This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012R0845
Commission Regulation (EU) No 845/2012 of 18 September 2012 imposing a provisional anti-dumping duty on imports of certain organic coated steel products originating in the People's Republic of China
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 845/2012 tat- 18 ta' Settembru 2012 li jimponi dazju anti-dumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar miksija b'materjal organiku li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 845/2012 tat- 18 ta' Settembru 2012 li jimponi dazju anti-dumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar miksija b'materjal organiku li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina
ĠU L 252, 19.9.2012, pp. 33–54
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 19/03/2013
|
19.9.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 252/33 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 845/2012
tat-18 ta' Settembru 2012
li jimponi dazju anti-dumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar miksija b'materjal organiku li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) ("ir-Regolament bażiku"), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,
Wara li kkonsultat mal-Kumitat Konsultattiv,
Billi:
A. PROĊEDURA
1. Il-bidu
|
(1) |
Fil-21 ta' Diċembru 2011, il-Kummissjoni ħabbret, permezz ta’ notifika li ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2) ("notifika ta' bidu"), il-bidu ta’ proċediment anti-dumping fir-rigward tal-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ ċerti prodotti tal-azzar miksija b'materjal organiku li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina ("il-pajjiż ikkonċernat" jew "ir-RPĊ"). |
|
(2) |
Il-proċediment inbeda wara lment imressaq fis-7 ta' Novembru 2011 minn Eurofer ("l-ilmentatur"), li jirrappreżenta proporzjon kbir, f’dan il-każ aktar minn 70 %, tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta' ċerti prodotti tal-azzar miksija b'materjal organiku. L-ilment kien jinkludi evidenza prima facie ta’ dumping tal-prodott imsemmi u ta’ ħsara materjali li tirriżulta minnu, li kienet meqjusa bħala biżżejjed biex tiġġustifika l-ftuħ ta’ proċediment. |
2. Il-partijiet ikkonċernati mill-proċedura
|
(3) |
Il-Kummissjoni uffiċjalment għarrfet lill-ilmentaturi, lill-produtturi oħra magħrufa tal-Unjoni, lill-produtturi esportaturi magħrufa fir-RPĊ, lill-importaturi, lill-kummerċjanti, lill-utenti, lill-fornituri u lill-assoċjazzjonijiet magħrufa li huma kkonċernati u lir-rappreżentanti tar-RPĊ bil-bidu tal-proċediment. Il-Kummissjoni għarrfet ukoll lill-produtturi fil-Kanada u fir-Repubblika tal-Afrika t'Isfel ("l-Afrika t'Isfel") li kienu previsti fin-notifika ta' bidu bħala pajjiżi possibilment analogi. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jressqu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu seduta ta’ smigħ fil-limitu taż-żmien stipulat fin-notifika ta’ bidu. |
|
(4) |
Fid-dawl tal-ammont, li deher għoli, ta’ produtturi esportaturi, produtturi tal-Unjoni u importaturi mhux relatati, ġie kkunsidrat it-teħid tal-kampjuni fin-notifika ta' bidu skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk it-teħid ta’ kampjuni hux se jkun meħtieġ, u jekk iva, biex tagħżel il-kampjuni, il-produtturi esportaturi u l-importaturi mhux relatati magħrufa kollha ntalbu jippreżentaw irwieħhom mal-Kummissjoni u jipprovdu, kif speċifikat fin-notifika ta' bidu, informazzjoni bażika dwar l-attivitajiet tagħhom relatati mal-prodott ikkonċernat matul il-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2010 sat-30 ta’ Settembru 2011. |
|
(5) |
Fir-rigward tal-produtturi tal-Unjoni, il-Kummissjoni, fin-notifika ta' bidu ħabbret li hi kienet provviżorjament għażlet kampjun ta' produtturi mill-Unjoni. Dan il-kampjun kien jikkonsisti minn sitt produtturi tal-Unjoni li kienu magħrufa mill-Kummissjoni li jipproduċu prodott simili magħżul fuq il-bażi tal-bejgħ, il-volum tal-produzzjoni, id-daqs u l-lokalità ġeografika fl-Unjoni. Il-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun kienu responsabbli għal 46 % tal-produzzjoni tal-Unjoni u 38 % tal-bejgħ tal-Unjoni. Fin-notifika ta' bidu l-partijiet interessati ġew mistiedna wkoll iressqu l-fehmiet tagħhom dwar il-kampjun provviżorju. Wieħed mill-produtturi tal-Unjoni iddikjara li ma xtaqx jiġi inkluż fil-kampjun u kien sostitwit fil-kampjun minn l-akbar produttur li kien imiss. |
|
(6) |
Kien hemm 26 produttur esportatur jew gruppi ta' produtturi esportaturi fir-RPĊ li ppreżentaw l-informazzjoni mitluba u qablu li jkunu inklużi fil-kampjun. Abbażi tal-informazzjoni li taw il-produtturi esportaturi, il-Kummissjoni għall-bidu għażlet kampjun ta' tliet produtturi esportaturi bl-ikbar volum ta' esportazzjonijiet lejn l-Unjoni. Madankollu, wieħed mill-produtturi esportaturi ma tax dejta preċiża dwar l-esportazzjoni u ġie eskluż mill-kampjun. Żewġ produtturi esportaturi oħra li sussegwentement ġew inklużi fil-kampjun, irtiraw il-kooperazzjoni tagħhom. Għalhekk, fl-aħħar il-Kummissjoni ddeċidiet li tillimita l-kampjun għaż-żewġ produtturi esportaturi oriġinarjament magħżula biex jagħmlu parti mill-kampjun u li kellhom l-ogħla volum ta’ esportazzjoni lejn l-Unjoni. Il-volum tal-esportazzjoni tagħhom jammonta għal aktar minn 30 % tat-total tal-esportazzjonijiet tal-produtturi esportaturi Ċiniżi kollha li kkooperaw. |
|
(7) |
Sabiex il-produtturi esportaturi fir-RPĊ jkunu jistgħu jitolbu trattament tal-ekonomija tas-suq ("MET") jew trattament individwali ("TI"), jekk jixtiequ jagħmlu dan, il-Kummissjoni bagħtet formoli xierqa lill-produtturi esportaturi Ċiniżi magħrufa li huma kkonċernati, lill-awtoritajiet Ċiniżi u lil produtturi esportaturi Ċiniżi oħra li ppreżentaw ruħhom qabel l-iskadenzi stipulati fin-notifika ta' bidu. Tliet produtturi esportaturi Ċiniżi, inkluż wieħed li kien inkluż fil-kampjun, talbu MET skont l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku, jew TI f'każ li l-investigazzjoni tistabbilixxi li ma ssodisfawx il-kundizzjonijiet għal MET. Wieħed minn dawn il-produtturi esportaturi, li ma kienx inkluż fil-kampjun, sussegwentament irtira t-talba tiegħu. Il-produttur esportatur l-ieħor fil-kampjun talab TI biss. |
|
(8) |
Tmien importaturi mhux relatati ppreżentaw l-informazzjoni mitluba u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun. Għalhekk, minħabba l-għadd limitat ta’ importaturi li kkoperaw, it-teħid ta’ kampjuni tqies li ma għadux aktar neċessarju. |
|
(9) |
Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji liż-żewġ produtturi esportaturi fil-kampjun fir-RPĊ, lil 14-il produttur esportatur ieħor fir-RPĊ li talbu dan, lil erba’produtturi fil-Kanada, lil tliet produtturi fl-Afrika t'Isfel, lil ħames produtturi fir-Repubblika tal-Korea ("il-Korea t'Isfel"), lil ħames produtturi fir-Repubblika Federattiva tal-Brażil ("il-Brażil") – lil pajjiżi kandidati tal-għażla tal-pajjiż analogu, lis-sitt produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, lil ħames importaturi fl-Unjoni li kkooperaw u lill-utenti magħrufa. |
|
(10) |
Waslu tweġibiet minn disa' produtturi esportaturi u kumpaniji relatati fir-RPĊ, produttur wieħed fil-Kanada u produttur wieħed f'pajjiż possibilment analogu ieħor, fil-Korea t'Isfel. Barra minn hekk, is-sitt produtturi tal-Unjoni magħżula għall-kampjun, żewġ importaturi mhux relatati u għaxar utenti wieġbu l-kwestjonarju. |
|
(11) |
Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li hija qieset meħtieġa għal determinazzjoni provviżorja ta’ dumping, id-dannu li jirriżulta u l-interess tal-Unjoni. Saru żjarat ta’ verifika fl-istabbilimenti tal-kumpaniji li ġejjin:
|
3. Il-perjodu tal-investigazzjoni
|
(12) |
L-investigazzjoni tad-dumping u l-ħsara kopriet il-perjodu mill-1 ta' Ottubru 2010 sal-30 ta' Settembru 2011 (“perjodu ta' investigazzjoni” jew “PI”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tad-danni kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2008 sa tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni ("il-perjodu kkunsidrat"). |
B. IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI
1. Il-prodott ikkonċernat
|
(13) |
Il-prodott ikkonċernat huwa ċerti prodotti tal-azzar miksija b'materjal organiku ("OCS"), jiġifieri prodotti ċatti rrumblati tal-azzar liga jew mhux liga (ma jinkludix stainless steel) li huma miżbugħa, mogħtija l-verniċ jew miksija bi plastiks fuq mill-anqas naħa waħda, esklużi dawk l-hekk imsejħa "pannelli sandwich" tat-tip użati għall-applikazzjonijiet tal-bini u li jikkonsistu f'żewġ folji tal-metall fuq barra b'qalba ta' stabbilizzazzjoni ta' materjal għall-insulazzjoni marsus bejniethom, u esklużi dawk il-prodotti b’kisi finali trab taż-żingu (żebgħa rikka fiż-żingu, li fiha bil-piż 70 % żingu jew aktar) li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 7210 70 80 , ex 7212 40 80 , ex 7225 99 00 , ex 7226 99 70 , u li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina ("il-prodott ikkonċernat"). |
|
(14) |
L-applikazzjoni ewlenija tal-OCS huwa fl-industrija tal-kostruzzjoni, kif ukoll għal proċessar ieħor f’diversi prodotti użati fil-kostruzzjoni (bħal pannelli sandwich, bjut, kisi, eċċ.). Applikazzjonijiet oħra jinkludu l-produzzjoni ta’ tagħmir domestiku (white goods u brown goods) jew tagħmir għall-kostruzzjoni (bibien, radjaturi, dwal, eċċ.). |
2. Il-prodott simili
|
(15) |
L-investigazzjoni wriet li l-OCS prodott u mibjugħ mill-industrija tal-Unjoni fl-Unjoni, l-OCS prodott u mibjugħ fis-suq domestiku tar-RPĊ u l-OCS importat fl-Unjoni mir-RPĊ, kif ukoll dak prodott u mibjugħ fil-Kanada, li hija meqjusa pajjiż analogu, għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u kimiċi bażiċi u l-istess użi bażiċi aħħarija. Għalhekk, dawn il-prodotti provviżorjament qed jitqiesu li huma simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. |
|
(16) |
