Limitu ogħla għall-iskema speċjali għall-intrapriżi ż-żgħar hu miżura ta’ simplifikazzjoni għaliex jista’ jnaqqas b’mod sinifikanti l-obbligi tal-VAT tal-iżgħar negozji. Din l-iskema hija fakoltattiva għall-persuni taxxabbli.

    (5)

    Fil-proposta tagħha tad-29 ta’ Ottubru 2004 għal Direttiva li temenda d-Direttiva 77/388/KEE, issa d-Direttiva 2006/112/KE, bil-ħsieb li tissimplifika l-obbligi tat-taxxa fuq il-valur miżjud, il-Kummissjoni inkludiet dispożizzjonijiet maħsuba biex jippermettu lill-Istati Membri biex jistabbilixxu l-limitu tal-fatturat annwali għall-iskema ta’ eżenzjoni mill-VAT sa ammont massimu ta’ EUR 100 000 jew l-ekwivalenti fil-valuta nazzjonali, bil-possibbiltà li dan l-ammont ikun aġġornat kull sena. It-talba ppreżentata mill-Belġju hi konformi ma’ dik il-proposta.

    (6)

    Il-miżura ta’ deroga ser ikollha biss impatt negliġibbli fuq l-ammont ġenerali ta’ dħul mit-taxxa tal-Belġju miġbur fl-istadju tal-konsum finali u ma hu ser ikollha l-ebda impatt negattiv fuq ir-riżorsi proprji tal-Unjoni li jakkumulaw mill-VAT,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    B’deroga mill-Artikolu 285 tad-Direttiva 2006/112/KE, ir-Renju tal-Belġju hu awtorizzat li jeżenta mill-VAT persuni taxxabbli li l-fatturat annwali tagħhom ma jkunx aktar minn EUR 25 000.

    Ir-Renju tal-Belġju jista’ jżid l-ogħla limitu sabiex iżomm il-valur tal-eżenzjoni f’termini reali.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tieħu effett fil-jum tan-notifika tagħha.

    Hija għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2013 sad-data tad-dħul fis-seħħ ta’ Direttiva li temenda l-ammonti tal-limiti massimi ta’ fatturat annwali li taħthom il-persuni taxxabbli jistgħu jikkwalifikaw għal eżenzjoni mill-VAT jew sal-31 ta’ Diċembru 2015, skont liema data sseħħ l-ewwel.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju.

    Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Jannar 2013.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. NOONAN


    (1)  ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.

    (2)  ĠU 71, 14.4.1967, p. 1303/67.


    Top