This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012R1166
Commission Regulation (EU) No 1166/2012 of 7 December 2012 amending Annex II to Regulation (EC) No 1333/2008 of the European Parliament and of the Council as regards the use of dimethyl dicarbonate (E 242) in certain alcoholic drinks Text with EEA relevance
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1166/2012 tas- 7 ta’ Diċembru 2012 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu tad-Dikarbonat tad-dimetil (E 242) f’ċertu xorb alkoħoliku Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1166/2012 tas- 7 ta’ Diċembru 2012 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu tad-Dikarbonat tad-dimetil (E 242) f’ċertu xorb alkoħoliku Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 336, 8.12.2012, p. 75–77
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
8.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 336/75 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1166/2012
tas-7 ta’ Diċembru 2012
li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu tad-Dikarbonat tad-dimetil (E 242) f’ċertu xorb alkoħoliku
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jistipula lista tal-Unjoni ta’ addittivi tal-ikel approvati għall-użu fl-ikel u l-kondizzjonijiet tal-użu tagħhom. |
(2) |
Din il-lista tista’ tiġi emendata bil-proċedura msemmija fir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (2). |
(3) |
Skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, il-lista’ ta’ addittivi tal-ikel tal-Unjoni tista’ tiġi aġġornata jew fuq inizjattiva tal-Kummissjoni jew wara li ssir applikazzjoni. |
(4) |
Applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tal-użu tad-Dikarbonat tad-dimetil (E 242) għall-prodotti kollha li jappartjenu għall-kategorija 14.2.8 (“Xarbiet alkoħoliċi oħra inkluż taħlit ta’ xarbiet alkoħoliċi ma’ xarbiet mhux alkoħoliċi u spirti b’inqas minn 15 % ta’ alkoħol”), ġiet ippreżentata fl-4 ta’ Ottubru 2011 u saret disponibbli lill-Istati Membri. |
(5) |
Id-Dikarbonat tad-dimetil (E 242) jintuża għal xorb ta’ sterilizzazzjoni kiesaħ. Huwa jaġixxi kontra l-fungi u l-batterji u huwa partikolarment utli biex jillimita l-pastorizzazzjoni. Dan l-użu jippermetti preżervazzjoni effettiva tax-xorb mingħajr ma jinbidel il-palat u t-togħma. Barra minn hekk pastorizzazzjoni limitata tkun iktar kosteffettiva u ekoloġika. Is-sustanza bħalissa hija awtorizzata għall-użu f’bosta kategoriji ta’ xorb alkoħoliku u mhux alkoħoliku. |
(6) |
Id-Dikarbonat tad-dimetil (E 242) ġie evalwat l-aħħar mill-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel fl-2001 (3). Is-sustanza hija kkunsidrata bħala waħda li ma fihiex tħassib tossikoloġiku billi fil-livell ta’ użu ta’ 250 mg/l hija instabbli u tinbidel f’sustanzi li r-residwi tagħhom jitqiesu li huma mingħajr periklu. Dan jimplika li dan l-użu ma jirrappreżentax periklu għas-saħħa. Huwa għalhekk xieraq li jkun permess l-użu tad-Dikarbonat tad-dimetil (E 242) għall-preżervazzjoni tal-prodotti kollha li jappartjenu għall-kategorija 14.2.8 (“Xarbiet alkoħoliċi oħra inkluż taħlit ta’ xarbiet alkoħoliċi ma’ xarbiet mhux alkoħoliċi u spirti b’inqas minn 15 % ta’ alkoħol”). |
(7) |
Skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, il-Kummissjoni għandha titlob l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel biex taġġorna l-lista tal-Unjoni tal-addittivi tal-ikel stipulata fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, għajr meta l-aġġornament inkwistjoni x’aktarx li ma jħallix effett fuq is-saħħa tal-bniedem. Billi l-awtorizzazzjoni tal-użu tad-Dikarbonat tad-dimetil (E 242) għall-preżervazzjoni tal-prodotti kollha li jappartjenu għall-kategorija 14.2.8 jikkostitwixxi aġġornament ta’ dik il-lista ta’ sustanzi li mhux suxxettibbli li jkollhom effett fuq is-saħħa tal-bniedem, mhuwiex meħtieġ li tintalab l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel. |
(8) |
Skont id-dispożizzjonijiet tranżitorji tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1129/2011 tal-11 ta’ Novembru 2011 li jemenda l-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta’ addittivi tal-ikel (4), l-Anness II li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni ta’ addittivi tal-ikel approvata għall-użu fl-ikel u l-kondizzjonijiet tal-użu, japplika mill-1 ta’ Ġunju 2013. Sabiex ikun permess l-użu tad-Dikarbonat tad-dimetil (E 242) għall-preżervazzjoni tal-prodotti kollha li jappartjenu għall-kategorija 14.2.8 qabel dik id-data, huwa meħtieġ li wieħed jispeċifika data aktar bikrija tal-applikazzjoni fir-rigward ta’ dak l-addittiv tal-ikel. |
(9) |
Għaldaqstant, l-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 għandu jiġi emendat skont dan. |
(10) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponewhom, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.
(2) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1.
(3) SCF/CS/ADD/CONS/43 Finali, it-12 ta’ Lulju 2001.
(4) ĠU L 295, 12.11.2011, p. 1.
ANNESS
Fil-Parti E tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 l-annotazzjoni dwar l-addittiv E 242 fil-kategorija tal-ikel 14.2.8 “Xarbiet alkoħoliċi oħra inkluż taħlit ta’ xarbiet alkoħoliċi ma’ xarbiet mhux alkoħoliċi u spirti b’inqas minn 15 % ta’ alkoħol” tinbidel b’dan li ġej:
|
“E 242 |
Dikarbonat tad-dimetil |
250 |
(24) |
|
Perjodu ta’ applikazzjoni: Mit-28 ta' Diċembru 2012” |