Xi partijiet interessati argumentaw li l-prodotti mir-RPĊ ma kinux komparabbli ma' dawk mibjugħa mill-industrija tal-Unjoni minħabba li tal-ewwel kienu mibjugħa f’suq u segment tal-prezzijiet differenti u għal użu aħħari differenti bħall-użu għall-kostruzzjoni fuq barra, filwaqt li parti sostanzjali tal-prodotti tal-industrija tal-Unjoni huma prodotti ta' kwalità għolja użati biss fis-settur żgħir tal-apparat domestiku. |
|
(17) |
L-investigazzjoni fil-fatt uriet li filwaqt li l-produtturi tal-Unjoni biegħu parti mill-produzzjoni tagħhom lil dawn is-segmenti tas-suq bħat-tagħmir domestiku, l-istess prodotti nbiegħu wkoll lill-industrija tal-materjal tal-kostruzzjoni, li allegatament hija s-segment ewlieni tas-suq tal-esportazzjoni Ċiniża. Barra minn hekk, il-livelli tal-prezzijiet bejn dawk is-setturi nstabu li huma ġeneralment komparabbli għall-istess tipi ta' prodott mibjugħ lil utenti differenti. |
|
(18) |
Ta' min jinnota li, peress li l-prodott ikkonċernat huwa fil-biċċa l-kbira standardizzat, għandu l-istess karatteristiċi fiżiċi u kimiċi bażiċi bħall-prodott simili irrispettivament mill-użi aħħarija. Għaldaqstant, dan l-argument qed jiġi provviżorjament miċħud. |
3. Talbiet għall-esklużjoni tal-prodott
|
(19) |
Waslu bosta talbiet minn utenti, esportaturi Ċiniżi u produtturi tal-Unjoni għall-esklużjoni ta’ ċerti tipi ta’ prodotti. It-tipi ta' prodotti li qed jintalbu li jiġu esklużi jikkonċernaw eż. azzar miksi bil-kromju jew bil-landa, pjanċi tal-azzar miżbugħa bi primer tas-silikat taż-żingu inorganiku jew miżbugħa b’materjali oħra li mhumiex organiċi. |
|
(20) |
Madankollu, s'issa ma ntlaħqu l-ebda konklużjonijiet, peress li xi wħud minn dawk it-talbiet mhumiex dokumentati biżżejjed biex tittieħed deċiżjoni infurmata. Għalhekk, ġie deċiż li ssir aktar investigazzjoni dwar dawn il-klejms. |
C. ID-DUMPING
1. Trattament ta' Ekonomija tas-Suq ("TES")
|
(21) |
Skont l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku, fl-investigazzjonijiet anti-dumping li jikkonċernaw importazzjonijiet li joriġinaw fir-RPĊ, il-valur normali għandu jiġi ddeterminat skont il-paragrafi minn 1 sa 6 tal-Artikolu msemmi għal dawk il-produtturi li nstabu li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku. Fil-qosor u għall-faċilità ta’ referenza biss, dawn il-kriterji ġew stabbiliti fil-forma mqassra hawn taħt:
|
|
(22) |
Kif stabbilit fil-premessa (8) hawn fuq, tliet produtturi esportaturi mir-RPĊ talbu trattament ta' ekonomija tas-suq ("TES") u wieġbu għall-formola tat-talba tat-TES fl-iskadenza taż-żmien mogħtija, li minnhom produttur esportatur wieħed sussegwentement irtira t-talba tiegħu. |
|
(23) |
Fir-rigward tal-kumplament taż-żewġ produtturi esportaturi fir-RPĊ li kkooperaw u li talbu t-TES, wara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-2 ta’ Frar 2012 (3) ġie deċiż li għandhom jiġu eżaminati t-talbiet tal-produttur esportatur li kien inkluż fil-kampjun (Zhangjiagang Panhua Steel Strip Co. Ltd u l-kumpaniji relatati tiegħu) kif ukoll tal-produttur esportatur li ma kienx inkluż fil-kampjun (Union Steel China u l-kumpanija relatata tiegħu). Il-Kummissjoni fittxet l-informazzjoni kollha li qieset li kienet meħtieġa u vverifikat l-informazzjoni li tressqet fit-talba għat-TES fl-istabbilimenti tal-kumpaniji kkonċernati. |
|
(24) |
L-ebda wieħed miż-żewġ gruppi ta' produtturi esportaturi fir-RPĊ li kkoperaw ma nstab li jissodisfa l-kriterji biex jingħata TES, minħabba li l-kost tal-materja prima prinċipali, kojls tal-azzar illaminati bis-sħana, ma jirriflettix il-verità minħabba ndħil mill-Istat fis-suq tal-azzar fir-RPĊ u għalhekk ma jirriflettix sostanzjalment il-valuri tas-suq, kif mitlub mill-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku. |
|
(25) |
L-interferenza mill-Istat Ċiniż fis-settur tal-azzar tidher mill-fatt li l-maġġoranza l-kbira tal-produtturi l-kbar tal-azzar Ċiniżi huma proprjetà tal-Istat u l-kapaċità installata u l-produzzjoni tal-azzar huma influwenzati mid-diversi Pjanijiet Industrijali ta' ħames snin, partikolarment dak attwali li huwa t-12-il Pjan ta' Ħames Snin (2011-2015) għas-settur tal-ħadid u l-azzar. |
|
(26) |
L-Istat jeżerċita wkoll kontroll sinifikanti fuq is-suq tal-materja prima. Il-kokk (flimkien mal-minerali tal-ħadid li huwa l-materja prima prinċipali fil-produzzjoni tal-azzar) huwa soġġett għal restrizzjonijiet kwantitattivi fuq l-esportazzjonijiet u għal dazju tal-esportazzjoni ta' 40 %. Għalhekk jista' jiġi konkluż li s-suq tal-azzar Ċiniż huwa mxekkel minn interferenza sinifikanti mill-Istat. |
|
(27) |
Dan ix-xkiel huwa rifless fil-prezz imħallas mill-kumpaniji investigati għall-kojls tal-azzar illaminati bis-sħana fil-PI. Huma nstabu li kienu sinifikament irħas mill-prezzijiet internazzjonali. Wieħed jista' għalhekk jikkonkludi li l-produzzjoni tal-OCS tibbenefika minn prezzijiet mhux normali tal-kojls tal-azzar illaminati bis-sħana minħabba interferenza mill-gvern li toħloq distorsjoni fil-prezz tal-OCS fir-RPĊ. Din id-distorsjoni toffri vantaġġ kbir fil-kost għall-produtturi esportaturi Ċiniżi peress li l-kost jew il-materja prima prinċipali, kojls tal-azzar illaminati bis-sħana, jammontaw għal madwar 80 % tal-ispiża tal-produzzjoni. Għaldaqstant, il-kriterju 1 ma jistax jitqies li ġie ssodisfat. |
|
(28) |
Barra mis-sitwazzjoni ġenerali deskritta hawn fuq, wieħed mill-produtturi esportaturi ma ssodisfax il-kriterju 2 minħabba nuqqasijiet sinifikanti tas-sistemi kontabilistiċi ta’ tlieta mill-gruppi ta’ kumpaniji relatati tiegħu. |
|
(29) |
Il-Kummissjoni żvelat uffiċjalment ir-riżultati tas-sejbiet tat-TES lill-kumpaniji kkonċernati fir-RPĊ, lill-awtoritajiet fir-RPĊ u lill-ilmentatur. Huma ngħataw ukoll l-opportunità biex iressqu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u biex jitolbu seduta ta' smigħ jekk kien hemm raġunijiet partikolari sabiex jinstemgħu. |
|
(30) |
Tressqu sottomissjonijiet bil-miktub mill-ilmentatur, minn produttur esportatur Ċiniż u mill-awtoritajiet tar-RPĊ. L-ilmentatur qabel mar-riżultati tas-sejbiet tat-TES. L-esportatur produttur Ċiniż prinċipalment staqsa jekk il-prezzijiet imħallsa mill-kumpaniji investigati għal kojls tal-azzar illaminati bis-sħana humiex sinifikament irħas mill-prezzijiet internazzjonali iżda ma ta l-ebda informazzjoni biex isosstni l-argument tiegħu. Madankollu id-dejta tal-Eurostat, ikkonfermata minn dejta statistika oħra disponibbli (4), turi biċ-ċar li dawn il-prezzijiet kienu sinifikament inqas mill-prezzijiet internazzjonali meta mqabbla ma' prezzijiet korrispondenti fl-Ewropa, fl-Amerika ta' Fuq, fl-Amerika t'Isfel u fil-Ġappun. Għaldaqstant dan l-argument huwa miċħud. |
|
(31) |
L-awtoritajiet tar-RPĊ saħqu li l-eżistenza ta' distorsjonijiet eventwali tal-prezzijiet tal-industrija f'livell wiesa' tal-materja prima kojls tal-azzar illaminati bis-sħana m'humiex awtomatikament preklużi mal-kriterja 1 li titlob determinazzjoni fil-livell ta' kumpanija. Madankollu, kif imsemmi fil-premessa (27), id-distorsjoni tal-prezz tal-materja prima prinċipali hija riflessa fil-prezz imħallas mill-kumpaniji kollha investigati. L-ewwel nett, l-ebda parti ma argumentat dwar dan il-fatt u t-tieni nett, l-eżami tat-TES sar fuq livell ta' kumpanija u s-sejbiet mhumiex limitati għal kwistjonijiet ġenerali orizzontali. Għaldaqstant dan l-argument ġie miċħud. |
|
(32) |
Barra minn hekk l-awtoritajiet tar-RPĊ ressqu li l-pjanijiet għal ħames snin huma linji gwida li ma jorbtux bla ebda forza legali fir-RPĊ. Madankollu, kif stipulat fil-premessa (25), irrispettivament għall-istatus legali eżatt ta' dawn il-pjanijiet, wieħed ma jistax jiċħad li permezz ta' dawn il-pjanijiet, l-intervenzjoni tal-gvern tar-RPĊ għandha impatt sinifikanti fuq il-kapaċità u l-produzzjoni installati mill-azzar. Għaldaqstant dan l-argument ġie miċħud. |
|
(33) |
Ġie afferamat ukoll li l-immaniġjar mill-Kummissjoni tal-klejms tal-MET kien inkompatibbli mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-2 ta' Frar 2012 (5) (’is-sentenza ta' Brosmann’) u tad-19 ta' Lulju 2012 (6) (’is-sentenza ta' Zhejiang Xinan Chemical’). Fir-rigward ta' dan l-argument, wieħed għandu jinnota li l-proċediment sar skont is-sentenza ta' Brosmann, kif rikonoxxut mill-awtoritajiet tar-RPĊ innifishom fis-sottomissjoni tagħhom. Barra minn hekk, il-kwistjoni fis-sentenza ta' Zhejiang kienet l-interferenza tal-Istat fid-deċiżjonijiet tal-kumpanija. Barra minn hekk, f'dan il-proċediment, ir-raġuni prinċipali li għaliha ġie miċħud it-TES kienet li l-prezz tal-materja prima prinċipali ma tirriflettix il-valuri tas-suq. Għaldaqstant dan l-argument qed jiġi provviżorjament miċħud. |
|
(34) |
Ġie affermat ukoll li peress li l-proċediment parallel kontra s-sussidju dwar il-prodott ikkonċernat eżamina wkoll il-kwistjoni tad-distorsjoni fid-dħul, il-Kummissjoni kellha tikkunsidra x-xhieda miġbura dwar din il-kwistjoni fil-proċediment parallel imsemmi. Fir-rigward ta' dan l-argument wieħed għandu jinnota li, fil-qafas tal-proċediment kurrenti tal-anti-dumping waqt l-investigazzjoni tat-TES, ġie eżaminat jekk il-kosti tal-materja prima prinċipali jirriflettux il-valuri tas-suq. Il-konklużjoni li l-produzzjoni tal-OCS fir-RPĊ tibbenefika mill-prezzijiet mhux normali tal-kojls tal-azzar illaminati bis-sħana, kif stipulat fil-premessa (27), hija perfettament valida f'dan ir-rispett u ma tippreġudika bl-ebda mod is-sejbiet possibbli tal-proċediment kontra s-sussidju jew vice versa. Kwalunkwe sejba possibbli fil-proċediment kontra s-sussidju hija distinta mid-determinazzjoni tat-TES Għaldaqstant dan l-argument qed jiġi provviżorjament miċħud. |
|
(35) |
L-awtoritajiet tar-RPĊ affermaw ukoll li l-Kummissjoni ma svelatx is-sejbiet tat-TES lill-awtoritajiet Ċiniżi. Madankollu, dan mhux korrett peress li s-servizzi tal-Kummissjoni ppreżentaw dokument ta' żvelar tat-TES, permezz ta' Nota Verbali lill-Missjoni Ċiniża tal-UE fit-12 ta' Lulju 2012, |
|
(36) |
