This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012R1142
Commission Implementing Regulation (EU) No 1142/2012 of 3 December 2012 amending for the 182nd time Council Regulation (EC) No 881/2002 imposing certain specific restrictive measures directed against certain persons and entities associated with the Al Qaida network
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1142/2012 tat- 3 ta’ Diċembru 2012 li jemenda għall-182 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta’ Al-Qaida
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1142/2012 tat- 3 ta’ Diċembru 2012 li jemenda għall-182 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta’ Al-Qaida
ĠU L 332, 4.12.2012, pp. 12–15
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
|
4.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 332/12 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1142/2012
tat-3 ta’ Diċembru 2012
li jemenda għall-182 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta’ Al-Qaida
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta’ Al-Qaida (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a), l-Artikolu 7(1)(b) u l-Artikolu 7a(5) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Fit-23 ta’ Novembru 2012, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jneħħi persuna fiżika waħda mil-lista tiegħu ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għalihom għandu japplika l-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi, wara li kkunsidra t-talba li għamlet din il-persuna biex titneħħa minn fuq il-lista u r-Rapport Komprensiv tal-Ombudsperson li ġie stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni Nru 1904(2009) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti. Fil-25 ta’ Novembru 2012, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jneħħi ħames persuni fiżiċi oħra mil-lista. Barra minn hekk, fil-15 ta’ Novembru 2012 il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jemenda disa’ partiti fil-lista. |
|
(3) |
Is-Slovenja talbet li għandhom jiġu emendati d-dettalji tal-indirizz tal-awtoritajiet kompetenti tagħha. |
|
(4) |
Sabiex ikun żgurat li l-miżuri provduti f’dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament. |
|
(5) |
L-Annessi I u II mar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandhom b’hekk jiġu emendati skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Anness I, huwa emendat skont l-Anness I ta’ dan ir-Regolament. |
|
(2) |
L-Anness II huwa emendat skont l-Anness II ma’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Diċembru 2012.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija
ANNESS I
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, huwa emendat b’dan li ġej:
|
(1) |
L-annotazzjonijiet li ġejjin taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” huma mħassra:
|
|
(2) |
