EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013D0033

2013/33/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 20 ta' Diċembru 2012 li taħtar erba' membri tal-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA)

ĠU L 14, 18.1.2013, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document Date of entry into force unknown (pending notification) or not yet in force.

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/33(1)/oj

18.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 14/18


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-20 ta' Diċembru 2012

li taħtar erba' membri tal-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA)

(2013/33/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 65(1) u 65(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-lista tal-kandidati mħejjija mill-Kummissjoni fit-8 ta' Awwissu 2012,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Nikolaos DEDES, imwieled fil-15 ta' Diċembru 1966, Christophe HUGNET, imwieled fl-1 ta' Frar 1971, Wolf-Dieter LUDWIG, imwieled fil-31 ta' Jannar 1952, u Wim WIENTJES, imwieled fis-16 ta' Settembru 1937 huma b'dan maħtura bħala membri tal-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għal perijodu ta' tliet snin.

Artikolu 2

Id-data li fiha jibda l-perijodu ta' tliet snin imsemmi fl-Artikolu 1 għandha tkun determinata mill-Bord ta' Amministrattiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

E. FLOURENTZOU


(1)  ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1.


Top