Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012R0870

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 870/2012 tal- 24 ta’ Settembru 2012 dwar l-awtorizzazzjoni tan-narinġin bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċi kollha tal-annimali Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 257, 25.9.2012, p. 10–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 26/02/2023; Imħassar b' 32023R0255

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2012/870/oj

25.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 257/10


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 870/2012

tal-24 ta’ Settembru 2012

dwar l-awtorizzazzjoni tan-narinġin bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċi kollha tal-annimali

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutriment tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ din l-awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10 ta’ dan ir-Regolament jipprovdi għar-rievalwazzjoni ta’ addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2).

(2)

In-narinġin kien awtorizzat mingħajr limitu ta’ żmien b’konformità mad-Direttiva 70/524/KEE bħala addittiv fl-għalf għall-użu fl-ispeċi tal-annimali kollha. Dan l-addittiv tal-għalf wara ddaħħal fir-Reġistru Komunitarju tal-addittivi fl-għalf bħala prodott eżistenti, skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

F’konformità mal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 flimkien mal-Artikolu 7 ta’ dak ir-Regolament, tressqet applikazzjoni għar-rievalwazzjoni tan-narinġin bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċi kollha tal-annimali, bit-talba li l-addittiv jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi sensorji”. Dik l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mill-partikolaritajiet u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(4)

Fl-opinjoni tagħha tat-12 ta’ Ottubru 2011 (3), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu, in-narinġin ma għandux effett negattiv fuq saħħet l-annimali, saħħet il-bniedem jew l-ambjent, u li hu effikaċi bħala sustanza għat-togħma. Hija kkonkludiet li l-ebda ħsibijiet dwar is-sigurtà ma għandhom jinqalgħu sakemm jittieħdu miżuri xierqa ta’ protezzjoni. L-Awtorità tqis li ma hemmx bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ għal wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf imressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza tal-Unjoni Ewropea stabbilit permezz tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

Il-valutazzjoni tan-narinġin turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif stipulat fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma sodisfatti. Konsegwentement, l-użu ta’ din is-sustanza għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ma’ dan ir-Regolament.

(6)

Minħabba li huma introdotti modifiki fil-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni tan-narinġin u minħabba li ma hemm l-ebda effetti immedjati diretti fuq is-sigurtà, qabel l-awtorizzazzjoni għandu jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli sabiex il-partijiet interessati jkunu jistgħu jħejju ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-awtorizzazzjoni. Barra minn hekk, huwa xieraq li jitħalla perjodu ta’ tranżizzjoni għad-disponiment tal-ħażniet eżistenti tan-narinġin, kif awtorizzat b’konformità mad-Direttiva 70/524/KEE u tal-għalf li fih in-narinġin.

(7)

Huwa ferm kumpless għall-operaturi biex jadattaw ripetutament u minn jum għall-ieħor għat-tikketti tal-għalf li fih addittivi differenti li jkunu ġew awtorizzati suċċessivament skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 u li għalihom iridu jitħarsu regoli ġodda dwar it-tikkettjar. Għalhekk huwa xieraq li jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq l-operaturi billi jingħata perjodu ta’ żmien li jippermetti konverżjoni bla xkiel tat-tikkettjar.

(8)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Awtorizzazzjoni

Is-sustanza narinġin speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi sensorji” u mill-grupp funzjonali “komposti għat-togħma”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutriment tal-annimali bil-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Rekwiżiti tat-tikkettjar

Għalf li fih in-narinġin għandu jkun ittikkettat skont dan ir-Regolament sa mhux aktar tard mill-25 ta’ Mejju 2013.

Madankollu, għalf li fih in-narinġin li jkun ġie ttikkettjat skont id-Direttiva 70/524/KEE qabel il-25 ta’ Mejju 2013 jista’ jkompli jitqiegħed fis-suq sakemm jispiċċaw il-ħażniet.

Artikolu 3

Miżuri ta’ tranżizzjoni

Ħażniet eżistenti ta’ għalf li fih in-narinġin dakinhar li jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw bil-kundizzjonijiet tad-Direttiva 70/524/KEE sakemm jiġu eżawriti.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ il-25 ta’ Novembru 2012.

Dan id-dokument għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Settembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1.

(3)  EFSA Journal 2011; 9(11):2416.


ANNESS

Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija ta’ annimali

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijet oħra

Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

mg ta’ sustanza attiva/kg ta’ għalf sħiħ b’kontenut ta’ ilma ta’ 12 %

Kategorija ta’ addittivi sensorji. Grupp funzjonali: komposti li jgħinu fit-togħma

2b16058

Narinġin

 

Il-kompożizzjoni tal-addittiv

Narinġin

 

Il-karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Narinġin

Estratt mill-frott taċ-Ċitru

Purità: min. 90 %

(2S)-4H-1-Benżopiran-4-wieħed,7-((2-O-(6-deossi-alfa-L-mannopiranosil)-beta-D-glukopiranosil) ossi)-2,3-diidro-5- idrossi-2-(4-idrossifenil)

Formula kimika: C27H32O14

Nru tal-CAS 10236-47-2

FLAVIS 16.058

 

Il-Metodu ta’ Analiżi  (1)

Għad-determinazzjoni tan-narinġin fl-addittiv għall-għalf:

Il-metodu High Performance Liquid Chromatography (HPLC) konness mal-UV detector (il-monografija tal-Farmakopea Ewropea 2.2.29).

L-ispeċi kollha tal-annimali

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlita lesta minn qabel, indika t-temperatura għall-ħażna, kemm żmien tista’ tinżamm il-ħażna, u l-istabbiltà għall-pelleting.

2.

Użu rakkomandat sa 5 mg/kg għall-għalf sħiħ.

3.

Għas-sikurezza: waqt l-immaniġġar għandha tintuża protezzjoni tan-nifs, tal-ġilda, u tal-għajnejn.

Il-25 ta’ Novembru 2022


(1)  Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz li ġej tal-Laboratorju ta’ Referenza: http://irmm.jrc.ec.europa.eu/EURLs/EURL_feed_additives/Pages/index.aspx


Top