Finalment, intqal li l-Kummissjoni qed tuża dejta mhux verifikata mill-pajjiż produttur analogu biex timponi d-dazji provviżorji. Madankollu, dan mhux korrett, peress li l-Kummissjoni użat dejta li analiżżat hi u sabet li kienet affidabbli, kif intqal b'mod ċar fil-premessa (48). Il-Kummissjoni kellha ddur għall-produttur Kanadiż analogu għall-koperazzjoni, peress li l-produttur Korean analogu irtira l-koperazzjoni tiegħu eżatt qabel ma saret iż-żjara ta' verifika ppjanata u miftehma kif spjegat fil-premessa (45). L-investigazzjoni fuq il-post tal-produttur għalhekk se ssir wara l-istadju provviżorju tal-proċediment. Intqal ukoll li l-kumpnija Koreana tal-pajjiż analogu irtirat il-koperazzjoni tagħha minħabba d-deċiżjoni tat-TES. Madankollu, dan mhuwiex il-każ, peress li l-irtirar ġie fit-3 ta' Lulju filwaqt li l-iżvelar tas-sejbiet tat-TES sar fit-12 ta' Lulju 2012. |
|
(37) |
L-ebda wieħed minn dawn l-argumenti li nġiebu ma kien tali li jbiddel is-sejbiet fir-rigward tad-determinazzjoni tat-TES. |
|
(38) |
Abbażi ta’ dak li ngħad aktar 'il fuq, l-ebda wieħed miż-żewġ gruppi ta' produtturi esportaturi fir-RPĊ li kkooperaw u li talbu TES ma seta' juri li jissodisfa l-kriterji kollha stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament Bażiku. |
2. It-trattament individwali ("TI")
|
(39) |
Skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, dazju nazzjonali, jekk hemm, huwa stabbilit għall-pajjiżi li jaqgħu taħt dak l-Artikolu, minbarra f’dawk il-każijiet fejn il-kumpaniji jistgħu juru li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku. Fil-qosor, u għall-faċilità ta’ referenza biss, dawn il-kriterji huma stabbiliti hawn taħt:
|
|
(40) |
Il-produttur esportatur, li kien inkluż fil-kampjun u li talab it-TES, talab ukoll TI f'każ li ma jingħatax TES. Il-produttur esportatur l-ieħor li kien inkluż fil-kampjun, talab TI biss. Abbażi tal-informazzjoni disponibbli, kien stabbilit provviżjorjament li dawn iż-żewġ produtturi esportaturi fir-RPĊ ma ssodisfawx il-kriterji biex jingħata TI. |
3. Eżami Individwali ("EI")
|
(41) |
Tressqu talbiet għal eżami individwali minn sitt produtturi esportaturi li kkooperaw skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku, li minnhom wieħed biss talab TES. Ġie deċiż provviżorjament li jsir EI għall-produttur esportatur li talab TES, Union Steel China, peress li ma kienx diffiċli li jsir hekk minħabba li l-produttur esportatur kien diġà eżaminat fil-qafas tal-eżami tat-talba għat-TES. |
|
(42) |
Dan il-produttur esportatur talab TES, imma talab TI ukoll f'każ li ma jingħatax TES. Wara eżami ta' din it-talba, ġie stabbilit provvisorjament li jingħata TI lil Union Steel China peress li ssodisfa l-kriterji biex jingħata TI. |
4. Il-valur normali
4.1. L-għażla tal-pajjiż analogu
|
(43) |
Skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali għall-produtturi esportaturi li ma ngħatawx TES irid jiġi stabbilit fuq il-bażi tal-prezzijiet domestiċi jew tal-valur normali f’pajjiż analogu. |
|
(44) |
Fin-notifika ta’ bidu, il-Kummissjoni uriet l-intenzjoni tagћha li tuża jew lill-Kanada jew lill-Afrika t'Isfel bћala pajjiż analogu xieraq bil-għan li tistabbilixxi l-valur normali, u l-partijiet interessati ġew mistiedna sabiex jikkummentaw dwar dan. |
|
(45) |
Il-Kummissjoni eżaminat jekk pajjiżi oħrajn setgħux ikunu għażla raġonevoli bħala pajjiż analogu u ntbagħtu kwestjonarji lill-produtturi tal-OCS fil-Kanada u fl-Afrika t'Isfel, iżda wkoll lil produtturi fil-Brażil u fil-Korea t'Isfel. Żewġ produtturi tal-OCS, wieħed fil-Kanada u wieħed fil-Korea t'Isfel, wieġbu l-kwestjonarji. Iż-żewġ pajjiżi dehru li huma swieq miftuħa mingħajr ebda dazji ta' importazzjoni u b’importazzjonijiet sinifikanti minn diversi pajjiżi terzi. Barra minn hekk, kien hemm tal-anqas erba’ produtturi domestiċi oħra tal-prodott ikkonċernat fil-Korea t'Isfel, ħaġa li tippermetti livell tajjeb ta’ kompetizzjoni fis-suq domestiku. Madankollu, fi stadju avvanzat ħafna tal-proċedura, fit-3 ta' Lulju 2012 u eżatt qabel iż-żjara ta' verifika mis-servizzi tal-Kummissjoni, il-produttur tal-Korea t'Isfel irtira l-kooperazzjoni tiegħu mingħajr spjegazzjoni. |
|
(46) |
Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, il-Kanada intgħażlet bħala l-pajjiż analogu. Hemm tal-anqas erba’ produtturi domestiċi oħra tal-prodott ikkonċernat fil-Kanada, li jippermetti livell tajjeb ta’ kompetizzjoni fis-suq domestiku. L-investigazzjoni ma wriet ebda raġuni biex wieħed iqis li l-Kanada ma kinitx adegwata biex jiġi stabbilit il-valur normali. |
|
(47) |
Bosta partijiet interessati argumentaw li l-istruttura tal-kost ta’ produttur Kanadiż ma tistax titqabbel mal-istruttura tal-kost ta’ produttur esportatur Ċiniż. Madankollu, ma nstabu l-ebda differenzi sinifikanti fl-istruttura tal-kosti u għaldaqstant, dan l-argument ġie miċħud. |
|
(48) |
Id-dejta ppreżentata fit-tweġiba tal-produttur Kanadiż li kkoopera kienet analizzata u nstabet li kienet tagħrif affidabbli li fuqu seta' jiġi bbażat il-valur normali. |
|
(49) |
Għalhekk huwa provviżorjament konkluż li l-Kanada huwa pajjiż analogu xieraq u raġonevoli skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku. |
4.2. Id-determinazzjoni tal-valur normali
|
(50) |
Peress li l-kumpanija waħda magħżula biex tagħmel parti mill-kampjun u l-kumpanija li t-talba tagħha għall-eżami individwali ġiet aċċettata, ma setgħux juru li jissodisfaw il-kriterji tat-TES, u l-kumpanija l-oħra li ntagħżlet biex tkun parti mill-kampjun ma kinitx talbet TES, il-valur normali għal produtturi esportaturi Ċiniżi kollha ġie stabbilit abbażi tal-informazzjoni li waslet mingħand il-produttur fil-pajjiż analogu. |
|
(51) |
Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni l-ewwel eżaminat jekk il-bejgħ tal-prodott simili fil-Kanada lill-klijenti indipendenti kienx rappreżentattiv. Il-bejgħ tal-prodott simili tal-produttur Kanadiż li kkoopera nstab li nbigħ fi kwantitajiet rappreżentattivi fis-suq domestiku Kanadiż meta mqabbel mal-prodott ikkonċernat esportat lejn l-Unjoni mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun u l-produttur esportatur li t-talba tiegħu għal eżami individwali kienet aċċettata. |
|
(52) |
Sussegwentement, il-Kummissjoni vvalutat jekk dan il-bejgħ setax jitqies li sar fl-andament normali tal-kummerċ skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. Dan sar billi ġie stabbilit il-proporzjon ta’ bejgħ bi profitt lil klijenti indipendenti. It-tranżazzjonijiet tal-bejgħ tqiesu bħala profittabbli fejn il-prezz tal-unità kien ugwali għall-kost tal-produzzjoni jew ogħla minnu. B'hekk ġie ddeterminat il-kost tal-produzzjoni tal-produttur Kanadiż matul il-PI. |
|
(53) |
Għal dawk it-tipi ta’ prodotti fejn aktar minn 80 % bħala volum ta’ bejgħ fis-suq domestiku tat-tip inkwistjoni kien ogħla mill-kost u l-prezz tal-bejgħ medju peżat ta’ dak it-tip kien daqs jew aktar mill-prezz tal-unità ta’ produzzjoni, il-valur normali, skont it-tip ta’ prodott, ġie kkalkulat bħala l-medja peżata tal-prezzijiet domestiċi reali tal-bejgħ kollu tat-tip inkwistjoni, irrispettivament minn jekk dak il-bejgħ sarx bi profitt jew le. |
|
(54) |
Meta l-ammont ta’ bejgħ bi qligħ ta’ tip ta’ prodott kien jirrappreżenta 80 % jew inqas tal-volum ta’ bejgħ totali ta’ dak it-tip, jew meta l-prezz medju peżat ta’ dak it-tip kien inqas mill-kost ta’ unità ta’ produzzjoni, il-valur normali kien ibbażat fuq il-prezz domestiku attwali, li ġie kkalkulat bħala prezz medju peżat tal-bejgħ domestiku bi qligħ biss ta’ dak it-tip magħmul matul il-PI. |
|
(55) |
Fir-rigward tat-tipi ta’ prodott li ma kinux profittabbli, il-valur normali ġie ffurmat bl-użu tal-kosti tal-manifattura tal-produttur Kanadiż flimkien mal-ispejjeż tal-SG&A u l-marġni ta’ profitt għat-tipi ta' prodott li huma profittabbli. |
4.3. Il-prezzijiet tal-esportazzjoni għall-produtturi esportaturi li ngħataw it-TI
|
(56) |
Billi l-produtturi esportaturi li kkooperaw u li ngħataw TI għamlu bejgħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni direttament lil klijenti indipendenti fl-Unjoni, il-prezzijiet ġew ibbażati fuq il-prezzijiet li effettivament tħallsu jew li għandhom jitħallsu għall-prodott ikkonċernat, skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku. |
4.4. Il-paragun
|
(57) |
Il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tqabblu fuq bażi ex-works. Biex jiġi żgurat tqabbil ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni, saret konċessjoni xierqa fil-forma ta’ aġġustamenti għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Saru aġġustamenti, fejn kien xieraq, għat-trasport, l-assigurazzjoni, l-ispejjeż tat-tqandil u l-ispejjeż anċillari, l-ippakkjar, il-kreditu, u l-ispejjeż bankarji u l-kummissjonijiet fil-każijiet kollha fejn instab li kienu raġonevoli, eżatti u sostnuti b’evidenza. |
5. Il-marġnijiet tad-dumping
|
(58) |
Skont l-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku, il-marġnijiet tad-dumping għall-produtturi esportaturi li ngħataw TI ġew stabbiliti fuq il-bażi ta’ tqabbil tal-valur normali medju peżat stabbilit għall-pajjiż analogu mal-prezz tal-esportazzjoni medju peżat ta' kull kumpanija espress bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas. |
|
(59) |
Ġiet ikkalkulata l-medja peżata tal-marġni tad-dumping tal-produtturi esportaturi fil-kampjun għall-produtturi esportaturi li kkoperaw imma li ma ntgħażlux fil-kampjun. Abbażi ta' dan, il-marġnijiet tad-dumping provviżorju għall-produtturi esportaturi mhux fil-kampjun, espress bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huwa ta' 61,1 %. |
|
(60) |
Sabiex jiġi kkalkulat il-marġni tad-dumping għall-pajjiż kollu applikabbli għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx jew li mhumiex magħrufa fir-RPĊ, il-livell ta' kooperazzjoni ġie stabbilit l-ewwel billi tqabblu l-volumi tal-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni rrappurtati mill-produtturi esportaturi li kkooperaw mal-istatistika ekwivalenti tal-Eurostat. |
|
(61) |
