This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012R1015
Council Implementing Regulation (EU) No 1015/2012 of 6 November 2012 amending Implementing Regulation (EU) No 542/2012 implementing Article 2(3) of Regulation (EC) No 2580/2001 on specific restrictive measures directed against certain persons and entities with a view to combating terrorism
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1015/2012 tas- 6 ta’ Novembru 2012 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 542/2012 li jimplementa l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1015/2012 tas- 6 ta’ Novembru 2012 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 542/2012 li jimplementa l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu
ĠU L 307, 7.11.2012, pp. 3–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 10/12/2012; Impliċitament imħassar minn 32012R1169
|
7.11.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 307/3 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 1015/2012
tas-6 ta’ Novembru 2012
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 542/2012 li jimplementa l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 tas-27 ta’ Diċembru 2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fil-25 ta’ Ġunju 2012, il-Kunsill adotta r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 542/2012 (2), li jistabbilixxi lista aġġornata ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika r-Regolament (KE) Nru 2580/2001. |
|
(2) |
Il-Kunsill iddetermina li m’għadx hemm raġunijiet biex persuna waħda tinżamm fuq il-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika r-Regolament (KE) Nru 2580/2001. |
|
(3) |
Il-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika r-Regolament (KE) Nru 2580/2001 għandha tiġi aġġornata kif meħtieġ, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-persuna elenkata fl-Anness għal dan ir-Regolament għandha titneħħa mil-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet elenkati fl-Anness għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 542/2012.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Novembru 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
A. D. MAVROYIANNIS
ANNESS
PERSUNA MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1
WALTERS, Jason Theodore James