L-annotazzjoni ‘Dieman Abdulkadir Izzat (alias Deiman Alhasenben Ali Aljabbari). Indirizz: il-Bavarja, il-Ġermanja. Data tat-twelid: 4.7.1965. Post tat-twelid: Kirkuk, l-Iraq. Nazzjonalità: Iraqina. Numru tal-passaport: Dokument tal-ivvjaġġar Ġermaniż (“Reiseausweis”) A 0141062. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 6.12.2005.’ taħt l-intestatura ‘Persuni fiżiċi’ trid tinbidel b’dan li ġej: ‘Dieman Abdulkadir Izzat (alias Deiman Alhasenben Ali Aljabbari). Indirizz: il-Bavarja, il-Ġermanja. Data tat-twelid: 4.7.1965. Post tat-twelid: Kirkuk, l-Iraq. Nazzjonalità: Iraqina. Numru tal-passaport: Dokument tal-ivvjaġġar Ġermaniż (“Reiseausweis”) A 0141062 (irrevokat f’Settembru 2012). Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 6.12.2005.’ |
|
(3) |
L-annotazzjoni ‘Mazen Salah Mohammed (alias (a) Mazen Ali Hussein, (b) Issa Salah Muhamad). Data tat-twelid: (a) 1.1.1982, (b) 1.1.1980. Post tat-twelid: Bagdad, l-Iraq. Nazzjonalità: Iraqina. Numru tal-passaport: Dokument tal-ivvjaġġar Ġermaniż ("Reiseausweis") A 0144378. Indirizz: il-Ġermanja. Tagħrif ieħor: (a) Membru tal-Alsar Al-Islam; (b) Fil-ħabs fil-Ġermanja. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 6.12.2005.’ taħt l-intestatura ‘Persuni fiżiċi’ trid tinbidel b’dan li ġej: ‘Mazen Salah Mohammed (alias (a) Mazen Ali Hussein, (b) Issa Salah Muhamad). Data tat-twelid: (a) 1.1.1982, (b) 1.1.1980. Post tat-twelid: Bagdad, l-Iraq. Nazzjonalità: Iraqina. Numru tal-passaport: Dokument tal-ivvjaġġar Ġermaniż (“Reiseausweis”) A 0144378 (irrevokat f’Settembru 2012). Indirizz: 94051 Hauzenberg, il-Ġermanja. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 6.12.2005.’ |
|
(4) |
L-annotazzjoni ‘Farhad Kanabi Ahmad (alias (a) Kaua Omar Achmed (b) Kawa Hamawandi (qabel kien elenkat hekk). Data tat-twelid: 1.7.1971. Post tat-twelid: Arbil, Iraq. Nazzjonalità: Iraqina. Numru tal-passaport: Dokument tal-ivvjaġġar Ġermaniż ("Reiseausweise") A 0139243. Indirizz: il-Ġermanja. Tagħrif ieħor: Fil-ħabs fil-Ġermanja. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 6.12.2005.’ taħt l-intestatura ‘Persuni fiżiċi’ trid tinbidel b’dan li ġej: ‘Farhad Kanabi Ahmad (alias (a) Kaua Omar Achmed, (b) Kawa Hamawandi (qabel kien elenkat hekk). Data tat-twelid: 1.7.1971. Post tat-twelid: Arbil, Iraq. Nazzjonalità: Iraqina. Numru tal-passaport: Dokument tal-ivvjaġġar Ġermaniż (“Reiseausweis”) A 0139243 (irrevokat f’Settembru 2012). Indirizz: Iraq. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 6.12.2005.’ |
|
(5) |
L-annotazzjoni ‘Yahia Djouadi (alias (a) Yahia Abou Ammar; (b) Abou Ala). Data tat-twelid: 1.1.1967. Post tat-twelid: M’Hamid,Wilaya (provinċja) ta’ Sidi Bel Abbes, l-Alġerija. Nazzjonalità: Alġerina. Tagħrif ieħor: (a) Jappartjeni għat-tmexxija tal-Organizzazzjoni ta’ Al-Qaida fil-Magreb Iżlamiku. (b). Misjub fit-Tramuntana ta’ Mali f’Ġunju 2008; (c) Isem l-omm: Zohra Fares. Isem il-missier: Mohamed.’ taħt l-intestatura ‘Persuni fiżiċi’ trid tinbidel b’dan li ġej: ‘Yahia Djouadi (alias (a) Yahia Abou Ammar, (b) Abou Ala). Data tat-twelid: 1.1.1967. Post tat-twelid: M’Hamid,Wilaya (provinċja) ta’ Sidi Bel Abbes, l-Alġerija. Nazzjonalità: Alġerina. Tagħrif ieħor: (a) Misjub fit-Tramuntana ta’ Mali f’Ġunju 2008; (b) Isem l-omm hu Zohra Fares; (c) Isem il-missier hu Mohamed. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 3.7.2008.’ |