Meta wieħed iqis li l-koperazzjoni mir-RPĊ kienet madwar 70 %, il-marġni tad-dumping għall-pajjiż kollu applikabbli għall-esportaturi l-oħra kollha fir-RPĊ ġie stabbilit bl-użu tal-ogħla marġni tad-dumping stabbilit għal tipi ta' prodotti rappreżentattivi ta’ produtturi esportaturi. Abbażi ta' dan, il-livell ta’ dumping mal-pajjiż kollu ġie stabbilit b’mod provviżorju gћal 77,9 % tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas. |
|
(62) |
Abbażi ta' dan, il-marġnijiet tad-dumping provviżorji, espressi bћala perċentwali tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma:
|
D. ID-DANNU
1. Produzzjoni tal-Unjoni u l-industrija tal-Unjoni
|
(63) |
L-informazzjoni kollha disponibbli rigward il-produtturi tal-Unjoni, inkluża l-informazzjoni pprovduta fl-ilment, id-dejta miġbura mill-produtturi tal-Unjoni qabel u wara l-bidu tal-investigazzjoni, u t-tweġibiet għall-kwestjonarju vverifikati tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, intużat sabiex tiġi stabbilita l-produzzjoni totali tal-Unjoni għall-perjodu kkunsidrat. |
|
(64) |
Matul il-PI, l-OCS kien immanifatturat minn 22 produttur fl-Unjoni. Abbażi ta' dak imsemmi fil-premessa ta' qabel, il-produzzjoni totali tal-Unjoni kienet stmata li hi madwar 3 645 298 tunnellata matul il-PI. Il-produtturi tal-Unjoni li jagħmlu tajjeb għall-produzzjoni totali tal-Unjoni jikkostitwixxu l-industrija tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikoli 4(1) u 5(4) tar-Regolament bażiku u minn hawn 'il quddiem huma msejħa "l-industrija tal-Unjoni". |
2. Determinazzjoni tas-suq rilevanti tal-Unjoni
|
(65) |
Waqt l-investigazzjoni nstab li parti sostanzjali tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun kienet destinata għall-użu ristrett, jiġifieri spiss ittrasferita (mingħajr fattura) u/jew imwassla bil-prezzijiet tat-trasferiment fl-istess kumpanija jew grupp ta' kumpaniji għal aktar ipproċessar downstream. |
|
(66) |
Sabiex jiġi stabbilit jekk l-industrija tal-Unjoni sofrietx dannu jew le u sabiex jiġi determinat il-konsum u l-indikaturi ekonomiċi diversi relatati mas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, ġie eżaminat jekk l-użu sussegwenti tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni tal-prodott simili kienx ikkunsidrat fl-analiżi u jekk iva sa liema punt. |
|
(67) |
Sabiex tingħata stampa sħiħa kemm jista' jkun tas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, ittieħdet u ġiet analizzata dejta għall-attività kollha tal-OCS u wara ġie determinat jekk il-produzzjoni kinetx destinata għall-użu ristrett jew għas-suq ħieles. |
|
(68) |
Għall-indikaturi ekonomiċi li ġejjin u li huma relatati mal-industrija tal-Unjoni, instab li analiżi valida u evalwazzjoni kellhom jiffukaw fuq is-sitwazzjoni probabbli tas-suq ħieles: il-volum tal-bejgħ u l-prezzijiet tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, il-volum tal-esportazzjoni u l-prezzijiet u għalhekk l-indikaturi tad-dannu ġew ikkoreġuti għall-użu u l-bejgħ ristrett magħruf fl-industrija tal-Unjoni, u l-użu u l-bejgħ ristrett ġew analizzati separatament. |
|
(69) |
Fir-rigward ta' indikaturi ekonomiċi oħra, madankollu, abbażi tal-investigazzjoni instab, li setgħu jiġu eżaminati b'mod raġjonevoli billi ssir referenza għall-attività sħiħa biss. Fil-fatt, il-kapaċità tal-produzzjoni (kemm għas-suq ristrett kif ukoll għas-suq ħieles), l-utilizzazzjoni tal-kapaċità, l-investimenti, l-istokk, l-impjiegi, il-produttività, is-salarji, l-abbiltà li jiżdied il-kapital jiddependu fuq l-attività kollha, kemm jekk il-produzzjoni hija ristretta jew mibjugħa fis-suq ħieles. |
3. Il-konsum tal-Unjoni
|
(70) |
Il-prodott simili jinbiegħ mill-industrija tal-Unjoni lil konsumaturi mhux relatati kif ukoll jinbiegħ/jiġi trasferit lil kumpaniji relatati għal aktar ipproċessar downstream, eż. f'ċentri ta' servizzi tal-azzar. |
|
(71) |
Fil-kalkolu tal-konsum apparenti tal-Unjoni għall-OCS, il-Kummissjoni żiedet il-volum tal-importazzjonijiet totali tal-OCS fl-Unjoni kif irrappurtat mill-Eurostat u l-volum ta’ bejgħ u użu ristrett tal-prodott simili fl-Unjoni manifatturat mill-industrija tal-Unjoni kif irrapportat fl-ilment u vverifikat matul iż-żjarat ta' verifika għall-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, |
|
(72) |
Dwar id-dejta tal-Eurostat dwar l-importazzjonijiet għandu jissemma li d-deskrizzjonijiet tal-kodiċi NM rilevanti (ara l-premessa (13) hawn fuq) mhumiex limitati għad-deskrizzjoni tal-prodott li qed jiġi investigat u għalhekk l-importazzjoni rrapportati mill-Eurostat b'dawk il-kodiċijiet jistgħu jinkludu prodotti oħrajn. Madankollu, fl-assenza ta' informazzjoni rigward il-kwantitajiet eventwalment affettwati ta’ tali importazzjonijiet oħra, jew ta' evidenza li dawn il-kwantitajiet jistgħu jkunu importanti, kien deċiż provviżorjament li tintuża d-dejta sħiħa dwar l-importazzjonijiet bil-kodiċi NM rilevanti kif irrappurtati mill-Eurostat. |
|
(73) |
Abbażi ta' dan, il-konsum totali tal-Unjoni żviluppa kif ġej:
|
|
(74) |
Il-konsum totali fis-suq tal-UE naqas b'9 % matul il-perjodu kkunsidrat. Bejn l-2008 u l-2009 kien hemm tnaqqis ta' madwar 24 % bħala riżultat tal-effetti negattivi globali tal-kriżi ekonomika, speċjalment fuq l-industrija tal-kostruzzjoni. Wara dan il-konsum beda jirkupra u żdied fit-total b'20 % bejn l-2009 u l-PI iżda xorta kien għadu taħt il-livell inizjali tal-2008. |
4. Importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat u s-sehem tas-suq
|
(75) |
L-importazzjonijiet lejn l-Unjoni mir-RPĊ żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
(76) |
Minkejja l-evoluzzjoni tal-konsum, il-volum tal-importazzjonijiet mir-RPĊ żdied b’mod sinifikanti b’49 % matul il-perjodu kkunsidrat. Minħabba l-effetti negattivi tal-kriżi ekonomika, anke l-volum tal-importazzjonijiet mir-RPĊ naqas drastikament fl-2009. Madankollu, l-importazzjonijiet mir-RPĊ bdew jirkupraw b'pass mgħaġġel ħafna, biex kien hemm żieda impressjonanti ta' 367 % bejn l-2009 u l-PI. |
|
(77) |
Bl-istess mod, is-sehem fis-suq miżmum minn dawk l-importazzjonijiet żdied bi 63 % matul il-perjodu kkunsidrat. Għalkemm dan naqas b’iktar minn nofs bejn l-2008 sal-2009, wera tendenza ta’ żieda impressjonanti bejn l-2009 u l-PI u żdied b'290 %. |
4.1. Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet u t-twaqqigħ tal-prezz
|
L-importazzjonijiet mir-RPĊ |
2008 |
2009 |
2010 |
PI |
|
Prezz medju f’EUR/tunnellata |
875 |
728 |
768 |
801 |
|
Indiċi (2008 = 100) |
100 |
83 |
88 |
91 |
|
Sors: L-Eurostat |
||||
|
(78) |
Il-prezz medju tal-importazzjoni mir-RPĊ naqas b’9 % matul il-perjodu kkunsidrat. Bejn l-2008 u l-2009, naqas b’mod sinifikanti bi 17 %, imbagħad żdied b'ħames punti perċentwali bejn l-2009 u l-2010 u bi tliet punti perċentwali oħra fil-PI. |
|
(79) |
Il-prezzijiet tal-importazzjoni mir-RPĊ baqgħu konsistentement taħt il-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kollu meqjus. Kif muri fit-tabella hawn fuq, filwaqt li fl-2009 fl-aqwa tal-kriżi ekonomika, anke it-twaqqigħ fil-prezz ta' 17 % ma setax jgħin l-importazzjonijiet Ċiniżi biex iżommu s-sehem tas-suq f'sitwazzjoni ta' konsum li naqas f'daqqa waħda u t-tnaqqis sinifikanti fis-suq, it-twaqqigħ kontinwu fis-snin sussegwenti jispjega ż-żieda stabbli impressjonanti fis-sehem mis-suq miżmuma mill-importazzjoni mir-RPĊ bejn l-2009 u l-PI. |
|
(80) |
Sabiex jiġi ddeterminat it-twaqqigħ tal-prezz matul il-PI, il-prezzijiet tal-bejgħ b'medja peżata għal kull tip ta’ prodott tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun mitluba lill-klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni, u aġġustati għal livell ex-works, tqabblu mal-prezzijiet b'medja peżata korrispondenti tal-importazzjonijiet mill-produtturi Ċiniżi li kkooperaw lejn l-ewwel klijent indipendenti fis-suq tal-Unjoni, stabbiliti fuq bażi CIF, b'aġġustamenti adegwati għal-kosti ta’ wara l-importazzjoni. |
|
(81) |
Dan it-tqabbil tal-prezzijiet sar skont it-tip għat-tranżazzjonijiet fl-istess livell ta’ kummerċ, aġġustati kif dovut fejn meħtieġ, u wara t-tnaqqis tar-rifużjonijiet u l-iskontijiet. Ir-riżultat tat-tqabbil, meta espress bħala perċentwal tal-fatturat tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun matul il-PI, wera marġni ta' twaqqigħ b'medja peżata ta' 25,9 % mill-produtturi esportaturi Ċiniżi li kkooperaw. |
5. Il-qagħda ekonomika tal-industrija tal-Unjoni
5.1. Il-kummenti preliminari
|
(82) |
Skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat il-fatturi ekonomiċi u l-indiċi rilevanti kollha li jaffettwaw l-istat tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(83) |
Kif imsemmi fil-premessa (5) hawn fuq, it-teħid ta' kampjuni intuża għall-eżami tad-dannu possibbilment imġarrab mill-industrija tal-Unjoni. |
|
(84) |
Id-dejta ppreżentata u vverifikata mis-sitt produtturi tal-UE inklużi fil-kampjun intużat sabiex tistabbilixxi indikaturi mikroekonomiċi, bħalma huma l-prezz tal-unità, il-kost tal-unità, il-profittabilità, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti, l-abbiltà ta' finanzjament tal-kapital u tal-istokks. |
|
(85) |
Id-dejta ppreżentata mill-ilmentatur għall-produtturi kollha tal-OCS fl-Unjoni, iċċekkjata ma' sorsi oħra disponibbli u ma' dejta verifikata ta' produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, intużat biex jiġu stabbiliti indikaturi makroekonomiċi, bħall-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-utilizzazzjoni tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, is-sehem fis-suq, l-impjiegi u l-produttività. |
5.2. Dejta relatata mal-industrija tal-Unjoni bħala entità sħiħa
5.2.1. Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-utilizzazzjoni tal-kapaċità
|
(86) |
L-informazzjoni kollha disponibbli rigward l-industrija tal-Unjoni, inkluża l-informazzjoni ppreżentata fl-ilment, id-dejta miġbura mill-produtturi tal-Unjoni qabel u wara l-bidu tal-investigazzjoni, u t-tweġibiet vverifikati tal-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, intużat sabiex tiġi stabbilita l-produzzjoni totali tal-Unjoni għall-perjodu kkunsidrat.
