EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012R1242

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1242/2012 tat- 18 ta’ Diċembru 2012 dwar l-iffisar, għas-sena tas-sajd 2013, tal-prezzijiet ta’ gwida u l-prezzijiet tal-produttur tal-Unjoni għal ċerti prodotti tas-sajd skont ir-Regolament (KE) Nru 104/2000

ĠU L 352, 21.12.2012, p. 6–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2013

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/1242/oj

21.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 352/6


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1242/2012

tat-18 ta’ Diċembru 2012

dwar l-iffisar, għas-sena tas-sajd 2013, tal-prezzijiet ta’ gwida u l-prezzijiet tal-produttur tal-Unjoni għal ċerti prodotti tas-sajd skont ir-Regolament (KE) Nru 104/2000

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 43(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

L-Artikolu 43(3) tat-Trattat jipprevedi li l-Kunsill, fuq proposta tal-Kummissjoni, għandu jadotta miżuri dwar l-iffissar tal-prezzijiet.

(2)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 tas-17 ta’ Diċembru 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura (1) jitlob li għandhom jiġu ffissati prezzijiet ta’ gwida u prezzijiet tal-produttur tal-Unjoni għal kull sena tas-sajd biex jiġu ddeterminati l-livelli tal-prezzijiet għall-intervent fis-suq għal ċertu prodotti tas-sajd.

(3)

Hija r-responsabbiltà tal-Kunsill li jiffissal-prezzijiet ta’ gwida għal kull prodott u għal kull grupp ta’ prodotti elenkati fl-Annessi I u II tar-Regolament (KE) Nru 104/2000, u l-prezzijiet tal-produttur tal-Unjoni għall-prodotti elenkati fl-Anness III għal dak ir-Regolament.

(4)

Abbażi tad-dejta attwali disponibbli dwar il-prezzijiet għall-prodotti kkonċernati u l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 18(2) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000, il-prezzijiet ta’ gwida għandhom jiżdiedu, jinżammu jew jitnaqqsu għas-sena tas-sajd 2013, skont l-ispeċijiet.

(5)

Huwa xieraq li jiġi stabbilit il-prezz tal-produttur tal-Unjoni għal wieħed mill-prodotti elenkati fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 104/2000 u li jiġu kkalkulati l-prezzijiet tal-produtturi tal-Unjoni għall-oħrajn permezz tal-fatturi ta’ konverżjoni stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 802/2006 tat-30 ta’ Mejju 2006 li jiffissal-fatturi ta’ konverżjoni applikabbli għall-ħut tal-ispeċi Thunnus u Euthynnus  (2).

(6)

Fuq il-bażi tal-kriterji stabbiliti fl-ewwel u fit-tieni inċiż tal-Artikolu 18(2) u skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 26(1) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000, il-prezz tal-produttur tal-Unjoni għas-sena tas-sajd 2013 għandu jiġi ffissat,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għas-sena tas-sajd mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2013, il-prezzijiet ta’ gwida kif stipulati fl-Artikolu 18(1) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000 għandhom jiġu stabbiliti kif imniżżel fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Għas-sena tas-sajd mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2013, il-prezzijiet tal-produttur tal-Unjoni kif stipulati fl-Artikolu 26(1) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000 għandhom jiġu stabbiliti kif imniżżel fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2013.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

S. ALETRARIS


(1)  ĠU L 17, 21.1.2000, p. 22.

(2)  ĠU L 144, 31.5.2006, p. 15.


ANNESS I

Prodotti elenkati fl-Annessi I u II tar-Regolament (KE) Nru 104/2000

Annessi

Speċi

Preżentazzjoni kummerċjali

Prezz ta’ gwida

(EUR/tunnellata)

I

1.

Aringa tal-ispeċi Clupea harengus

Ħut sħiħ

289

2.

Sardin tal-ispeċi Sardina pilchardus

Ħut sħiħ

588

3.

Mazzola griża (Squalus acanthias)

Ħut sħiħ jew

Ħut imnaddaf bir-ras

1 157

4.

Gattarell (Scyliorhinus spp.)

Ħut sħiħ jew

Ħut imnaddaf bir-ras

704

5.

Redfish (Sebastes spp.)

Whole fish

1 230

6.

Merluzz tal-ispeċi Gadus morhua

Ħut sħiħ jew ħut imnaddaf bir-ras

1 613

7.

Pollakkju (saithe) (Pollachius virens)

Ħut sħiħ jew ħut imnaddaf bir-ras

827

8.

Haddock (Melanogrammus aeglefinus)

Ħut sħiħ jew ħut imnaddaf bir-ras

975

9.

Merlangu (Merlangius merlangus)

Ħut sħiħ jew ħut imnaddaf bir-ras

907

10.

Ling (Molva spp.)

Ħut sħiħ jew ħut imnaddaf bir-ras

1 176

11.

Kavall tal-ispeċi Scomber scombrus

Ħut sħiħ

336

12.

Kavall tal-ispeċi Scomber japonicus

Ħut sħiħ

294

13.

Inċova (Engraulis spp.)

Ħut sħiħ

1 287

14.

