EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012R1046

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1046/2012 tat- 8 ta’ Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS), fejn tidħol it-trażmissjoni tas-serje kronoloġiċi għat-tqassim reġjonali l-ġdid

ĠU L 310, 9.11.2012, p. 34–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/1046/oj

9.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 310/34


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1046/2012

tat-8 ta’ Novembru 2012

li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS), fejn tidħol it-trażmissjoni tas-serje kronoloġiċi għat-tqassim reġjonali l-ġdid

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropej u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (1), u partikolarment l-Artikolu 5(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 jikkostitwixxi l-qafas legali għall-klassifikazzjoni reġjonali sabiex jippermetti l-ġbir, il-kumpilazzjoni u t-tixrid ta’ statistika reġjonali armonizzata fl-Unjoni.

(2)

Skont l-Artikolu 5(5) tar-Regolament (KE) Nru 1059/2003, meta ssir emenda lill-klassifikazzjoni NUTS, l-Istat Membru kkonċernat għandu jibgħat lill-Kummissjoni s-serje kronoloġiċi għat-tqassim reġjonali l-ġdid sabiex tinbidel id-dejta li diġà ntbagħtet. Il-lista tas-serje kronoloġiċi u kemm idumu għandhom jiġu speċifikati mill-Kummissjoni filwaqt li titqies il-fattibbiltà li dawn jingħataw. Dawn is-serje kronoloġiċi għandhom jingħataw fi żmien sentejn mill-emenda tal-klassifikazzjoni NUTS.

(3)

Il-klassifikazzjoni NUTS ġiet emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 31/2011 (2) b’effett mill-1 ta’ Jannar 2012.

(4)

Il-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni s-serje kronoloġiċi għat-tqassim reġjonali l-ġdid skont il-lista speċifikata fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Novembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1.

(2)  ĠU L 13, 18.1.2011, p. 3.


ANNESS

Is-sena tal-bidu meħtieġa skont il-qasam tal-istatistika

Il-qasam

NUTS livell 2

NUTS livell 3

L-agrikoltura – il-kontijiet agrikoli

2007 (1)

 

L-agrikoltura – il-popolazzjonijiet tal-annimali

2007

 

L-agrikoltura – il-produzzjoni tal-uċuħ tar-raba’

2007

 

L-agrikoltura – il-produzzjoni tal-ħalib

2010

 

L-agrikoltura – l-istruttura tal-impriżi agrikoli

2007

 

Id-demografija

1990 (1)

1990 (1)

Ix-xogħol, il-qgħad

2005

2005 (1)

L-ambjent – l-iskart solidu

2004

 

Is-saħħa – xi jwassal għall-mewt

1994 (1)

 

Is-saħħa – l-infrastruttura

1993 (1)

 

Is-saħħa – il-pazjenti

2000 (1)

 

Il-kontijiet domestiċi

2000

 

Is-soċjetà tal-informazzjoni

2007 (1)

 

Il-kontijiet reġjonali

2000

2000

Ix-xjenza u t-teknoloġija – in-nefqa u l-persunal fl-R&D

2009

 

It-turiżmu

2004

2004


(1)  It-trażmissjoni mhix obbligatorja.


Top