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(87) |
It-tabella ta' hawn fuq turi li l-produzzjoni naqset b'14 % matul il-perjodu kkunsidrat. B'konformità mat-tnaqqis fid-domanda, il-produzzjoni naqset drastikament fl-2009, u wara dan irkuprat parzjalment fl-2010 qabel ma waqgħet lura ftit fil-PI minkejja żieda fil-konsum. |
|
(88) |
Il-kapaċità tal-produzzjoni naqset b’4 % matul il-perjodu kkunsidrat. L-utilizzazzjoni tal-kapaċità segwiet ix-xejra tal-produzzjoni u naqset b'10 % matul il-perjodu kkunsidrat. |
5.2.2. Volum ta’ bejgħ, sehem mis-suq u tkabbir
|
|
2008 |
2009 |
2010 |
PI |
|
Il-volum tal-bejgħ (tunnellati) |
3 355 766 |
2 707 611 |
3 003 917 |
2 936 255 |
|
Indiċi (2008 = 100) |
100 |
81 |
90 |
87 |
|
Sehem mis-suq (tunnellati) |
59,0 % |
62,6 % |
61,1 % |
56,7 % |
|
Indiċi (2008 = 100) |
100 |
106 |
104 |
96 |
|
Sors: L-ilment, it-tweġibiet għall-kwestjonarju |
||||
|
(89) |
Fl-2009 il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati naqas drastikament b'19 %. Fl-2010, il-volum tal-bejgħ żdied b'disa' punti perċentwali, iżda mbagħad naqas bi tliet punti perċentwali fil-PI. |
|
(90) |
Is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas b’4 % matul il-perjodu kkunsidrat. Wara żieda fis-sehem mis-suq fl-2009, l-industrija tal-Unjoni rat is-sehem tagħha jonqos fl-2010 u fil-PI bir-riżultat li s-sehem tagħha mis-suq kien 6 % anqas matul il-PI milli fl-2009; dan seħħ fl-isfond ta' żieda ta' aktar minn 20 % fil-konsum fl-istess perjodu. Għaldaqstant, l-industrija ma setgħetx tibbenefika miż-żieda fil-konsum u ma setgħetx tikseb mill-ġdid il-volum tal-bejgħ li kienet tilfet qabel. |
|
(91) |
Filwaqt li l-konsum tal-Unjoni naqas b'9 % matul il-perjodu kkunsidrat u l-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni lil partijiet mhux relatati naqas bi 13 %, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas bi 2,3 punti perċentwali minn 59 % fl-2008 għal 56,7 % fil-PI. |
5.2.3. L-impjiegi u l-produttività
|
|
2008 |
2009 |
2010 |
PI |
|
Impjiegi (FTE) |
6 790 |
5 953 |
5 723 |
5 428 |
|
Indiċi (2008 = 100) |
100 |
88 |
84 |
80 |
|
Produttività (tunnellati/FTE) |
621 |
545 |
648 |
672 |
|
Indiċi (2008 = 100) |
100 |
88 |
104 |
108 |
|
Sors: L-ilment, it-tweġibiet għall-kwestjonarju, Eurofer |
||||
|
(92) |
L-impjiegi fl-industrija tal-Unjoni segwew xejra progressivament 'l isfel. Għalhekk, in-numru totali ta' impjegati, imkejjel f'ekwivalenti ta' full time (FTE), fl-industrija naqas b'20 % fuq il-perjodu kkunsidrat u laħaq l-anqas livell tiegħu fil-PI. Madankollu, il-produttività żdiedet bi 8 % matul il-perjodu kkunsidrat, li juri li l-industrija ukoll kienet qed tipprova tirrazzjonalizza l-kosti tal-produzzjoni. |
5.3. Dejta relatata mal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun
5.3.1. Il-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-unità fl-Unjoni u l-kost tal-produzzjoni
|
(93) |
Il-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun lil klijenti mhux relatati fl-UE naqas bi 3 % matul il-perjodu kkunsidrat. Matul il-perjodu mill-2009 sal-PI, b'konformità maż-żieda fil-konsum u fil-volumi tal-bejgħ, il-prezzijiet irkupraw bi 23 % imma ma laħqux il-livell tal-2008. |
|
(94) |
B’mod parallel, il-kosti medji għall-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott simili żdiedu b’6 % matul il-perjodu kkunsidrat minħabba żieda fil-kost tal-manifattura għal kull unità, billi l-kost tal-SG&A għal kull unità naqas b'34 %. |
|
(95) |
Wara l-waqgħa fil-prezz tal-unità lil klijenti mhux relatati b'21 % fl-2009 u t-telf li jmur ma' dan, il-prezz tal-unità beda jirkupra. Fl-2010 u matul il-PI, l-industrija tal-Unjoni esperjenzat żieda fil-kosti u setgħet iżżid il-prezzijiet moderatament kemm tkopri dawn iż-żidiet, biżżejjed kemm iżżommhom profittabbli fuq l-istess livell għall-2010 u l-PI. Madankollu, dan irriżulta f'aktar telf fis-sehem mis-suq peress li l-prezzijiet Ċiniżi tal-importazzjoni kienu dejjem irħas mill-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni.
|
||||||||||||||||||||||||||||||
5.3.2. Il-profittabilità, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-abbiltà li żżid il-kapital.
|
|
2008 |
2009 |
2010 |
PI |
|
Profittabilità tal-bejgħ fl-UE lil klijenti mhux relatati (% tal-fatturat tal-bejgħ) |
6,7 % |
–9,3 % |
2,8 % |
2,6 % |
|
Indiċi (2008 = 100) |
100 |
– 138 |
41 |
39 |
|
Likwidità (EUR) |
328 190 880 |
211 298 356 |
152 030 083 |
204 650 414 |
|
Indiċi (2008 = 100) |
100 |
64 |
46 |
62 |
|
Investimenti (EUR) |
55 717 957 |
4 537 128 |
12 530 132 |
15 302 264 |
|
Indiċi (2008 = 100) |
100 |
8 |
22 |
27 |
|
Redditu fuq l-investimenti |
13,8 % |
–13,9 % |
5,9 % |
6 % |
|
Indiċi (2008 = 100) |
100 |
– 101 |
43 |
44 |
|
Sors: It-tweġibiet ivverifikati tal-kwestjonarji tal-produtturi fil-kampjun |
||||
|
(96) |
Il-profitabilità tal-industrija tal-Unjoni ġiet stabbilita billi l-profitt nett qabel it-taxxa mill-bejgħ tal-prodott simili lil klijenti mhux relatati ġie espress bħala perċentwal tal-fatturat ta’ dan il-bejgħ. Fis-sena tal-kriżi ekonomika, 2009 il-profittabilità tal-industrija tal-Unjoni naqset b’mod drammatiku u rriżultat f'telf ta' 13,9 %. Mill-2010, din bdiet tirkupra, iżda ż-żieda fil-kosti tal-produzzjoni ma ħallewhiex tilħaq il-livell ikkunsidrat b’saħħtu u sostenibbli għall-industrija (6,7 % - ara l-premessa (156)). Matul il-perjodu kollu kkunsidrat, il-profittabilità naqset b'61 %. |
|
(97) |
It-tendenza fil-likwidità fil-parti l-kbira segwiet it-tendenza negattiva fil-profittabilità. L-anqas livell inkiseb fl-2010. Bl-istess mod, ir-redditu fuq l-investiment naqas b'56 % minn 13,8 % fl-2008 għal 6 % fil-PI. |
|
(98) |
L-evoluzzjoni tal-profittabilità, il-fluss tal-flus u r-redditu fuq l-investiment matul il-perjodu kkunsidrat illimitaw l-abbiltà tal-industrija tal-Unjoni li tinvesti fl-attivitajiet tagħha u dgħajfu l-iżvilupp tagħha. L-industrija tal-Unjoni rnexxielha tagħmel investiment sostanzjali fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat, madankollu, minn hemm 'il quddiem l-investimenti niżlu drastikament fl-2009 u b'mod ġenerali naqsu bi 73 % matul il-perjodu kkunsidrat. |
|
(99) |
Kif intqal hawn fuq, il-prestazzjonijiet finanzjarji tal-industrija tal-Unjoni ddeterjoraw, iżda ma żvelawx li l-kapaċità tagħha li tgħolli l-kapital kienet affettwata serjament matul il-perjodu kkunsidrat. |
5.3.3. L-istokks
|
|
2008 |
2009 |
2010 |
PI |
|
Stokks tal-għeluq (tunnellati) |
116 852 |
97 533 |
124 848 |
130 593 |
|
Indiċi (2008 = 100) |
100 |
83 |
107 |
112 |
|
Sors: It-tweġibiet ivverifikati tal-kwestjonarji tal-produtturi fil-kampjun |
||||
|
(100) |
Għas-sitt produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, l-istokks kienu jirrappreżentaw 8 % tal-volum tal-produzzjoni fil-PI. Il-livell tal-istokk tal-għeluq żdied bi 12 % matul il-perjodu ikkunsidrat. Għalkemm, għandu jiġi nnotat li l-istokks mhumiex indikatur importanti għall-industrija peress li l-produzzjoni prinċipalment isseħħ skont l-ordni, iż-żieda ewlenija fl-istokks seħħet bejn l-2009 u l-PI u ħabtet maż-żieda fl-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ. |
5.3.4. Il-kosti tax-xogħol
|
Il-kosti medji tax-xogħol għal kull impjegat (EUR, produtturi tal-UE fil-kampjun) |
60 959 |
57 892 |
58 637 |
62 347 |
|
Indiċi (2008 = 100) |
100 |
95 |
96 |
102 |
|
(101) |
L-ispejjeż medji tax-xogħol tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun żdiedu bi 2 % biss matul il-perjodu kkunsidrat li huwa aktar baxx mir-rata tal-inflazzjoni. L-investigazzjoni wriet li l-produtturi fil-kampjun għamlu tnaqqis sinifikanti, speċjalment fl-ispejjeż ġenerali u amministrattivi, u wettqu kontroll strett fuq l-effiċjenza. |
5.3.5. Użu ristrett u bejgħ ristrett
|
(102) |
Kif indikat fil-premessa (65), hemm suq sinifikanti għall-OCS fl-UE li huwa ffurmat mill-użu downstream tal-OCS mill-industrija tal-Unjoni. Biex jiġi analizzat dan is-suq, ġew ikkunsidrati l-volumi kollha tal-użu u l-bejgħ ristrett lil partijiet relatati (il-bejgħ ristrett) mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun u l-produtturi l-oħra tal-Unjoni. |
|
(103) |
Instab li l-użu ristrett u l-bejgħ ristrett kienu ddestinati għal aktar trasformazzjoni mill-kumpaniji nfushom jew mill-kumpaniji relatati tagħhom fi ħdan il-gruppi tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun li jittrattaw prinċipalment fin-negozju tal-materjal tal-kostruzzjoni, jiġifieri huma l-utenti finali tal-OCS. |
|
(104) |
Abbażi ta' dak identifikat hawn fuq, ġie stabbilit li l-użu ristrett u l-bejgħ ristrett tal-produtturi tal-Unjoni jammonta għal 27 % tal-volum totali tal-produzzjoni fil-PI. Matul il-perjodu kkunsidrat, l-użu ristrett u l-volumi relatati tal-bejgħ naqsu b'19 % u s-sehem mis-suq niżel bi 11 %.
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
(105) |
Il-valur tal-użu ristrett u l-bejgħ ristrett kien analizzat abbażi tar-risposti għall-kwestjonarju ppreżentati u vverifikati matul iż-żjarat ta' verifika lill-produtturi fil-kampjun. L-investigazzjoni sabet li ma kienx hemm differenza materjali bejn l-użu ristrett u l-bejgħ ristrett f 'termini tal-użu aħħari tal-prodott. L-użu ristrett kien irrappurtat mill-kumpaniji fejn il-produzzjoni downstream kienet qed isseħħ bl-istess entità legali, madankollu, il-bejgħ ristrett kien il-bejgħ lil entitajiet legali oħra relatati ma' fattura. Barra minn hekk, il-metodu tal-ipprezzar kemm fl-użu kif ukoll fil-bejgħ ristrett lil partijiet relatati kien simili, jiġifieri intalab valur ġust (il-metodu "kost b'addenda") tal-prodott kemm lill-kumpaniji relatati kif ukoll l-unitajiet ta' produzzjoni downstream ristretta tal-kumpaniji fil-kampjun. |
|
(106) |
Għalhekk, il-valur medju għal kull tunnellata żdied b’1 % matul il-perjodu kkunsidrat u għalhekk kien 2 % inqas mill-prezz tal-bejgħ lil klijenti mhux relatati fil-PI tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun.
