EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012R1235

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1235/2012 tad- 19 ta’ Diċembru 2012 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 li jimplementa r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta’ ċertu għalf u ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 350, 20.12.2012, p. 44–50 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/12/2019; Impliċitament imħassar minn 32019R1793

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2012/1235/oj

20.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 350/44


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1235/2012

tad-19 ta’ Diċembru 2012

li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 li jimplementa r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta’ ċertu għalf u ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 (2) jistabbilixxi regoli rigward il-livell miżjud ta’ kontrolli uffiċjali li għandhom jitwettqu fuq l-importazzjonijiet tal-għalf u l-ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali, elenkati fl-Anness I tiegħu (“il-lista”), fil-punti tad-dħul fit-territorji msemmija fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.

(2)

L-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 jistipula li l-lista għandha tiġi riveduta regolarment, tal-inqas kull tliet xhur, filwaqt li tal-inqas jitqiesu s-sorsi ta’ informazzjoni msemmija f’dan l-Artikolu.

(3)

L-okkorrenza u r-rilevanza tal-inċidenti relatati mal-ikel notifikati bis-Sistema Rapida ta’ Allarm għall-Ikel u l-Għalf, is-sejbiet tal-verifiki f’pajjiżi terzi mwettqa mill-Uffiċċju tal-Ikel u Veterinarju, kif ukoll ir-rapporti dwar konsenji ta’ għalf u ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali, imressqin kull tliet xhur mill-Istati Membri lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 669/2009, juru li l-lista għandha tiġi emendata.

(4)

B’mod partikolari, għal konsenji ta’ frott imnixxef tad-dielja mill-Afganistan, dulliegħ mill-Brażil, frawli miċ-Ċina, piżelli u fażola mill-Kenja, nagħniegħ mill-Marokk, żrieragħ tad-dulliegħ u prodotti derivati minn Sierra Leone u ċerti ħxejjex aromatiċi, ħwawar u ħxejjex mill-Vjetnam, is-sorsi rilevanti ta’ informazzjoni juru li feġġu riskji ġodda u/jew ċertu nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti rilevanti tas-sikurezza, u b’hekk jiġġustifikaw li jiddaħħal livell ogħla ta’ kontrolli uffiċjali. Għaldaqstant fil-lista għandhom jiddaħħlu annotazzjonijiet rigward dawn il-konsenji.

(5)

Il-lista għandha tiġi emendata biex tonqos l-intensità tal-kontrolli uffiċjali tal-prodotti li għalihom l-informazzjoni disponibbli turi titjib ġenerali fil-konformità mar-rekwiżiti rilevanti previsti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u li għalhekk għalihom il-frekwenza attwali ta’ kontrolli uffiċjali ma għadux ġustifikat. Għalhekk l-annotazzjonijiet fil-lista li għandhom x’jaqsmu mal-brunġiel u l-bettieħ morr mir-Repubblika Dominikana, il-ħwawar mill-Indja u l-fażola twila jarda, il-brunġiel u l-ħxejjex tal-ġeneru Brassica mit-Tajlandja għandhom jiġu emendati skont dan.

(6)

Il-lista għandha tiġi emendata billi jitneħħew l-annotazzjonijiet għal prodotti li għalihom l-informazzjoni disponibbli turi grad sodisfaċenti ġenerali ta’ konformità mar-rekwiżiti rilevanti tas-sikurezza previsti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u li għalhekk għalihom frekwenza ogħla ta’ kontrolli uffiċjali ma għadux ġustifikat. Għalhekk l-annotazzjonijiet fil-lista dwar il-ħawħ mill-Eġittu, addittivi tal-għalf u taħlitiet minn qabel mill-Indja u l-Capsicum annum mill-Perù għandhom jiġu emendati skont dan. imħassar

(7)

Bil-ħsieb li jiġu mmirati aħjar ċerti prodotti stipulati fil-lista, iridu jiġu miżjuda l-kodiċi TARIC, fejn xieraq. Hija meħtieġa wkoll emenda ta’ ċerti kodiċi NM biex jiġu allinjati man-Nomenklatura Magħquda riveduta li tapplika mill-1 ta’ Jannar 2013.

