This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012R0998
Council Regulation (EU) No 998/2012 of 9 October 2012 on the allocation of fishing opportunities under the Protocol setting out the fishing opportunities and financial contribution provided for in the Fisheries Partnership Agreement between the European Community, on the one hand, and the Republic of Kiribati, on the other
Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 998/2012 tad- 9 ta’ Ottubru 2012 dwar l-allokazzjoni ta’ opportunitajiet tas-sajd taħt il-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u r-Repubblika ta’ Kiribati, min-naħa l-oħra
Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 998/2012 tad- 9 ta’ Ottubru 2012 dwar l-allokazzjoni ta’ opportunitajiet tas-sajd taħt il-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u r-Repubblika ta’ Kiribati, min-naħa l-oħra
ĠU L 300, 30.10.2012, pp. 35–36
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
|
30.10.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 300/35 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 998/2012
tad-9 ta’ Ottubru 2012
dwar l-allokazzjoni ta’ opportunitajiet tas-sajd taħt il-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u r-Repubblika ta’ Kiribati, min-naħa l-oħra
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Fit-23 ta’ Lulju 2007, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 893/2007 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u r-Repubblika ta’ Kiribati, min-naħa l-oħra (1) (“il-Ftehim”). |
|
(2) |
Ġie inizjalat Protokoll ġdid għall-Ftehim fit-3 ta’ Ġunju 2012 (“il-Protokoll”). Il-Protokoll jipprovdi lill-bastimenti tas-sajd tal-UE b’opportunitajiet tas-sajd fl-ilmijiet li fuqhom ir-Repubblika ta’ Kiribati teżerċita s-sovranità jew ġurisdizzjoni tagħha. |
|
(3) |
Fid-9 ta’ Ottubru 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/669/UE (2) dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll. |
|
(4) |
Il-metodu għall-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd fost l-Istati Membri għandu jiġi ddefinit għall-perjodu meta japplika l-Protokoll. |
|
(5) |
Skont l-Artikolu 101(1) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1006/2008 tad-29 ta’ Settembru 2008 dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità barra mill-ilmijiet tal-Komunità u l-aċċess ta’ bastimenti ta’ pajjiżi terzi għall-ilmijiet tal-Komunità (3), jekk ikun jidher li l-għadd ta’ awtorizzazzjonijiet tas-sajd jew l-ammont ta’ opportunitajiet tas-sajd allokati lill-Unjoni taħt il-Protokoll ma jkunux utilizzati kollha, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri kkonċernati. In-nuqqas ta’ risposta qabel id-data ta’ skadenza stipulata mill-Kunsill għandu jitqies bħala konferma li l-bastimenti tas-sajd tal-Istat Membru kkonċernat ma jkunux qed jagħmlu użu sħiħ mill-opportunitajiet tas-sajd tagħhom matul il-perjodu mogħti. Dik id-data ta’ skadenza għandha għalhekk tiġi stabbilita mill-Kunsill. |
|
(6) |
Ladarba l-Protokoll għandu jiġi applikat fuq bażi provviżorja mis-16 ta’ Settembru 2012, dan ir-Regolament għandu japplika mis-16 ta’ Settembru 2012, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. L-opportunitajiet tas-sajd stabbiliti taħt il-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u r-Repubblika ta’ Kiribati, min-naħa l-oħra (“il-Protokoll”) li għandu jiġi applikat fuq bażi provviżorja mis-16 ta’ Settembru 2012, għandhom jiġu allokati bejn l-Istati Membri kif ġej:
|
(a) |
bastimenti tas-sajd bil-purse seine
|
|
(b) |
bastimenti tas-sajd bil-konz:
|
2. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008 għandu japplika mingħajr preġudizzju għall-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u r-Repubblika ta’ Kiribati, min-naħa l-oħra.
3. Jekk l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet tas-sajd mill-Istati Membri msemmija fil-paragrafu 1 ma jkoprux l-opportunitajiet tas-sajd kollha stabbiliti fil-Protokoll, il-Kummissjoni għandha tqis applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni tas-sajd minn kwalunkwe Stat Membru ieħor, skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1006/2008.
4. Id-data ta’ skadenza msemmija fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1006/2008 hija b’dan stabbilita għal għaxart ijiem tax-xogħol mill-jum li fih il-Kummissjoni tgħarraf lill-Istati Membri li l-opportunitajiet tas-sajd ma’ ġewx użati kollha.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mis-16 ta’ Settembru 2012.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fil-Lussemburgu, id-9 ta’ Ottubru 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
V. SHIARLY
(2) Ara paġna 2 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.