EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012R1085

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1085/2012 tal- 20 ta’ Novembru 2012 li jiftaħ il-kwota tariffarja għas-sena 2013 għall-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ ċerti oġġetti li joriġinaw fin-Norveġja li jirriżultaw mill-ipproċessar ta’ prodotti agrikoli koperti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1216/2009

ĠU L 322, 21.11.2012, p. 2–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2013; Imħassar b' 32013R1322

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2012/1085/oj

21.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 322/2


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1085/2012

tal-20 ta’ Novembru 2012

li jiftaħ il-kwota tariffarja għas-sena 2013 għall-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ ċerti oġġetti li joriġinaw fin-Norveġja li jirriżultaw mill-ipproċessar ta’ prodotti agrikoli koperti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1216/2009

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1216/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti oġġetti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/859/KE tal-25 ta’ Ottubru 2004 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim fl-għamla ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tan-Norveġja fuq il-Protokoll 2 għall-Ftehim Bilaterali dwar il-Kummerċ Ħieles bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,

Billi:

(1)

Il-Protokoll 2 tal-Ftehim bilaterali dwar il-Kummerċ Ħieles bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja (3), u l-Protokoll 3 tal-Ftehim taż-ŻEE (4), jistabbilixxu l-arranġamenti għall-kummerċ ta’ ċerti prodotti agrikoli u prodotti agrikoli pproċessati bejn il-Partijiet Kontraenti.

(2)

Il-Protokoll 3 tal-Ftehim taż-ŻEE, kif emendat bid-Deċiżjoni Nru 138/2004 tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (5), jipprovdi għal dazju ta’ rata żero li huwa applikabbli għal ċerti tipi ta’ ilma miżjuda biz-zokkor jew b’materjal ieħor tal-ħlewwa jew għat-togħma, ikklassifikati taħt il-kodiċi NM 2202 10 00 u ċerti xarbiet oħra mhux alkoħoliċi li fihom iz-zokkor, ikklassifikati taħt il-kodiċi NM 2202 90 10.

(3)

Id-dazju ta’ rata żero fuq it-tipi ta’ ilma u xarbiet oħra kkonċernati ġie sospiż temporanjament għan-Norveġja bil-Ftehim fl-għamla ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar il-Protokoll 2 tal-Ftehim bilaterali dwar il-Kummerċ Ħieles bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja (6), minn hawn ’il quddiem “il-Ftehim”, approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/859/KE (7). Skont il-punt IV tal-Minuti Miftehma tal-Ftehim, l-importazzjonijiet eżenti mid-dazju ta’ prodotti li jaqgħu taħt il-.kodiċi NM 2202 10 00 u ex 2202 90 10 li joriġinaw fin-Norveġja għandhom jiġu permessi biss fil-limiti ta’ kwota ta’ eżenzjoni mid-dazju, filwaqt li għandu jitħallas id-dazju fuq importazzjonijiet barra mill-allokazzjoni tal-kwota.

(4)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1304/2011 (8) neħħa s-sospensjoni temporanja tar-reġim ta’ bla dazju fuq l-importazzjoni fl-Unjoni tat-tipi ta’ ilma u xarbiet ikkonċernati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2012.

(5)

Jeħtieġ li tinfetaħ il-kwota tariffarja għall-2013 għat-tipi ta’ ilma u xarbiet ikkonċernati. L-aħħar kwota annwali għal dawk il-prodotti nfetħet għall-2011 bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1248/2010 (9). Billi ma nfetħet l-ebda kwota annwali għall-2012, il-volum tal-kwota għall-2013 għandu jibqa’ l-istess bħal dak għall-2011.

(6)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (10), jistabbilixxi r-regoli għat-tmexxija tal-kwoti tariffarji. Huwa xieraq li jiġi pprovdut li l-kwota tariffarja miftuħa b’dan ir-Regolament għandha titmexxa skont dawn ir-regoli.

(7)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għall-kwistjonijiet orizzontali dwar il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli pproċessati li mhumiex elenkati fl-Anness I,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2013, il-kwota tariffarja tal-Unjoni stipulata fl-Anness hija miftuħa għall-oġġetti li joriġinaw fin-Norveġja li huma elenkati f’dan l-Anness skont il-kundizzjonijiet speċifikati fih.

2.   Ir-regoli tal-oriġini applikabbli reċiprokament għall-oġġetti elenkati fl-Anness għandhom ikunu kif stipulat fi Protokoll 3 tal-Ftehim bilaterali dwar il-Kummerċ Ħieles bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja.

3.   Għal kwantitajiet importati li jaqbżu l-volum tal-kwota, għandu japplika dazju preferenzjali ta’ 0,047 EUR /litru.

Artikolu 2

Il-kwota tariffarja tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 1(1) għandha titmexxa mill-Kummissjoni skont l-Artikoli 308a, 308b u 308c tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

Artikolu 3

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1304/2011 huwa mħassar.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2013.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Novembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 328, 15.12.2009, p. 10.

(2)  ĠU L 370, 17.12.2004, p. 70.

(3)  ĠU L 171, 27.6.1973, p. 2.

(4)  ĠU L 22, 24.1.2002, p. 37.

(5)  ĠU L 342, 18.11.2004, p. 30.

(6)  ĠU L 370, 17.12.2004, p. 72.

(7)  ĠU L 370, 17.12.2004, p. 70.

(8)  ĠU L 330, 14.12.2011, p. 19.

(9)  ĠU L 341, 23.12.2010, p. 1.

(10)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.


ANNESS

Kwota Tariffarja għall-2013 applikabbli fuq l-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ oġġetti li joriġinaw fin-Norveġja

Nru tal-Ordni

Kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni tal-prodott

Volum tal-Kwota Annwali għall-2011

Rata ta’ dazju applikabbli fil-limiti tal-kwota

Rata ta’ dazju applikabbli ’l fuq mill-volum tal-kwota

09.0709

2202 10 00

It-tipi ta’ ilma, inklużi ilma minerali u ilma bil-gass, miżjuda biz-zokkor jew b’materjal ieħor ta’ ħlewwa jew għat-togħma

17,303 Miljun litru

Eżenzjoni

0,047 EUR/litru

ex 2202 90 10

Xarbiet oħra mhux alkoħoliċi li fihom iz-zokkor (sukrożju jew zokkor invertit)


Top