|
(6) |
L-annotazzjoni ‘Amor Mohamed Ghedeir (alias (a) Abdelhamid Abou Zeid; (b) Youcef Adel; (c) Abou Abdellah, (d) Abid Hammadou). Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor fl-1958. Post tat-twelid: Deb-Deb, Amenas, Wilaya (il-provinċja) ta’ Illizu, l-Alġerija. Nazzjonalità: Alġerina. Tagħrif ieħor: (a) Isem l-omm hu Benarouba Bachira; (b) Isem il-missier hu Mabrouk. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 3.7.2008.’ taħt l-intestatura ‘Persuni fiżiċi’ trid tinbidel b’dan li ġej: ‘Amor Mohamed Ghedeir (alias (a) Abdelhamid Abou Zeid, (b) Youcef Adel, (c) Abou Abdellah, (d) Abid Hammadou). Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor fl-1958. Post tat-twelid: Deb-Deb, Amenas, Wilaya (il-provinċja) ta’ Illizi, l-Alġerija. Nazzjonalità: Alġerina. Tagħrif ieħor: (a) Isem l-omm hu Benarouba Bachira; (b) Isem il-missier hu Mabrouk. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 3.7.2008.’ |
|
(7) |
L-annotazzjoni ‘Salah Gasmi (alias (a) Abou Mohamed Salah; (b) Bounouadher). Data tat-twelid: 13.4.1974. Post tat-twelid: Zeribet El Oued, Wilaya (provinċja) ta’ Biskra, l-Alġerija. Nazzjonalità: Alġerina. Tagħrif ieħor: (a) Jappartjeni għat-tmexxija tal-Organizzazzjoni ta’ Al-Qaida fil-Magreb Iżlamiku. B’mod partikolari involut fl-attivitajiet ta’ propaganda tal-organizazzjoni; (b) Misjub fit-Tramuntana ta’ Mali f’Ġunju 2008; (c) Isem l-omm: Yamina Soltane. Isem il-missier: Abdelaziz.’ taħt l-intestatura ‘Persuni fiżiċi’ trid tinbidel b’dan li ġej: ‘Salah Eddine Gasmi (alias (a) Abou Mohamed Salah, (b) Bounouadher). Data tat-twelid: 13.4.1974. Post tat-twelid: Zeribet El Oued, Wilaya (provinċja) ta’ Biskra, l-Alġerija. Nazzjonalità: Alġerina. Indirizz: l-Alġerija. Tagħrif ieħor: (a) Isem l-omm hu Yamina Soltane; (b) Isem il-missier hu Abdelaziz. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 3.7.2008.’ |
|
(8) |
L-annotazzjoni ‘Ahmed Deghdegh (alias Abd El Illah). Data tat-twelid: 17.1.1967. Post tat-twelid: Anser, Wilaya (il-provinċja) ta’ Jijel, l-Alġerija. Nazzjonalità: Alġerina. Tagħrif ieħor: (a) Jappartjeni għat-tmexxija tal-Organizzazzjoni ta’ Al-Qaida fil-Magreb Iżlamiku. B’mod partikolari involut fil-finanzi tal-organizazzjoni; (b) Isem l-omm: Zakia Chebira. Isem il-missier: Lakhdar.’ taħt l-intestatura ‘Persuni fiżiċi’ trid tinbidel b’dan li ġej: ‘Ahmed Deghdegh (alias (a) Abd El Illah, (b) Abdellillah, (c) Abdellah Ahmed, (d) Said). Data tat-twelid: 17.1.1967. Post tat-twelid: Anser, Wilaya (il-provinċja) ta’ Jijel, l-Alġerija. Nazzjonalità: Alġerina. Indirizz: l-Alġerija. Tagħrif ieħor: (a) Isem l-omm hu Zakia Chebira; (b) Isem il-missier hu Lakhdar. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 3.7.2008.’ |
|
(9) |