Barbun tat-tbajja’ (Pleuronectes platessa)

Ħut sħiħ jew ħut imnaddaf bir-ras

mill-1.1.2013 sat-30.4.2013

1 016

Ħut sħiħ jew ħut imnaddaf bir-ras

mill-1.5.2013 sal-31.12.2013

1 404

15.

Marlozz tal-ispeċi Merluccius merluccius

Ħut sħiħ jew ħut imnaddaf bir-ras

3 235

16.

Megrim (Lepidorhombus spp.)

Ħut sħiħ jew ħut imnaddaf bir-ras

2 389

17.

Dab (Limanda limanda)

Ħut sħiħ jew ħut imnaddaf bir-ras

795

18.

Barbun (Platichthys flesus)

Ħut sħiħ jew ħut imnaddaf bir-ras

505

19.

Alonga jew tonn tax-xewka twila (Thunnus alalunga)

Ħut sħiħ

2 343

Ħut imnaddaf bir-ras

2 388

20.

Siċċ (Sepia officinalis u Rossia macrosoma)

Sħiħ

1 826

21.

Petriċa (Lophius spp.)

Ħut sħiħ jew ħut imnaddaf bir-ras

2 893

Bla ras

6 015

22.

Gambli tal-ispeċi Crangon crangon

Sempliċement mgħollijin fl-ilma

2 446

23.

Northern prawn (Pandalus borealis)

Sempliċement mgħollijin fl-ilma

7 005

Frisk jew imkessaħ

1 638

24.

Granċ jittiekel (Cancer pagurus)

Sħiħ

1 718

25.

Ksampu (Nephrops norvegicus)

Sħiħ

5 222

Dnieb

4 160

26.

Lingwata (Solea spp.)

Ħut sħiħ jew ħut imnaddaf bir-ras

6 911

II

1.

Greenland halibut (Reinhardtius hippoglossoides)

Iffriżat, fil-pakketti oriġinali li jkun fihom l-istess prodotti

1 974

2.

Marlozz tal-ispeċi Merluccius spp.

Iffriżat, fil-pakketti oriġinali li jkun fihom l-istess prodotti

1 270

Iffriżat, iffilitjat, fil-pakketti oriġinali li jkun fihom l-istess prodotti

1 513

3.

Denċi (Dentex dentex spp.) u Paġell (Pagellus spp.)

Iffriżat, fi kwantitajiet jew fil-pakketti oriġinali li jkun fihom l-istess prodotti

1 461

4.

Pixxispad (Xiphias gladius)

Iffriżat, fil-pakketti oriġinali li jkun fihom l-istess prodotti

4 098

5.

Siċċ (Sepia officinalis) (Rossia macrosoma) (Sepiola rondeletti)

Iffriżat, fil-pakketti oriġinali li jkun fihom l-istess prodotti

2 002

6.

Qarnit (Octopus spp.)

Iffriżat, fil-pakketti oriġinali li jkun fihom l-istess prodotti

2 293

7.

Klamar (Loligo spp.)

Iffriżat, fil-pakketti oriġinali li jkun fihom l-istess prodotti

1 203

8.

Klamar (Ommastrephes sagittatus)

Iffriżat, fil-pakketti oriġinali li jkun fihom l-istess prodotti

961

9.

Illex argentinus

Iffriżat, fil-pakketti oriġinali li jkun fihom l-istess prodotti

886

10.

Gambli tal-familja Penaeidae

Gambli tal-ispeċi Parapenaeus longirostris

Speċijiet oħra tal-familja Penaeidae

Iffriżat, fil-pakketti oriġinali li jkun fihom l-istess prodotti

4 070

Iffriżat, fil-pakketti oriġinali li jkun fihom l-istess prodotti

7 813


ANNESS II

Prodotti elenkati fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 104/2000

Speċi

Piż

Speċifikazzjonijiet kummerċjali

Prezz Komunitarju tal-produttur

(EUR/tunnellata)

Tonn tal-pinen sofor (Thunnus albacares)

li jkun jiżen aktar minn 10 kg kull wieħed

Sħiħ

1 248

Bla garġi u mnaddaf

 

Oħrajn

 

li ma jkunx jiżen aktar minn 10 kg kull wieħed

Sħiħ

 

Bla garġi u mnaddaf

 

Oħrajn

 

Alonga (Thunnus alalunga)

li jkun jiżen aktar minn 10 kg kull wieħed

Sħiħ

 

Bla garġi u mnaddaf

 

Oħrajn

 

li ma jkunx jiżen aktar minn 10 kg kull wieħed

Sħiħ

 

Bla garġi u mnaddaf

 

Oħrajn

 

Palamit (Katsuwonus pelamis)

 

Sħiħ

 

 

Bla garġi u mnaddaf

 

 

Oħrajn

 

Tonn (Thunnus thynnus)

 

Sħiħ

 

 

Bla garġi u mnaddaf

 

 

Oħrajn

 

Speċijiet oħra tal-ġenera Thunnus u Euthynnus

 

Sħiħ

 

 

Bla garġi u mnaddaf

 

 

Oħrajn

 


Top