Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012R1070

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1070/2012 tal- 14 ta’ Novembru 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2535/2001 fir-rigward tal-importazzjonijiet preferenzjali barra mill-kwota tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib u l-kwota tal-importazzjonijiet tal-prodotti mill-ħalib li joriġinaw mir-Repubblika tal-Moldova

    ĠU L 318, 15.11.2012, p. 7–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2020; Impliċitament imħassar minn 32020R0760

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2012/1070/oj

    15.11.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 318/7


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1070/2012

    tal-14 ta’ Novembru 2012

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2535/2001 fir-rigward tal-importazzjonijiet preferenzjali barra mill-kwota tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib u l-kwota tal-importazzjonijiet tal-prodotti mill-ħalib li joriġinaw mir-Repubblika tal-Moldova

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 144(1) u l-Artikolu 148(c), flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Il-Kapitolu I tat-Titolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001 tal-14 ta' Diċembru 2001 li jipprovdi regoli dettaljati biex ikun applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 rigward l-arranġamenti tal-importazzjoni tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib u biex jinfetħu kwoti tat-tariffa (2) japplika għall-kwota tal-importazzjoni Nru 09.4210 prevista fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 55/2008 (3) u allokata lir-Repubblika tal-Moldova sal-2012. Ir-Regolament (UE) Nru 581/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) jestendi l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 55/2008 sa tmiem l-2015. Għalhekk huwa xieraq li r-Regolament (KE) Nru 2535/2001 iqis l-estensjoni tal-perjodu ta' żmien tal-kwota Nru 09.4210.

    (2)

    Il-Kapitolu II tat-Titolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001 jipprevedi regoli dwar importazzjonijiet preferenzjali barra mill-kwota taħt ftehimiet u atti speċifiċi. Huwa xieraq, għall-finijiet ta' amministrazzjoni tajba tal-importazzjonijiet, li dawk ir-regoli japplikaw ukoll għall-importazzjonijiet preferenzjali barra mill-kwota l-oħrajn kollha li huma koperti mill-Artikolu 2 ta’ dak ir-Regolament. Barra minn hekk, huwa xieraq, għal finijiet ta’ ċarezza u trasparenza, li dawk ir-regoli jinkludu l-obbligu li jiġi speċifikat id-dazju tal-importazzjoni preferenzjali fil-kaxxa 24 tal-applikazzjonijiet għal-liċenzja u l-liċenzji.

    (3)

    Ir-Regolament (KE) Nru 2535/2001 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

    (4)

    Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 2535/2001 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    Il-Kapitolu II tat-Titolu 2 jinbidel b'dan li ġej:

    "KAPITOLU II

    Importazzjonijiet barra mill-kwota abbażi tal-liċenzja tal-importazzjoni waħidha

    Artikolu 20

    1.   Dan il-Kapitolu japplika għal:

    (a)

    importazzjonijiet preferenzjali, mhux suġġetti għal kwoti, kif jissemma:

    (i)

    fl-Anness I tal-Protokoll 1 tad-Deċiżjoni Nru 1/98 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni bejn il-KE u t-Turkija,

    (ii)

    l-Anness IV tal-Ftehim mal-Afrika t'Isfel,

    (iii)

    l-Anness 2 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Isvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli;

    (b)

    kwalunkwe importazzjoni preferenzjali oħra, mhux suġġetta għal kwoti, tal-prodotti msemmija fil-punt J tal-Parti I tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 376/2008.

    2.   Għall-importazzjonijiet imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1, il-prodotti kkonċernati u r-rati ta’ dazju applikabbli huma elenkati fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 21

    1.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzja u l-liċenzji juru:

    (a)

    fil-kaxxa 8, il-pajjiż tal-oriġini;

    (b)

    fil-kaxxa 20, waħda mill-entrati elenkati fl-Anness XVI.

    2.   Il-liċenzji juru. fil-kaxxa 24, ir-rata ta' dazju mnaqqsa applikabbli.

    3.   Il-liċenzji jkollhom obbligu li jimportaw mill-pajjiż indikat fil-kaxxa 8.

    Artikolu 22

    Ir-rata ta' dazju mnaqqsa tiġi applikata biss mal-preżentazzjoni tal-liċenzja tal-importazzjoni u mal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni tar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera akkumpanjata mill-prova tal-oriġini."

    (2)

    Fl-Anness I, il-Parti J tinbidel bit-test stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Novembru 2012.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

    (2)  ĠU L 341, 22.12.2001, p. 29.

    (3)  ĠU L 20, 24.1.2008, p. 1.

    (4)  ĠU L 165, 24.6.2011, p. 5.


    ANNESS

    "I.J

    KWOTA TARIFFARJA SKONT L-ANNESS I TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 55/2008

    Numru tal-kwota

    Kodiċi tan-NM

    Deskrizzjoni (1)

    Pajjiż tal-oriġini

    Sena tal-importazzjoni

    Kwota annwali mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru

    (f'tunnellati)

    (fil-piż tal-prodotti)

    Dazju tal-importazzjoni

    (EUR/100 kg piż nett)

    Annwali

    Kull sitt xhur

    09.4210

    0401 sa 0406

     

    Ir-Repubblika tal-Moldova

     

     

     

    0

    Prodotti mill-ħalib

    Mill-1 ta' Lulju sal-31 ta' Diċembru 2008

     

    1 000

     

    2009

    1 000

    500

     

    2010 sa 2015

    1 500

    750


    (1)  Minkejja r-regoli għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, għandu jitqies li l-mod ta’ kif jiġu deskritti l-prodotti għandu biss valur indikattiv peress li l-applikabbiltà tal-arranġamenti preferenzjali hija ddeterminata fil-kuntest ta' dan l-Anness mill-kamp ta' applikazzjoni tal-kodiċijiet tan-NM. Fejn huma indikati ex-kodiċi tan-NM, l-applikabbiltà tal-iskema preferenzjali hija ddeterminata abbażi tal-kodiċi tan-NM u d-deskrizzjoni korrispondenti meħuda flimkien."


    Top