Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012R0991

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 991/2012 tal- 25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-awtorizzazzjoni tal-idrossiklorur taż-żingu monoidrat bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċi kollha tal-annimali Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 297, 26.10.2012, p. 18–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 27/07/2016

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2012/991/oj

    26.10.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 297/18


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 991/2012

    tal-25 ta’ Ottubru 2012

    dwar l-awtorizzazzjoni tal-idrossiklorur taż-żingu monoidrat bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċi kollha tal-annimali

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fin-nutriment tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutriment tal-annimali u għar-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ awtorizzazzjoni bħal din.

    (2)

    F’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-idrossiklorur taż-żingu monoidrat. Din l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mill-partikolaritajiet u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

    (3)

    L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-idrossiklorur taż-żingu monoidrat bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, biex jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi nutrittivi”.

    (4)

    Fl-opinjoni tagħha tas-26 ta’ April 2012 (2), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) kkonkludiet li skont il-kundizzjonijiet ta’ użu proposti, l-idrossiklorur taż-żingu monoidrat ma għandux effett avvers fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent u li l-użu tiegħu jista’ jitqies bħala sors effettiv ta’ żingu għall-ispeċijiet kollha tal-annimali. L-Awtorità tqis li ma hemmx bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ għal wara il-kummerċjalizzazzjoni. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf imressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

    (5)

    Il-valutazzjoni tal-idrossiklorur taż-żingu monoidrat turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma sodisfatti. Għaldaqstant, l-użu ta’ din il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    (6)

    Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali.

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi, “addittivi nutrittivi”, u mill-grupp funzjonali, “komposti ta’ mikroelementi”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali, suġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Ottubru 2012.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

    (2)  EFSA Journal 2012; 10(5):2672.


    ANNESS

    Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

    Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

    Addittiv

    Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

    Speċi jew kategorija ta’ annimali

    Età massima

    Kontenut minimu

    Kontenut massimu

    Dispożizzjonijet oħra

    Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

    Kontenut tal-element (Zn) f’mg/kg ta’ għalf sħiħ b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 %

    Kategorija ta’ addittivi nutrittivi. Grupp funzjonali: komposti ta’ mikroelementi

    3b609

    idrossiklorur taż-żingu monoidrat

     

    Karatterizzazzjoni tal-addittiv

     

    Formula Kimika Zn5 (OH)8 Cl2 · (H2O)

     

    Numru CAS: 12167-79-2

     

    Purità: min. 84 %

     

    Ossidu taż-żingu: max 9 %

     

    Kontenut ta’ żingu: min. 54 %

     

    Partiċelli < 50 μm: taħt il-1 %

     

    Metodu analitiku  (1)

     

    Għall-identifikazzjoni tal-forma kristallina idrossiklorur taż-żingu fl-addittiv tal-għalf:

    Diffrazzjoni tar-Raġġi-X (XRD).

     

    Għad-determinazzjoni tat-total taż-żingu fl-addittiv u fil-pretaħlitiet:

    EN 15510: Plażma Abbinata b’mod Induttiv – Spettrometrija b’Emissjoni Atomika (ICP-AES), jew

    CEN/TS 15621: Plażma Abbinata b’mod Induttiv – Spettrometrija b’Emissjoni Atomika (ICP-AES), wara d-diġestjoni bi pressjoni.

     

    Għad-determinazzjoni tat-total taż-żingu fil-materjali tal-għalf u fl-għalf kompost:

    Spettrometrija tal-Assorbiment Atomiku (AAS); jew

    EN 15510 jew CEN/TS 15621.

    L-ispeċi kollha tal-annimali

    Annimali domestiċi: 250 (totali)

    Ħut: 200 (totali)

    Speċi oħra: 150 (totali)

    Sostituti tal-ħalib kompluti u komplementarji 200 (totali)

    1.

    Għas-sikurezza tal-utent: Għandhom jintlibsu protezzjoni għan-nifs, nuċċalijiet tas-sikurezza u ngwanti waqt l-użu.

    2.

    L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf f’forma ta’ pretaħlita.

    Il-15 ta’ Novembru 2022


    (1)  Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz li ġej tal-Laboratorju ta’ Referenza: http://irmm.jrc.ec.europa.eu/EURLs/EURL_feed_additives/Pages/index.aspx


    Top