(8)

Fl-interess tal-konsistenza u ċ-ċarezza tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, huwa xieraq li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 jinbidel bit-test stipulat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(9)

Għaldaqstant ir-Regolament (KE) Nru 669/2009 għandu jiġi emendat skont dan.

(10)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 jinbidel bit-test stipulat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-publikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2013.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.

(2)  ĠU L 194, 25.7.2009, p. 11.


ANNESS

“ANNESS I

Għalf u ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali soġġetti għal livell ogħla ta’ kontrolli uffiċjali fil-punt tad-dħul magħżul

Għalf u ikel

(użu previst)

Kodiċi NM (1)

Subdiviżjoni tat-TARIC

Pajjiż tal-oriġini

Perikli

Frekwenza tal-kontrolli fiżiċi u tal-identità

(%)

Għeneb imnixxef

(frott tad-dwieli)

0806 20

 

L-Afganistan (AF)

Okratossina A

50

(Ikel)

 

Ġellewż

(bil-qoxra jew imfesdaq)

0802 21 00 ; 0802 22 00

 

L-Azerbajġan (AZ)

Aflatossini

10

(Għalf u ikel)

 

Dulliegħ

0807 11 00

 

Il-Brażil (BR)

Salmonella

10

(Ikel)

 

Karawett bil-qoxra

1202 41 00

 

Il-Brażil (BR)

Aflatossini

10

Karawett imfesdaq

1202 42 00

Butir tal-karawett

2008 11 10

Karawett imħejji jew priżervat mod ieħor

2008 11 91 ; 2008 11 96 ; 2008 11 98

(Għalf u ikel)

 

Frawli (friżat)

0811 10

 

Iċ-Ċina (CN)

Norovajrus u epatite A

5

(Ikel)

 

Brassica oleracea

(Brassica edibbli oħra, il-‘Brokkoli Ċiniż’) (13)

ex 0704 90 90

40

Iċ-Ċina (CN)

Residwi ta’ pestiċidi analizzati b’metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed (14)

10

(Ikel — frisk jew imkessaħ)

 

 

Taljarini Mnixxfin

ex 1902 11 00 ;

10

Iċ-Ċina (CN)

Aluminju

10

ex 1902 19 10 ;

10

ex 1902 19 90 ;

10

ex 1902 20 10 ;

10

ex 1902 20 30 ;

10

ex 1902 20 91 ;

10

ex 1902 20 99 ;

10

ex 1902 30 10 ;

10

ex 1902 30 10

91

(Ikel)

 

 

Pomelos

ex 0805 40 00

31 ; 39

Iċ-Ċina (CN)

Residwi ta’ pestiċidi analizzati b’metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed (11)

20

(Ikel — frisk)

 

 

Te, bit-togħma u mingħajr

0902

 

Iċ-Ċina (CN)

Residwi ta’ pestiċidi analizzati b’metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed (10)

10

(Ikel)

 

Brunġiel

0709 30 00 ; ex 0710 80 95

72

Ir-Repubblika Dominikana (DO)

Residwi ta’ pestiċidi analizzati b’metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed (3)

10

Bettieħ morr (Mormodica charantia)

ex 0709 99 90

70

ex 0710 80 95

70

(Ikel — ħaxix frisk, imkessaħ jew friżat)

 

 

Fażola twila jarda (Vigna unguiculata spp. sesquipedalis)

ex 0708 20 00

10

Ir-Repubblika Dominikana (DO)

Residwi ta’ pestiċidi analizzati b’metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed (3)

20

ex 0710 22 00

10

Bżar (ħelu u mhux) (Capsicum spp.)

0709 60 10 ; ex 0709 60 99 ;

20

0710 80 51 ; ex 0710 80 59

20

(Ikel — ħaxix frisk, imkessaħ jew friżat)

 

 

Larinġ (frisk jew imqadded)

0805 10 20 ; 0805 10 80

 

L-Eġittu (EG)

Residwi ta’ pestiċidi analizzati b’metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed (7)

10

Rummien

ex 0810 90 75

30

Frawli

0810 10 00

 

(Ikel — frott frisk)

 

Bżar (ħelu u mhux) (Capsicum spp.)

