This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012R1248
Commission Implementing Regulation (EU) No 1248/2012 of 19 December 2012 laying down implementing technical standards with regard to the format of applications for registration of trade repositories according to Regulation (EU) No 648/2012 of the European Parliament and of the Council on OTC derivatives, central counterparties and trade repositories Text with EEA relevance
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1248/2012 tad- 19 ta’ Diċembru 2012 li jistipula l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni rigward il-format tal-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni ta’ repożitorji tat-tranżazzjonijiet skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1248/2012 tad- 19 ta’ Diċembru 2012 li jistipula l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni rigward il-format tal-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni ta’ repożitorji tat-tranżazzjonijiet skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 352, 21.12.2012, p. 30–31
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 27/10/2022
21.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 352/30 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1248/2012
tad-19 ta’ Diċembru 2012
li jistipula l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni rigward il-format tal-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni ta’ repożitorji tat-tranżazzjonijiet skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1);
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (2),u b’mod partikolari l-Artikolu 56(4) tiegħu,
Billi:
(1) |
Kwalunkwe informazzjoni sottomessa lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (AETS) f’applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandha tingħata f’mezz durabbli li jippermetti l-ħżin tagħha għal użu futur u r-riproduzzjoni. Sabiex tkun iffaċilitata l-identifikazzjoni tal-informazzjoni sottomessa minn repożitorju tat-tranżazzjonijiet, id-dokumenti inklużi ma’ applikazzjoni għandhom ikollhom numru ta’ referenza uniku. |
(2) |
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni sottomess mill-AETS lill-Kummissjoni Ewropea skont il-proċedura tal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (3). |
(3) |
Skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 l-AETS wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-AETS tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit skont l-Artikolu 37 ta’ dak ir-Regolament. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Format tal-applikazzjoni
1. Applikazzjoni għal reġistrazzjoni għandha tingħata fi istrument li jaħżen l-informazzjoni f’mezz durabbli kif definit fl-Artikolu 2(1)(m) tad-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).
2. Applikazzjoni għal reġistrazzjoni għandha tiġi sottomessa fil-format stipulat fl-Anness.
3. Repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandu jagħti numru ta’ referenza uniku lil kull dokument li jissottometti u jiżgura li l-informazzjoni sottomessa tidentifika b’mod ċar liema rekwiżit speċifiku tal-att delegat fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw id-dettalji tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ repożitorju tat-tranżazzjonijiet adottati skont l-Artikolu 56(3) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 li jirreferi għalih, f’liema dokument hija pprovduta dik l-informazzjoni u wkoll jagħti raġuni jekk l-informazzjoni ma tkunx sottomessa kif spjegat fit-taqsima tar-referenzi tad-dokument fl-Anness.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Diċembru 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
(2) ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1.
(3) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.
(4) ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32.
ANNESS
FORMAT TAL-APPLIKAZZJONI
INFORMAZZJONI ĠENERALI
Data tal-applikazzjoni |
|
Isem korporattiv tar-repożitorju tat-tranżazzjonijiet |
|
Indirizz ġuridiku |
|
Klassijiet ta’ derivattivi li għalihom qiegħed japplika biex ikun irreġistrat ir-repożitorju |
|
Isem il-persuna li tassumi r-responsabbiltà tal-applikazzjoni |
|
Dettalji ta’ kuntatt tal-persuna li tassumi r-responsabbiltà tal-applikazzjoni |
|
Isem persuna oħra responsabbli għall-konformità tar-repożitorju tat-tranżazzjonijiet |
|
Dettalji ta’ kuntatt tal-persuna/i responsabbli għall-konformità tar-repożitorju tat-tranżazzjonijiet |
|
Identifikazzjoni ta’ kwalunkwe kumpanija prinċipali |
|
REFERENZI TAD-DOKUMENT
(Artikolu 1(3))
Artikolu tal-att delegat fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw id-dettalji tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ repożitorji tat-tranżazzjonijiet adottati skont l-Artikolu 56(3) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 |
Numru ta’ referenza uniku tad-dokument |
Titolu tad-dokument |
Kapitolu jew taqsima jew paġna tad-dokument fejn hija pprovduta l-informazzjoni jew raġuni għalfejn l-informazzjoni mhix ipprovduta |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|