L-annotazzjoni ‘Khalifa: Muhammad Turki Al-Subaiy (alias (a) Khalifa Mohd Turki Alsubaie; (b) Khalifa Mohd Turki al-Subaie; (c) Khalifa Al-Subayi; (d) Khalifa Turki bin Muhammad bin al-Suaiy). Data tat-twelid: 1.1.1965. Nazzjonalità: Qaratija. Numru tal-passaport: 00685868 (maħruġ f’Doha fil-5.2.2006 u li skada fl-4.2.2010). Numru tal-Karta tal-Identità: 26563400140 (Qatari). Indirizz: Doha, Qatar. Tagħrif ieħor: Arrestat fil-Qatar f’Marzu 2008. Skonta s-sentenza tiegħu f’Qatar u ġie rilaxxat mid-detenzjoni. Isem l-omm hu Hamdah Ahmad Haidoos. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 10.10.2008.’ taħt l-intestatura ‘Persuni fiżiċi’ trid tinbidel b’dan li ġej: ‘Khalifa Muhammad Turki Al-Subaiy (alias (a) Khalifa Mohd Turki Alsubaie, (b) Khalifa Mohd Turki al-Subaie, (c) Khalifa Al-Subayi, (d) Khalifa Turki bin Muhammad bin al-Suaiy). Data tat-twelid: 1.1.1965. Post tat-twelid: Doha, Qatar. Nazzjonalità: Qaratija. Numru tal-passaport: 00685868 (maħruġ f’Doha fil-5.2.2006 u li skada fl-4.2.2010). Numru tal-Karta tal-Identità: 26563400140 (Qatari). Indirizz: Doha, Qatar. Tagħrif ieħor: Isem l-omm hu Hamdah Ahmad Haidoos. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 10.10.2008.’ |
|
(10) |
L-annotazzjoni ‘Redouane El Habhab (alias Abdelrahman). Indirizz: Iltisstrasse 58, 24143 Kiel, il-Ġermanja (indirizz ta’ qabel). Data tat-twelid: 20.12.1969. Post tat-twelid: Casablanca, il-Marokk. Nazzjonalità: (a) Ġermaniża, (b) Marokkina. Numru tal-passaport: 1005552350 (Passaport Ġermaniż maħruġ fis-27.3.2001 mill-Muniċipalità ta’ Kiel, il-Ġermanja, li skada fis-26.3.2011). Numru tal-Karta tal-Identità: 1007850441 (Karta tal-identità federali Ġermaniża maħruġa fis-27.3.2001 mill-Muniċipalità ta’ Kiel, il-Ġermanja, li skadiet fis-26.3.2011). Tagħrif ieħor: Attwalment fil-ħabs fil-Ġermanja. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 12.11.2008.’ taħt l-intestatura ‘Persuni fiżiċi’ trid tinbidel b’dan li ġej: ‘Redouane El Habhab (alias Abdelrahman). Indirizz: Iltisstrasse 58, 24143 Kiel, il-Ġermanja (indirizz ta’ qabel). Data tat-twelid: 20.12.1969. Post tat-twelid: Casablanca, il-Marokk. Nazzjonalità: (a) Ġermaniża, (b) Marokkina. Numru tal-passaport: 1005552350 (Passaport Ġermaniż maħruġ fis-27.3.2001 mill-Muniċipalità ta’ Kiel, il-Ġermanja, li skada fis-26.3.2011). Numru tal-Karta tal-Identità: 1007850441 (Karta tal-identità federali Ġermaniża maħruġa fis-27.3.2001 mill-Muniċipalità ta’ Kiel, il-Ġermanja, li skadiet fis-26.3.2011). Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 12.11.2008.’ |
ANNESS II
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:
Id-dettalji tal-indirizz taħt l-intestatura ‘is-Slovenja’ għandhom jiġu sostitwiti bi:
‘Artikolu 2a
|
Ministrstvo za finance |
|
Župančičeva 3 |
|
1502 Ljubljana |
|
Tel.: +386 1 369 5200 |
|
Faks: + 386 1 369 6659 |
|
Posta elettronika: gp.mf@gov.si |
Artikolu 2b
|
Banka Slovenije |
|
Slovenska 35 |
|
1505 Ljubljana |
|
Slovenija |
|
Tel.: + 386 1 471 90 00 |
|
Faks: + 386 1 251 55 16 |
|
Posta elettronika: info@bsi.si: |
Artikolu 5
|
Ministrstvo za zunanje zadeve |
|
Prešernova cesta 25 |
|
1001 Ljubljana |
|
Tel.: + 386 1 478 2000 |
|
Faks: + 386 1 478 2340 |
|
Posta elettronika: gp.mzz@gov.si’ |