|
||||||||||||||||||||
|
(107) |
Meta jitqies li l-biċċa l-kbira tal-bejgħ ristrett u l-użu ristrett ġew destinati għan-negozju downstream tal-materjal tal-kostruzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni, dak il-bejgħ u l-użu ristrett ġie indirettament espost ukoll għall-kompetizzjoni minn atturi oħra fis-suq, inkluż l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping mir-RPĊ. It-talba interna tal-produzzjoni downstream se tiddependi fuq l-opportunità li jinbigħu prodotti downstream fis-suq ħieles li mhux affettwat mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping. Għalhekk, jista’ jiġi konkluż li t-tnaqqis fil-volumi u fis-sehem mis-suq matul il-perjodu kkunsidrat kien minħabba l-kompetizzjoni minn importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta' dumping mir-RPĊ. |
5.3.6. L-effetti ta’ dumping fil-passat jew is-sussidjar
|
(108) |
Billi dan huwa l-ewwel proċediment anti-dumping rigward il-prodott ikkonċernat, ma hemm l-ebda dejta disponibbli biex tevalwa l-effetti possibbli ta’ dumping fil-passat jew ta’ xi sussidji. |
6. Il-kobor tal-marġni ta’ dumping attwali
|
(109) |
Il-marġnijiet kollha stabbiliti u speċifikati hawn fuq fit-taqsima tad-dumping huma sinifikament ogħla mil-livell de minimis. Barra minn hekk, meta wieħed iqis il-volum u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ, l-impatt fuq is-suq tal-UE tal-marġni attwali tad-dumping ma jistax jiġi kkunsidrat bħala negliġibbli. |
7. Il-konklużjoni dwar id-dannu
|
(110) |
L-investigazzjoni wriet li ħafna mill-indikaturi tad-dannu relatati mas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni marru għall-agħar jew ma żviluppawx b'konformità mal-konsum matul il-perjodu kkunsidrat. |
|
(111) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, fil-kuntest tal-konsum li qed jonqos, il-volum tal-importazzjonijiet mir-RPĊ żdied b'rata stabbli u b'mod sinifikanti. Fl-istess ħin, il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni b'mod ġenerali naqas bi 13 % u s-sehem tiegħu mis-suq niżel minn 59 % fl-2008 għal 56,7 % fil-PI. Għalkemm il-konsum irkupra b'20 %, mill-2009 sal-PI, wara s-sena tal-kriżi ekonomika li affettwat id-domanda, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni kien qed jonqos. L-industrija tal-Unjoni ma rnexxilhiex tirkupra s-sehem mis-suq li kienet tilfet fid-dawl tat-tkabbir sinifikanti tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping mir-RPĊ fis-suq tal-UE. L-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping bi prezzijiet baxxi żdiedu b'rata stabbli matul il-perjodu kkunsidrat, waqt li waqqgħu b'mod kostanti l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(112) |
Barra minn hekk, l-indikaturi tad-dannu relatati mal-prestazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni, bħalma huma l-fluss tal-flus u l-profittabilità kienu affettwati serjament. Dan ifisser li l-abbiltà tal-industrija tal-Unjoni biex tgħolli l-kapital u biex tinvesti naqset ukoll. |
|
(113) |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal aktar ’il fuq, ġie konkluż li l-industrija tal-Unjoni sofriet dannu materjali fil-kuntest tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku. |
E. IL-KAWŻALITÀ
1. Introduzzjoni
|
(114) |
Skont l-Artikolu 3(6) u l-Artikolu 3(7) tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping li joriġinaw mir-RPĊ kkawżawx dannu lill-industrija tal-Unjoni sa tali grad li jista' jiġi kklassifikat bħala materjali. Il-fatturi magħrufa minbarra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping, li setgħu fl-istess waqt ikkawżaw il-ħsara lill-industrija tal-Unjoni, ġew eżaminati biex jiġi żgurat li kwalunkwe dannu kkawżat minn dawk il-fatturi l-oħrajn ma jiġix attribwit lill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping. |
2. L-effett tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping
|
(115) |
L-investigazzjoni wriet li l-konsum tal-Unjoni naqas b'9 % matul il-perjodu kkunsidrat, filwaqt li l-volum tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping mir-RPĊ żdied b'mod drammatiku b'madwar 49 %, is-sehem mis-suq tagħhom ukoll żdied bi 63 % minn 8,3 % fl-2008 għal 13,6 % fil-PI. Fl-istess ħin, il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqas bi 13% u s-sehem mis-suq niżel b'4% minn 59 % fl-2008 għal 56,7 % fil-PI. |
|
(116) |
Barra minn hekk, filwaqt li l-importazzjonijiet mir-RPĊ kienu wkoll affettwati mill-kriżi ekonomika u waqgħu bi 68 % mill-2008 sal-2009, huma rkupraw b'ritmu mgħaġġel ħafna bejn l-2009 u l-PI b'żieda ta’ 367 % sal-aħħar tal-PI, għalkemm il-konsum tal-Unjoni żdied biss b’20 % matul dan il-perjodu. Permezz tat-tnaqqis ta' 9 % tal-prezz unitarju meta mqabbel mal-2008 u t-twaqqigħ tal-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni b'25,9 % matul il-PI, l-importazzjonijiet Ċiniżi żiedu s-sehem tagħhom mis-suq bi 63 % sa 13,6 % mill-2008 sal-PI. |
|
(117) |
Fl-istess ħin, mill-2008 sal-PI il-volumi tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni lil partijiet mhux relatati b'mod ġenerali naqas bi 13 %. Fiż-żmien tal-irkupru tas-suq, bejn l-2009 u l-PI, l-industrija tal-Unjoni setgħet iżżid il-volumi tal-bejgħ tagħha lil partijiet mhux relatati bi 8 % biss iżda tilfet 9 % mis-sehem mis-suq biex b'hekk ibbenefikat b'mod limitat miż-żieda fil-konsum. Fil-fatt kienu l-importazzjonijiet Ċiniżi dawk li bbenefikaw l-aktar mill-irkupru tal-konsum biex ħallew parteċipanti oħra fis-suq lura ħafna. |
|
(118) |
Il-prezzijiet ta’ importazzjoni medji mir-RPĊ naqsu b'9 % matul il-perjodu kkunsidrat. Għalkemm hemm tendenza li qed jiżdiedu wara l-waqgħa drastika fl-2009, bejn l-2009 u l-PI, baqgħu kostantament taħt il-livelli mitluba mill-industrija tal-Unjoni. Il-prezz tal-unità lil klijenti mhux relatati fl-UE naqas bi 3 % biss, ħaġa li turi xi reżistenza għall-pressjoni tal-prezz eżerċitata mill-importazzjonijiet Ċiniżi. Madankollu, dawn il-prezzijiet kienu ovvjament sostnuti akkost ta' volumi tal-bejgħ anqas u tnaqqis fil-profitti fuq dak il-bejgħ peress li dawn niżlu b’61 % minn 6,7 % fl-2008 għal 2,6 % fil-PI, hekk kif l-ispejjeż tal-manifattura kienu qegħdin jiżdiedu. |
|
(119) |
Abbażi ta’ dan ta' hawn fuq, huwa konkluż li l-mewġa ta’ importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ li waqqgħet il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni, kellha rwol deċiżiv fid-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni, li żamm lill-industrija tal-Unjoni milli tibbenefika bis-sħiħ mill-irkupru fil-konsum tal-Unjoni. |
3. L-effett ta’ fatturi oħrajn
3.1. L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi
|
Pajjiż |
|
2008 |
2009 |
2010 |
PI |
|
Il-Korea t'Isfel |
Volum (tunnellati) |
228 123 |
226 568 |
173 935 |
237 164 |
|
|
Indiċi (2008 = 100) |
100 |
99 |
76 |
104 |
|
|
Sehem mis-suq (%) |
4 % |
5,2 % |
3,5 % |
4,6 % |
|
|
Indiċi (2008 = 100) |
100 |
131 |
88 |
114 |
|
|
Prezz medju |
901 |
727 |
846 |
903 |
|
|
Indiċi (2008 = 100) |
100 |
81 |
94 |
100 |
|
l-Indja |
Volum (tunnellati) |
159 999 |
149 138 |
155 384 |
141 391 |
|
|
Indiċi (2008 = 100) |
100 |
93 |
97 |
88 |
|
|
Sehem mis-suq (%) |
2,8 % |
3,4 % |
3,2 % |
2,7 % |
|
|
Indiċi (2008 = 100) |
100 |
123 |
112 |
97 |
|
|
Prezz medju |
932 |
667 |
773 |
824 |
|
|
Indiċi (2008 = 100) |
100 |
72 |
83 |
88 |
|
Pajjiżi Oħra |
Volum (tunnellati) |
249 151 |
158 461 |
124 319 |
167 007 |
|
|
Indiċi (2008 = 100) |
100 |
64 |
50 |
67 |
|
|
Sehem mis-suq (%) |
4,4 % |
3,7 % |
2,5 % |
3,2 % |
|
|
Indiċi (2008 = 100) |
100 |
84 |
58 |
74 |
|
|
Prezz medju |
951 |
809 |
924 |
955 |
|
|
Indiċi (2008 = 100) |
100 |
85 |
97 |
100 |
|
Total tal-pajjiżi terzi kollha għajr ir-RPĊ |
Volum (tunnellati) |
637 274 |
534 167 |
453 637 |
545 562 |
|
|
Indiċi (2008 = 100) |
100 |
84 |
71 |
86 |
|
|
Sehem mis-suq (%) |
11,2 % |
12,3 % |
9,2 % |
10,5 % |
|
|
Indiċi (2008 = 100) |
100 |
110 |
82 |
94 |
|
|
Prezz medju |
929 |
735 |
842 |
898 |
|
|
Indiċi (2008 = 100) |
100 |
79 |
91 |
97 |
|
Sors: L-Eurostat |
|||||
|
(120) |
Filwaqt li l-importazzjonijiet mir-RPĊ kienu jikkostitwixxu 56 % tal-importazzjonijiet kollha fl-UE matul il-PI, sorsi importanti oħra tal-importazzjonijiet kienu mir-Repubblika tal-Indja ("l-Indja") (11 %) u l-Korea t'Isfel (19 %). Għall-kuntrarju tal-importazzjonijiet mir-RPĊ, l-importazzjonijiet mill-Indja, għalkemm il-prezz medju tagħhom naqas b’mod drastiku bi 12 %, b'mod ġenerali naqsu bi 12 % matul il-perjodu kkunsidrat u tilef 3 % tas-sehem tas-suq. L-importazzjonijiet mill-Korea t'Isfel żdiedu b’4 % biss bil-prezz medju jibqa' fuq l-istess livell bħal dak tal-2008. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-Indja kien 2,7 % fil-PI, filwaqt li l-importazzjonijiet mill-Korea t’Isfel kellhom sehem ta' 4,6 %. |
|
(121) |
Importazzjonijiet oħra li jirrappreżentaw 14 % tal-importazzjonijiet totali, naqsu bi 33 % u l-prezz medju tagħhom baqa' fl-istess livell bħal dak tal-2008. |
|
(122) |
Għalkemm il-prezz medju tal-importazzjoni l-oħra kollha kien taħt il-livell tal-prezz tal-industrija tal-Unjoni, l-effett ta' dawn l-importazzjonijiet, jekk kien hemm, jista' possibbilment ikun biss marġinali. L-ewwelnett, ma hemm l-ebda evidenza li l-importazzjonijiet minn sorsi oħra kienu kkummerċjalizzati inġustament. It-tieni, b'kuntrast mal-importazzjonijiet Ċiniżi, il-livell ġenerali tal-prezz ta' sorsi ewlenin ta' importazzjonijiet oħra baqgħu pjuttost stabbli matul il-perjodu kkunsidrat kollu, u għalhekk juri li l-industrija tal-Unjoni tista' tikkompeti b'suċċess ma' dawk l-importazzjonijiet fis-segmenti tas-suq. It-tielet nett, l-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra naqsu matul il-perjodu kkunsidrat u għadhom f’livell baxx, kemm b'mod ġenerali kif ukoll għal pajjiżi esportaturi ewlenin individwalment. Barra minn hekk, it-tnaqqis tas-sehem mis-suq ta’ importazzjonijiet oħra jikkonferma li dawk l-importazzjonijiet ma setgħux ikkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni. |
3.2. Il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni
|
|
2008 |
2009 |
2010 |
PI |
|
