This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012R1006
Commission Implementing Regulation (EU) No 1006/2012 of 25 October 2012 approving non-minor amendments to the specification for a name entered in the register of protected designations of origin and protected geographical indications [Carne de Ávila (PGI)]
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1006/2012 tal- 25 ta’ Ottubru 2012 li japprova emendi mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Carne de Ávila (IĠP)]
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1006/2012 tal- 25 ta’ Ottubru 2012 li japprova emendi mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Carne de Ávila (IĠP)]
ĠU L 302, 31.10.2012, p. 5–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
31.10.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 302/5 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1006/2012
tal-25 ta’ Ottubru 2012
li japprova emendi mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Carne de Ávila (IĠP)]
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni eżaminat it-talba mressqa minn Spanja għall-approvazzjoni ta' emendi fl-ispeċifikazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika protetta "Carne de Ávila", irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/1996 (2). |
(2) |
Minħabba li l-emendi kkonċernati mhumiex minuri fis-sens tal-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-emendi f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, b’applikazzjoni tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament imsemmi (3). Billi ma ġiet innotifikata l-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-emendi għandhom jiġu approvati, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-emendi tal-ispeċifikazzjoni ppublikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, dwar id-denominazzjoni mniżżla fl-Anness ta' dan ir-Regolament huma approvati.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Ottubru 2012.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Dacian CIOLOȘ
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.
(2) ĠU L 148, 21.6.1996, p. 2.
ANNESS
Il-prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat:
Klassi 1.1. Laħam frisk (u l-ġewwieni)
SPANJA
Carne de Ávila (IĠP)