EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012R1197

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1197/2012 tat- 13 ta’ Diċembru 2012 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi aċetamiprid, alfa-ċipermetrin, ir-Razza Ampelomyces quisqualis : AQ 10, benalassil, bifenażat, bromossinil, klorprofam, desmedifam, etossażol, ir-Razza Gliocladium catenulatum : J1446, imażosulfuron, laminarin, mepanipirim, metossifenożid, milbemektin, fenmedifam, ir-Razza Pseudomonas chlororaphis : MA 342, kwinossifen, S-metolaklor, tepralossidim, tijakloprid, tiram u żiram Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 342, 14.12.2012, p. 27–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2012/1197/oj

14.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 342/27


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1197/2012

tat-13 ta’ Diċembru 2012

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi aċetamiprid, alfa-ċipermetrin, ir-Razza Ampelomyces quisqualis: AQ 10, benalassil, bifenażat, bromossinil, klorprofam, desmedifam, etossażol, ir-Razza Gliocladium catenulatum: J1446, imażosulfuron, laminarin, mepanipirim, metossifenożid, milbemektin, fenmedifam, ir-Razza Pseudomonas chlororaphis: MA 342, kwinossifen, S-metolaklor, tepralossidim, tijakloprid, tiram u żiram

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod parikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Parti A tal-Anness mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-lista ta’ sustanzi attivi approvati (2) tistipula s-sustanzi attivi meqjusa li ġew approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(2)

L-approvazzjonijiet tas-sustanzi attivi aċetamiprid, alfa-ċipermetrin, ir-Razza Ampelomyes quisqualis: AQ 10, benalassil, bifenażat, bromossinil, klorprofam, desmedifam, etossażol, ir-Razza Gliocladium catenulatum: J1446, imażosulfuron, laminarin, mepanipirim, metossifenożid, milbemektin, fenmedifam, ir-Razza Pseudomonas chlororaphis: MA 342, kwinossifen, S-metolaklor, tepralossidim, tijakloprid, tiram u żiram se jiskadu bejn il-31 ta’ Lulju 2014 u t-30 ta’ Novembru 2015. Tressqu applikazzjonijiet għat-tiġdid ta’ dawn is-sustanzi attivi. Billi r-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 tat-18 ta’ Settembru 2012 li jistipula d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ tiġdid għal sustanzi attivi kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (3) se japplikaw għal dawk is-sustanzi attivi, huwa neċessarju li jitħalla biżżejjed żmien biex titlesta l-proċedura tat-tiġdid skont dak ir-Regolament. Għaldaqstant, l-approvazzjoni ta’ dawk is-sustanzi attivi x’aktarx li se tiskadi qabel ma tittieħed deċiżjoni dwar it-tiġdid tagħhom. Huwa għalhekk meħtieġ li tiġi posposta l-iskadenza tal-perjodi tal-approvazzjoni tagħhom.

(3)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(4)

Fid-dawl tal-għan tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, rigward każi fejn l-ebda dokumentazzjoni supplimentari skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012 ma titressaq fi żmien 30 xahar qabel id-data tal-iskadenza rispettiva stabbilita fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni se tistabilixxi d-data ta’ skadenza fl-istess data bħal ta’ qabel dan ir-Regolament jew fid-data l-aktar kmieni wara.

(5)

Fid-dawl tal-għan tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, fir-rigward ta’ każijiet fejn il-Kummissjoni se tadotta Regolament li jipprevedi l-approvazzjoni ta’ sustanza attiva msemmija fl-Anness ma’ dan ir-Regolament ma tiġġeddidx minħabba li l-kriterji għall-approvazzjoni mhumiex issodisfati, il-Kummissjoni se tistabbilixxi d-data ta’ skadenza fl-istess data bħal ta’ qabel dan ir-Regolament jew fid-data tal-adozzjoni tar-Regolament sakemm l-approvazzjoni tas-sustanza attiva ma tiġġeddidx, skont liema data hi l-aktar tard.

(6)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Parti A tal-Anness mar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 hija emendata skont l-Anness ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1.

(3)  ĠU L 252, 19.9.2012, p. 26.