Esportazzjonijiet, Eurostat (tunnellati) |
669 790 |
612 204 |
580 477 |
605 760 |
|
Indiċi (2008 = 100) |
100 |
91 |
87 |
90 |
|
Prezz medju (EUR/tunnellata) |
1 068 |
937 |
995 |
1 092 |
|
Indiċi (2008 = 100) |
100 |
88 |
93 |
102 |
|
Esportazzjonijiet minn produtturi tal-Unjoni fil-kampjun |
53 542 |
46 516 |
48 102 |
46 228 |
|
Indiċi (2008 = 100) |
100 |
87 |
90 |
86 |
|
Medja tal-prezz tal-bejgħ (EUR/tunnellata) |
1 086 |
826 |
984 |
1 132 |
|
Indiċi (2008 = 100) |
100 |
76 |
91 |
104 |
|
Sors: L-Eurostat u t-tweġibiet għall-kwestjonarji |
||||
|
(123) |
It-total tal-esportazzjonijiet tal-OCS mill-industrija tal-Unjoni lil pajjiżi terzi skont l-Eurostat naqas b’10 % matul il-perjodu kkunsidrat. Madankollu, il-prezz medju kien relattivament għoli u żdied bi 2 % matul il-perjodu kkunsidrat. L-esportazzjonijiet kienu jirrappreżentaw 17 % tal-produzzjoni totali tal-UE u għalhekk għenu lill-industrija tal-Unjoni biex tikseb ekonomiji ta' skali u tnaqqas l-ispejjeż globali tal-produzzjoni. Għaldaqstant, jista’ jiġi konkluż li l-attività tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tkun il-kawża potenzjali ta' dannu materjali. |
|
(124) |
Din l-istampa ġenerali hija riflessa mis-sitwazzjoni fl-esportazzjonijiet mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun lejn klijenti mhux relatati f'pajjiżi terzi. Dawn naqsu b’14 % matul il-perjodu kkunsidrat, madankollu, hawnhekk ukoll il-prezz tal-esportazzjoni għal kull unità kien kontinwament ogħla (b'medja ta' bejn 2 % u 12 % jiddependi mis-sena) mill-prezz tal-UE. Peress li l-volum tal-esportazzjoni kien biss 3 % tal-produzzjoni totali, huma ma setgħux ikkontribwixxew għad-dannu li ġarrabis-suq tal-UE. |
3.3. L-importazzjoni proprja tal-industrija tal-Unjoni mir-RPĊ
|
(125) |
Matul l-investigazzjoni, ġie affermat li l-ilmentaturi (permezz tal-kumpaniji relatati tagħhom) kienu involuti huma nfushom fl-importazzjoni tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ u li dawk l-importazzjonijiet kienu jikkostitwixxu bejn 20 % u 40 % tat-total tal-importazzjonijiet mir-RPĊ. Madankollu, ma ngħatat l-ebda evidenza biex issostni din l-allegazzjoni. Wara investigazzjoni ta' dawn l-allegazzjonijiet, instab li madwar 10 000 tunnellata biss kienu importati matul il-PI mill-produtturi tal-Unjoni, li kien fil-parti l-kbira skont id-dejta ppreżentata fil-bidu mill-ilmentatur. Madwar volum simili nstab li ġie importat minn kumpaniji relatati tal-produtturi tal-Unjoni, iżda mhux żvelat skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku. Dawn l-importazzjonijiet flimkien ammontaw għal madwar 2-3 % tat-total tal-importazzjonijiet mir-RPĊ. B'riżultat ta' dan, ma jistax jiġi konkluż li l-industrija tal-Unjoni kienet qed timporta kwantitajiet bħal dawn u b'dan il-mod mir-RPĊ sabiex (1) tqajjem xi dubju dwar l-istatus tagħhom bħala produtturi tal-Unjoni skont l-Artikolu 4 (1)(a) tar-Regolament bażiku, jew (2) biex jagħmlu d-dannu għalihom infushom. Għaldaqstant, dan l-argument qed jiġi provviżorjament miċħud. |
3.4. Użu ristrett u bejgħ ristrett
|
(126) |
Ġie allegat minn ċerti partijiet interessati li d-dannu lill-industrija tal-Unjoni kien ikkawżat mill-ingaġġ tagħha stess fin-negozju downstream tal-produzzjoni ta' materjali tal-kostruzzjoni (eż. pannelli sandwich, folji trapezojdi eċċ.) jew direttament jew permezz tal-kumpaniji relatati fi ħdan il-gruppi. Kien allegat speċifikament li l-industrija tal-Unjoni għamlet l-OCS disponibbli għan-negozji downstream tagħha stess bi prezzijiet orħos minn dawk għal kumpaniji mhux relatati, b'hekk kienet qed "tissussidjahom" fi ħdan il-grupp u tippermettilhom li jwaqqgħu l-prezzijiet għad-deterrent tal-kompetituri tagħhom fis-segment downstream. |
|
(127) |
Kif jidher fil-premessi minn (102) sa (107) hawn fuq, il-valur medju ta' użu ristrett u bejgħ ristrett għal kull tunnellata kien ta' 2 % biss anqas mill-prezz tal-bejgħ lil klijenti mhux relatati fil-PI. Barra minn hekk, l-investigazzjoni uriet li l-użu ristrett u l-bejgħ ristrett probabbilment kienu affettwati indirettament minn kompetizzjoni inġusta minħabba importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta' dumping. Fil-fatt, jekk kien hemm xi vantaġġ min-negozju downstream tal-produtturi tal-Unjoni kif allegat, dan kellu jidher fl-iżvilupp ta' dan l-indikatur tad-danni. Għaldaqstant dan l-argument qed jiġi provviżorjament miċħud. |
3.5. Il-kriżi ekonomika
|
(128) |
Il-kriżi ekonomika u l-effett tagħha fuq in-negozju tal-kostruzzjoni tal-anqas tispjega parzjalment it-tnaqqis fid-domanda u l-pressjoni tal-prezzijiet matul il-perjodu kkunsidrat. Kif imsemmi hawn fuq, fl-2009 il-konsum naqas b’24 %. Madankollu, mill-2010 'l quddiem, is-suq beda jirkupra u, sal-aħħar tal-PI, il-konsum żdied b'20 %. |
|
(129) |
Madankollu, l-analiżi tad-danni u l-kawżalità sseparat l-analiżi tas-suq tal-2009 minn mal-irkupru ta' wara mill-2009 sal-PI. Fl-analiżi tad-danni u l-kawżalità intwera b'mod ċar li l-importazzjonijiet mir-RPĊ ħadu vantaġġ kbir mill-konsum li kien qed jirkupra u barra minn hekk waqqa' l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni, biex b'hekk dawru l-possibilità ta' opportunitajiet ugwali biex l-atturi kollha jirkupraw mill-waqgħa f'battalja kontinwa għall-għajxien. |
3.6. L-eċċess ta’ kapaċità strutturali
|
(130) |
Ġie ddikjarat minn ċerti partijiet interessati li l-kawża tad-dannu għall-industrija tal-Unjoni, li ħafna drabi hija produtturi tal-azzar integrati vertikalment, ma kinitx l-importazzjonijiet mir-RPĊ iżda li kien minħabba problemi strutturali fl-industrija tal-azzar tal-UE bħal pereżempju il-kapaċità żejda. Kien hemm ukoll l-argument li l-konsolidazzjoni tal-industrija tal-azzar li saret qabel il-perjodu kkunsidrat kienet wasslet għal kapaċità żejda u li kull dannu mġarrab kien konsegwenza ta’ wisq faċilitajiet ta’ produzzjoni. |
|
(131) |
Fil-fatt, il-produzzjoni tal-OCS hija bbażata fuq il-kapital u l-industrija għandha spejjeż fissi relattivament għoljin. Madankollu, ma jistax jiġi konkluż li l-konsolidazzjoni tal-industrija tal-azzar li saret qabel il-perjodu kkunsidrat kienet wasslet għal kapaċità żejda. Ir-riżultati juru li wara żieda żgħira fil-kapaċità installata fl-2009, l-industrija naqqset il-kapaċità tagħha fl-2010 u reġgħet għamlet dan fil-PI. Il-livell ta' kapaċità waqt il-PI kien f'livell aktar baxx mill-konsum reali fl-2008, is-sena qabel ma bdew jinħassu bis-sħiħ l-effetti tal-kriżi ekonomika. Il-konsum fl-UE s'issa għadu ma rritornax għall-livell tal-2008. |
|
(132) |
Barra minn hekk, ir-riżultati tal-investigazzjoni juru li l-effett negattiv tal-kapaċità żejda jista' jiġi attribwit minimament lill-produtturi tal-UE tal-OCS. L-ewwel nett, l-investigazzjoni wriet li l-industrija tal-Unjoni ovvjament kienet qed tieħu passi biex issostni effiċjenza – SG&A tnaqqas b'mod sinifikanti b'34 %, u l-produttività żdiedet bi 8 % għall-industrija kollha u b'6 % għall-kumpaniji fil-kampjun. It-tieni, l-investiment kontinwu fil-linji ta' produzzjoni u l-flessibbiltà fl-użu tagħhom għall-produzzjoni ta’ prodotti oħra għenu biex tinkiseb ekonomija ta' skali u jitnaqqsu l-ispejjeż fissi aħħarin. Għalhekk, flimkien mal-utilizzazzjoni tal-kapaċità tal-kumpaniji fil-kampjun li naqset bi 18 % matul il-perjodu kkunsidrat, il-medja tal-kosti tal-manifattura żdiedet b’9 % biss, u dan jinkludi l-kosti tal-materja prima. Għalhekk, ma jistax jiġi konkluż li l-kapaċità żejda tista' tikser ir-rabta kawżali. Dan l-argument għalhekk qed jiġi provviżorjament miċħud. |
4. Il-konklużjoni dwar il-kawżalità
|
(133) |
Intwera li kien hemm żieda sostanzjali fil-volum u fis-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping li joriġinaw mir-RPĊ fil-perjodu kkunsidrat, speċjalment mill-2009 sal-PI. Instab ukoll li dawn l-importazzjonijiet, b'mod kostanti, kienu qed iwaqqgħu l-prezzijiet mitluba mill-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni u b'mod partikolari matul il-PI. |
|
(134) |
Din iż-żieda fil-volum u fis-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet bi prezzijiet baxxi mir-RPĊ li huma l-oġġett ta' dumping, seħħet fl-istess żmien meta kien hemm żvilupp negattiv fis-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni. Din is-sitwazzjoni marret għall-agħar fil-PI, meta, minkejja l-irkupru tal-konsum, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx terġa’ tikseb is-sehem tagħha fis-suq li kienet tilfet u l-profittabilità u l-indikaturi finanzjarji l-oħra bħall-fluss tal-flus u l-qligħ fuq l-investiment staġna fil-livell tal-2010, u l-impjiegi laħqu l-aktar livell baxx tagħhom. |
|
(135) |
L-eżami tal-fatturi l-oħra magħrufa li setgħu kkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni żvela li dawn il-fatturi mhumiex tali li jkissru r-rabta kawżali stabbilita bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ u d-dannu li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni. |
|
(136) |
Abbażi tal-analiżi msemmija hawn fuq, li għamlet distinzjoni xierqa u firdet l-effetti tal-fatturi magħrufa kollha dwar il-qagħda tal-industrija tal-Unjoni mill-effetti ta’ dannu tal-esportazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping, ġie konkluż provviżorjament li l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping mir-RPĊ kkawżaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku. |
F. L-INTERESS TAL-UNJONI
1. Il-kummenti preliminari
|
(137) |
B'konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk, minkejja l-konklużjoni provviżorja dwar id-dumping dannuż, kienx hemm raġunijiet konvinċenti biex jiġi konkluż li mhux fl-interess tal-Unjoni li jiġu adottati miżuri provviżorji f'dan il-każ partikolari. L-analiżi tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq evalwazzjoni tad-diversi interessi involuti kollha, inklużi dawk tal-industrija tal-Unjoni, l-importaturi u l-utenti tal-prodott ikkonċernat. |
2. L-interess tal-industrija tal-Unjoni
|
(138) |
L-industrija tal-Unjoni bħala entità sħiħa hija magħmula minn 22 produttur magħruf li jirrappreżentaw il-produzzjoni kollha tal-OCS fl-Unjoni skont l-Eurofer. Il-produtturi jinsabu fi Stati Membri differenti tal-Unjoni, u jimpjegaw direttament ’il fuq minn 5,400 persuna b’rabta mal-prodott ikkonċernat. |