0709 60 10 ; ex 0709 60 99 ;

20

L-Eġittu (EG)

Residwi ta’ pestiċidi analizzati b’metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed (12)

10

0710 80 51 ; ex 0710 80 59

20

(Ikel — frisk, imkessaħ jew friżat)

 

 

Karawett bil-qoxra

1202 41 00

 

Il-Gana (GH)

Aflatossini

50

Karawett imfesdaq

1202 42 00

Butir tal-karawett

2008 11 10

(Għalf u Ikel)

 

Weraq tal-kari (Bergera/Murraya koenigii)

ex 1211 90 86

10

L-Indja (IN)

Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta’ metodi multiresidwali bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed (5)

50

(Ikel — ħxejjex aromatiċi friski)

 

 

Capsicum annuum, sħiħ

0904 21 10

 

L-Indja (IN)

Aflatossini

10

Capsicum annuum, imfarrak jew mitħun

ex 0904 22 00

10

Frott imqadded tal-ġeneru Capsicum, sħiħ, minbarra l-bżar ħelu (Capsicum annuum)

0904 21 90

 

Kari (prodotti biċ-ċili)

0910 91 05

Noċemuskata (Myristica fragrans)

0908 11 00 , 0908 12 00

Il-qoxra ta’ barra tan-noċemuskata (Myristica fragrans)

0908 21 00 , 0908 22 00

Ġinġer (Zingiber officinale)

0910 11 00 , 0910 12 00

Curcuma longa (żagħfran tal-Indja)

0910 30 00

(Ikel — ħwawar imnixxfin)

 

Karawett bil-qoxra

1202 41 00

 

L-Indja (IN)

Aflatossini

20

Karawett imfesdaq

1202 42 00

Butir tal-karawett

2008 11 10

Karawett imħejji jew priżervat mod ieħor

2008 11 91 ; 2008 11 96 ; 2008 11 98

(Għalf u ikel)

 

Okra

ex 0709 99 90

20

L-Indja (IN)

Residwi ta’ pestiċidi analizzati b’metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed (2)

50

(Ikel — frisk)

 

Noċemuskata (Myristica fragrans)

0908 11 00 , 0908 12 00

 

L-Indoneżja (ID)

Aflatossini

20

Il-qoxra ta’ barra tan-noċemuskata (Myristica fragrans)

0908 21 00 , 0908 22 00

(Ikel — ħwawar imnixxfin)

 

Piżelli bil-miżwed (bla qoxra)

ex 0708 10 00

40

Il-Kenja (KE)

Residwi ta’ pestiċidi analizzati b’metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed (16)

10

Fażola bil-miżwed (bla qoxra)

ex 0708 20 00

40

(Ikel — frisk u mkessaħ)

 

 

Żerriegħa tad-dulliegħ (Egusi, Citrullus lanatus) u prodotti derivati minnha

ex 1207 70 00 ;

10

In-Niġerja (NG)

Aflatossini

50

ex 1106 30 90 ;

30

ex 2008 99 99

50

(Ikel)

 

 

Nagħniegħ

ex 1211 90 86

30

Il-Marokk (MA)

Residwi ta’ pestiċidi analizzati b’metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed (17)

10

(Ikel — ħxejjex aromatiċi friski)

 

 

Żerriegħa tad-dulliegħ (Egusi, Citrullus lanatus) u prodotti derivati minnha

ex 1207 70 00 ;

10

Sierra Leone (SL)

Aflatossini

50

ex 1106 30 90 ;

30

ex 2008 99 99

50

(Ikel)

 

 

Bżar (minbarra dak ħelu) (Capsicum spp.)

ex 0709 60 99

20

It-Tajlandja (TH)

Residwi ta’ pestiċidi analizzati b’metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed (9)

10

(Ikel — frisk)

 

 

Weraq tal-kosbor

ex 0709 99 90

72

It-Tajlandja (TH)

Salmonella (6)

10

Ħabaq (sagru, ħelu)

ex 1211 90 86

20

Nagħniegħ

ex 1211 90 86

30

(Ikel — ħxejjex aromatiċi friski)

 

 

Weraq tal-kosbor

ex 0709 99 90

72

It-Tajlandja (TH)

Residwi ta’ pestiċidi analizzati b’metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed (4)