ANNESS

Il-Parti A tal-Anness mar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 hija emendata kif ġej:

(1)

Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tal-annotazzjoni 73, tiram, id-data tal-31 ta’ Lulju 2014 tinbidel bid-data tat-30 ta’ April 2017.

(2)

Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tal-annotazzjoni 74, żiram, id-data tal-31 ta’ Lulju 2014 tinbidel bid-data tat-30 ta’ April 2017.

(3)

Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tal-annotazzjoni 82, kwinossifen, id-data tal-31 ta’ Awwissu 2014 tinbidel bid-data tat-30 ta’ April 2017.

(4)

Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tal-annotazzjoni 89, ir-Razza Pseudomonas chlororaphis: MA 342, id-data tat-30 ta’ Settembru 2014 tinbidel bid-data tat-30 ta’ April 2017.

(5)

Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tal-annotazzjoni 90, mepanipirim, id-data tat-30 ta’ Settembru 2014 tinbidel bid-data tat-30 ta’ April 2017.

(6)

Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tal-annotazzjoni 91, aċetamiprid, id-data tal-31 ta’ Diċembru 2014 tinbidel bid-data tat-30 ta’ April 2017.

(7)

Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tal-annotazzjoni 92, tijakloprid, id-data tal-31 ta’ Diċembru 2014 tinbidel bid-data tat-30 ta’ April 2017.

(8)

Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tal-annotazzjoni 78, klorprofam, id-data tal-31 ta’ Jannar 2015 tinbidel bid-data tal-31 ta’ Lulju 2017.

(9)

Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tal-annotazzjoni 83, alfa-ċipermetrin, id-data tat-28 ta’ Frar 2015 tinbidel bid-data tal-31 ta’ Lulju 2017.

(10)

Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tal-annotazzjoni 84, benalassil, id-data tat-28 ta’ Frar 2015 tinbidel bid-data tal-31 ta’ Lulju 2017.

(11)

Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tal-annotazzjoni 85, bromossinil, id-data tat-28 ta’ Frar 2015 tinbidel bid-data tal-31 ta’ Lulju 2017.

(12)

Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tal-annotazzjoni 86, desmedifam, id-data tat-28 ta’ Frar 2015 tinbidel bid-data tal-31 ta’ Lulju 2017.

(13)

Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tal-annotazzjoni 88, fenmedifam, id-data tat-28 ta’ Frar 2015 tinbidel bid-data tal-31 ta’ Lulju 2017.

(14)

Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tal-annotazzjoni 93, ir-Razza Ampelomyces quisqualis: AQ 10, id-data tal-31 ta’ Marzu 2015 tinbidel bid-data tal-31 ta’ Lulju 2017.

(15)

Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tal-annotazzjoni 94, imażosulfuron, id-data tal-31 ta’ Marzu 2015 tinbidel bid-data tal-31 ta’ Lulju 2017.

(16)

Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tal-annotazzjoni 95, laminarin, id-data tal-31 ta’ Marzu 2015 tinbidel bid-data tal-31 ta’ Lulju 2017.

(17)

Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tal-annotazzjoni 96, metossifenożid id-data tal-31 ta’ Marzu 2015 tinbidel bid-data tal-31 ta’ Lulju 2017.

(18)

Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tal-annotazzjoni 97, S-metolaklor, id-data tal-31 ta’ Marzu 2015 tinbidel bid-data tal-31 ta’ Lulju 2017.

(19)

Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tal-annotazzjoni 98, ir-Razza Gliocladium catenulatum: J1446, id-data tal-31 ta’ Marzu 2015 tinbidel bid-data tal-31 ta’ Lulju 2017.

(20)

Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tal-annotazzjoni 99, etossażol, id-data tal-31 ta’ Mejju 2015 tinbidel bid-data tal-31 ta’ Lulju 2017.

(21)

Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tal-annotazzjoni 100, tepralossidim, id-data tal-31 ta’ Mejju 2015 tinbidel bid-data tal-31 ta’ Lulju 2017.

(22)

Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tal-annotazzjoni 109, bifenażat, id-data tat-30 ta’ Novembru 2015 tinbidel bid-data tal-31 ta’ Lulju 2017.

(23)

Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tal-annotazzjoni 110, milbemektin, id-data tat-30 ta’ Novembru 2015 tinbidel bid-data tal-31 ta’ Lulju 2017.


Top