20

Ħabaq (sagru, ħelu)

ex 1211 90 86

20

(Ikel - ħxejjex aromatiċi friski)

 

 

Fażola twila jarda (Vigna unguiculata spp. sesquipedalis)

ex 0708 20 00

10

It-Tajlandja (TH)

Residwi ta’ pestiċidi analizzati b’metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed (4)

20

ex 0710 22 00

10

Brunġiel

0709 30 00 ; ex 0710 80 95

72

Ħxejjex tal-ġeneru Brassica

0704 ; ex 0710 80 95

76

(Ikel - ħaxix frisk, imkessaħ jew friżat)

 

 

Bżar ħelu (Capsicum annuum)

0709 60 10 ; 0710 80 51

 

It-Turkija (TR)

Residwi ta’ pestiċidi analizzati b’metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed (8)

10

Tadam

0702 00 00 ; 0710 80 70

(Ikel - ħaxix frisk, imkessaħ jew friżat)

 

Għeneb imnixxef (frott tad-dwieli)

0806 20

 

l-Użbekistan (UZ)

Okratossina A

50

(Ikel)

 

Weraq tal-kosbor

ex 0709 99 90

72

Il-Vjetnam (VN)

Residwi ta’ pestiċidi analizzati b’metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed (15)

20

Ħabaq (sagru, ħelu)

ex 1211 90 86

20

Nagħniegħ

ex 1211 90 86

30

Tursin

ex 0709 99 90

40

(Ikel - ħxejjex aromatiċi friski)

 

 

Okra

ex 0709 99 90

20

Il-Vjetnam (VN)

Residwi ta’ pestiċidi analizzati b’metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed (15)

20

Bżar (minbarra dak ħelu) (Capsicum spp.)

ex 0709 60 99

20

(Ikel — frisk)

 

 

Karawett bil-qoxra

1202 41 00

 

L-Afrika t’Isfel (ZA)

Aflatossini

10

Karawett imfesdaq

1202 42 00

Butir tal-karawett

2008 11 10

Karawett imħejji jew priżervat mod ieħor

2008 11 91 ; 2008 11 96 ; 2008 11 98

(Għalf u ikel)

 


(1)  Fejn huwa meħtieġ li jkunu eżaminati ċerti prodotti biss li jaqgħu taħt xi kodiċi NM u ma teżisti l-ebda subdiviżjoni taħt dak il-kodiċi fin-nomenklatura tal-prodotti, il-kodiċi NM huwa mmarkat ‘ex’.

(2)  B’mod partikolari r-residwi tal-Aċefat, il-Metamidofos, it-Triażofos, l-Endosulfan, il-Monokrotofos, il-Metomil, it-Tijokarb, id-Dijafenturon, it-Tijametossam, il-Fipronil, l-Ossamil, l-Aċetamipirid, l-Indossakarb, il-Mandipropammid.

(3)  B’mod partikolari r-residwi ta’: l-Amitraz, l-Aċefat, l-Aldikarb, il-Benomil, il-Karbendażim, il-Klorfenapir, il-Klorpirifos, is-CS2 (Ditjokarbamati), id-Diafentjuron, id-Diażinon, id-Diklorvos, id-Dikofol, id-Dimetoat, l-Endosulfan, il-Fenamidon, l-Imidakloprid, il-Malatjon, il-Metamidofos, il-Metjokarb, il-Metomil, il-Monokrotofos, l-Ometoat, l-Ossamil, il-Profenofos, il-Propikonażol, it-Tiabendażol, it-Tiakloprid.

(4)  B’mod partikolari r-residwi ta’: l-Aċefat, il-Karbaril, il-Karbendażim, il-Karbofuran, il-Klorpirifos, il-Klorpirifosmetil, id-Dimetoat, l-Etjon, il-Malatjon, il-Metalassil, il-Metamidofos, il-Metomil, il-Monokrotofos, l-Ometoat, il-Profenofos, il-Protjofos, il-Kwinalfos, it-Triadimefon, it-Triażofos, id-Dikrotofos, l-EPN, it-Triforin.

(5)  Partikolarment ir-residwi ta’: it-Triażofos, l-Ossidemetonmetil, il-Klorpirifos, l-Aċetamiprid, it-Tijametossam, il-Klotijanidin, il-Metamidofos, l-Aċefat, il-Propargit, il-Monokrotofos.

(6)  Il-metodu ta’ referenza EN/ISO 6579 jew metodu validat meta mqabbel miegħu, kif imsemmi fl-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005 (ĠU L 338, 22.12.2005, p. 1).

(7)  B’mod partikolari r-residwi ta’: il-Karbendażim, iċ-Ċiflutrin, iċ-Ċiprodinil, id-Diażinon, id-Dimetoat, l-Etjon, il-Fenitrotjon, il-Fenpropatrin, il-Fludiossonil, l-Eżaflumuron, il-Lambdaċialotrin, il-Metjokarb, il-Metomil, l-Ometoat, l-Ossamil, il-Fentoat, it-Tijofanatmetil.

(8)  B’mod partikolari r-residwi ta’: il-Metomil, l-Ossamil, il-Karbendażim, il-Klofenteżin, id-Diafentjuron, id-Dimetoat, il-Formetanat, il-Malatjon, il-Proċimidon, it-Tetradifon, it-Tijofanatmetil.

(9)  B’mod partikolari r-residwi ta’: il-Karbofuran, il-Metomil, l-Ometoat, id-Dimetoat, it-Triażofos, il-Malatjon, il-Profenofos, il-Protjofos, l-Etjon, il-Karbendażim, it-Triforina, il-Proċimidon, il-Formetanat.

(10)  B’mod partikolari r-residwi ta’: il-Buprofeżin; l-Imidakloprid; il-Fenvalerat u l-Esfenvalerat (ir-riżultat tal-iżomeri RS u SR); il-Profenofos; it-Trifluralin; it-Triażofos; it-Triadimefon u t-Triadimenol (ir-riżultat tat-triadimefon u triadimenol), iċ-Ċipermetrina (iċ-ċipermetrina inklużi taħlitiet oħra ta’ iżomeri kostitwenti (ir-riżultat ta’ iżomeri)).

(11)  B’mod partikolari r-residwi ta’: it-Triażofos, it-Triadimefon u t-Triadimenol (ir-riżultat tat-triadimefon u t-triadimenol), il-Paratijonmetil, il-Fentoat, il-Metidatijon.

(12)  B’mod partikolari r-residwi ta’: il-Karbofuran (total), il-Klorpirifos, iċ-Ċipermetrin (total), iċ-Ċiprokonażol, id-Dikofol (total), id-Difenokonażol, id-Dinotefuran, l-Etjon, il-Flusilażol, il-Folpet, il-Prokloraż, il-Profenofos, il-Propikonażol, it-Tiofanatmetil u t-Triforin.

(13)  Speċijiet tal-Brassica oleracea L. convar. Botrytis (L) Alef var. Italica Plenck, cultivar alboglabra. Magħrufin ukoll bħala “Kai Lan”, “Gai Lan”, “Gailan”, “Kailan”, u “Chinese bare Jielan”.

(14)  B’mod partikolari r-residwi ta’: il-Klorfenapir, il-Fipronil, il-Karbendażim, l-Aċetamiprid, id-Dimetomorf u l-Propikonażol.

(15)  B’mod partikolari r-residwi ta’: il-Karbofuran, il-Karbendażim (total), il-Klorpirifos, il-Profenofos, il-Permetrina, l-Eżakonażol, id-Difenokonażol, il-Propikonażol, il-Fipronil, il-Proparġit, il-Flusilażol, il-Fentoat, iċ-Ċipermetrina, il-Metomil, il-Kwinalfos, il-Penċikuron, il-Metidatjon, id-Dimetoat (total), il-Fenbukonażol.

(16)  Partikolarment ir-residwi ta’: iDimetoat (total), il-Klorpirifos, l-Aċefat, il-Metamidofos, Metomil, id-Diafentjuron, l-Indossikarb.

(17)  Partikolarment ir-residwi ta’: iKlorpirifos, iċ-Ċipermetrin, id-Dimetoat (total), l-Endosulfan (total), l-Eżakonażol, il-Partjonmetil (total), il-Metomil, il-Flutrijafol, il-Karbendażim (total), il-Flubendiammid, il-Miklobutanil, il-Malatjon (total).”


Top