|
(139) |
Ħadd mill-produtturi ma oppona l-bidu tal-investigazzjoni. Kif deher aktar 'il fuq mill-indikaturi makroekonomiċi, l-industrija kollha tal-UE esperjenzat deterjorament tas-sitwazzjoni tagħhom u ntlaqtet negattivament mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping. |
|
(140) |
L-industrija tal-Unjoni sofriet dannu materjali kkawżat mill-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping mir-RPĊ. Wieħed ifakkar li l-indikaturi kollha tad-dannu wrew tendenza negattiva matul il-perjodu kkunsidrat. B’mod partikolari, l-indikaturi tad-dannu relatati mal-prestazzjoni finanzjarja tal-produtturi tal-Unjoni li kkoperaw, bħall-profittabilità u r-ritorn fuq l-investimenti, kienu affettwati serjament. Fin-nuqqas ta’ miżuri, hemm possibbiltà kbira li l-qagħda ekonomika tal-industrija tal-Unjoni se tkompli tmur għall-agħar. |
|
(141) |
Huwa mistenni li l-impożizzjoni ta’ dazji ta’ anti-dumping provviżorji se terġa’ tistabbilixxi kundizzjonijiet ta’ kummerċ ġusti fis-suq tal-Unjoni, li jippermettu lill-industrija tal-Unjoni tistabbilixxi l-prezzijiet tal-OCS b'mod li jirriflettu l-kosti tad-diversi komponenti u kundizzjonijiet tas-suq. Jista' jkun mistenni wkoll li l-impożizzjoni ta’ miżuri provviżorji jippermettu lill-industrija tal-Unjoni tirkupra tal-anqas parti mis-sehem mis-suq mitluf matul il-perjodu kkunsidrat, b'impatt pożittiv fuq il-profittabilità tagħha u l-qagħda finanzjarja tagħha b'mod ġenerali. |
|
(142) |
Jekk il-miżuri ma jiġux imposti, huwa mistenni aktar telf fis-sehem mis-suq u l-profittabilità tal-industrija tal-Unjoni tibqa' sejra lura. Dan ma jkunx sostenibbli fuq medda medja sa medda twila ta’ żmien. Huwa probabbli wkoll li xi produtturi individwali jkollhom jagħlqu l-faċilitajiet tal-produzzjoni tagħhom, peress li ilhom jagħmlu telf kbir tul il-perjodu kkunsidrat. Minħabba t-telf imġarrab u l-livell għoli ta’ investiment fil-produzzjoni fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat, għandu jkun mistenni li l-parti l-kbira tal-produtturi tal-Unjoni mhux se jirnexxielhom jirkupraw l-investimenti tagħhom, jekk ma jiġux imposti l-miżuri. |
|
(143) |
Għaldaqstant, ġie konkluż b’mod provviżorju li l-impożizzjoni ta’ dazji anti-dumping tkun fl-interess tal-industrija tal-Unjoni. |
3. L-interess tal-utenti u l-importaturi
|
(144) |
Kif imsemmi hawn fuq fil-premessa (10), ħames importaturi ppreżentaw ruħhom iżda tnejn biss wieġbu għall-kwestjonarju. Minn madwar 100 utent elenkati fl-ilment, 19 ippreżentaw ruħhom u esprimew interess fil-proċediment. Sussegwentement, għaxar kumpaniji ppreżentaw tweġibiet għall-kwestjonarju. |
|
(145) |
L-aktar utenti u importaturi attivi għamlu sottomissjonijiet bil-miktub konġunti u saru diversi seduti fil-kors tal-investigazzjoni. L-argumenti ewlenin tagħhom rigward l-impożizzjoni ta' miżuri huma analizzati hawn taħt. |
3.1. Il-kompetizzjoni fis-suq tal-UE
|
(146) |
Ġie sottomess li s-suq tal-UE tal-OCS ma kienx kompetittiv biżżejjed u li l-importazzjonijiet mir-RPĊ kienu neċessarji biex jagħtu aktar poter ta’ negozjar lil kumpaniji li jimportaw u li jużaw l-OCS. Barra minn hekk, ġie ssuġġerit li l-industrija tal-Unjoni kienet involuta f’arranġamenti oligopolistiċi biex tikkontrolla s-suq. L-investigazzjoni fl-istadju provviżorju ma kkonfermatx dawn l-allegazzjonijiet. Barra minn hekk, instab li l-produtturi tal-Unjoni kienu qed jikkompetu fl-istess swieq u spiss kienu qed ibigħu lill-istess konsumaturi, jew lill-kumpaniji tal-kostruzzjoni ta' xulxin. Wara li kkunsidraw li ma ġiet ippreżentata l-ebda evidenza aneddotali lil hinn mill-ilmenti dwar id-diffikultajiet waqt in-negozjar tal-prezz u li minbarra ħames gruppi ta' produtturi tal-Unjoni li lmentaw, 11-il produttur ieħor tal-OCS joperaw fl-UE, li xi wħud minnhom huma kbar ħafna, u l-varjetà ta’ sorsi ta’ importazzjonijiet oħra, din it-talba tidher li mhix sostanzjata u hija provviżorjament miċħuda. |
3.2. Nuqqas ta’ provvisti
|
(147) |
Ġie allegat ukoll li l-impożizzjoni ta’ miżuri fuq l-importazzjonijiet Ċiniżi kien se joħloq nuqqas ta’ OCS fis-suq tal-UE. Madankollu, fid-dawl tal-varjetà wiesgħa ta' sorsi ta' provvista deskritti hawn fuq, kif ukoll il-kapaċità ta’ produzzjoni libera fl-industrija tal-Unjoni, mhuwiex meqjus probabbli li tali nuqqas jista' jseħħ. Għaldaqstant, dan l-argument qed jiġi provviżorjament miċħud. |
3.3. Konklużjoni dwar l-interessi tal-utenti u l-importaturi
|
(148) |
L-għaxar utenti li kkoperaw irrappreżentaw 7 % tat-total tal-importazzjonijiet miċ-Ċina matul il-PI. L-investigazzjoni turi li l-utenti kollha għandhom sorsi differenti ta' provvista. Fuq medja, ix-xiri miċ-Ċina kkostitwixxa madwar 15 % tax-xiri totali tagħhom ta' prodotti tal-OCS; barra minn hekk, l-akbar volumi kienu misjuba li oriġinaw minn produtturi tal-UE (73 %) u 12 % ġew importati minn pajjiżi terzi oħra. Fil-fatt, peress li l-prodott ikkonċernat huwa standardizzat ħafna, l-importanza tar-rabta tal-konsumatur hija pjuttost relattiva, u kemm l-utenti kif ukoll l-importaturi jistgħu pjuttost faċilment ibidlu s-sorsi tal-provvista fejn hija kkonċernata l-kwalità tal-prodott. |
|
(149) |
L-investigazzjoni wriet li l-utenti li kkooperaw kollha minbarra wieħed, għamlu l-qligħ fis-settur li juża l-prodott ikkonċernat u l-profittabilità tagħhom matul il-PI kienet tvarja bejn 1 % u 13 %, skont il-kumpanija. Barra minn hekk, il-profittabilità ta’ dawk il-kumpaniji ma kinitx tiddependi b’mod sinifikanti fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ. |
|
(150) |
Abbażi tar-risposti għall-kwestjonarju tal-utenti, saret stima tal-effett probabbli tal-miżuri proposti. Għalhekk, anke jekk wieħed jassumi l-iktar sitwazzjoni ħażina possibbli għall-utenti li kkooperaw, jiġifieri li ma tista' tgħaddi l-ebda żieda fil-prezz u li jkunu marbuta biex jimportaw miċ-Ċina bl-istess volumi preċedenti, l-impatt tal-livell tad-dazju fuq il-kost tagħhom tal-produzzjoni ikun ta’ żieda bejn 1 % sa 5 % u fuq il-profittabilità tista' tfisser tnaqqis ta' bejn 1 sa 2,8 punti perċentwali għall-maġġoranza tal-importazzjonijiet u ta' madwar 4 punti perċentwali għall-importazzjoni b'dazju residwu. Madankollu, is-sitwazzjoni l-aktar probabbli hija impatt sinifikament anqas minn dan, peress l-importazzjonijiet miċ-Ċina jirrapreżentaw parti żgħira min-negozju tal-utenti, wieħed jista' jistenna li jkun relattivament faċli li ż-żieda fil-kost minħabba l-miżuri anti-dumping tgħaddi minn wieħed għall-ieħor. Barra minn hekk, minħabba li flimkien mal-ħafna produtturi tal-UE hemm disponibbli sorsi ta' importazzjonijiet alternattivi sinifikanti, li mhumiex soġġetti għal miżuri, eż. l-Indja u l-Korea t'Isfel, huwa mistenni li l-prezzijiet fis-suq, wara l-imponiment tal-miżuri se jieħdu inkonsiderazzjoni dawn il-fatturi wkoll. |
|
(151) |
Iż-żewġ importaturi li kkooperaw irrappreżentaw madwar 6 % tat-total tal-importazzjonijiet miċ-Ċina matul il-PI, l-ammont eżatt mhux żvelat skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku. Bl-istess mod bħalma huwa għall-utenti, l-importaturi ukoll żammu sorsi differenti ta’ forniment barra mir-RPĊ. Barra minn hekk, kien stabbilit li hemm ċans li l-profittabilità tal-importaturi tkun aktar affettwata mill-miżuri minn dik tal-utenti, li kieku kellhom iżommu l-mudell ta' importazzjoni pprattikat matul il-PI. Madankollu, fil-prattika l-importaturi bħala negozjanti għandhom it-tendenza li jkunu aktar flessibbli mill-utenti, u probabbilment ikunu minn tal-ewwel li jduru għal sorsi alternattiva ta' forniment. |
|
(152) |
F'dan il-kuntest għandu jiġi kkunsidrat ukoll li parti mill-benefiċċju tal-importazzjonijiet Ċiniżi fuq in-naħa tal-utent u tal-importatur effettivament toħroġ u hija possibbli minħabba d-diskriminazzjoni inġusta fil-prezz ipprattikata mill-esportaturi Ċiniżi, u mhux minn vantaġġ kompetittiv naturali. Għalhekk, ir-ristabbiliment tal-kundizzjonijiet indaqs fis-suq tal-UE permezz tal-korrezzjoni tad-distorzjoni kummerċjali riżultat tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping, fil-fatt se jippermetti lis-suq tal-OCS jerġa’ jsir suq f'saħħtu, b'dinamika mmexxija mill-ekonomija tas-suq u l-iżvilupp fil-prezz, billi atturi oħra (utenti, produtturi, klijenti finali), li ma jistgħux jibbenefikaw immedjatament minn importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping, ma jitpoġġewx fi żvantaġġ. |
4. Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni
|
(153) |
Fid-dawl ta’ dak ta' hawn fuq, ġie provviżorjament konkluż li abbażi tal-informazzjoni disponibbli li tikkonċerna l-interess tal-Unjoni, ma hemm l-ebda raġuni sinifikanti kontra l-impożizzjoni ta’ miżuri provviżorji fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mir-RPĊ. |
G. MIŻURI PROVVIŻORJI ANTI-DUMPING
1. Il-livell ta’ tneħħija tad-dannu
|
(154) |
Fid-dawl tal-konklużjonijiet li ntlaħqu fir-rigward tad-dumping, id-dannu, il-kawżalità u l-interess tal-Unjoni, għandhom jiġu imposti miżuri anti-dumping provviżorji sabiex ma jiġix ikkawżat aktar dannu lill-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping. |
|
(155) |
Sabiex jiġi determinat il-livell ta' dawn il-miżuri, għandha tingħata kunsiderazzjoni lill-marġnijiet tad-dumping li nstabu u l-ammont ta' dazju neċessarju sabiex jiġi eliminat id-dannu sofrut mill-industrija tal-Unjoni. |
|
(156) |
Meta kien qed jiġi kkalkulat l-ammont ta’ dazju meħtieġ biex jitneħħew l-effetti tad-dumping ta’ dannu, tqies li kwalunkwe miżura li tittieħed għandha tippermetti lill-industrija tal-Unjoni tkopri l-ispejjeż tal-produzzjoni tagħha u tikseb profitt qabel it-taxxa li jista’ jinkiseb b’mod raġonevoli minn industrija ta’ dan it-tip fis-settur f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni, jiġifieri fin-nuqqas ta’ importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping, fuq il-bejgħ tal-prodott simili fl-Unjoni. Huwa meqjus li l-qligħ li jista’ jinkiseb fin-nuqqas ta’ importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping għandu jkun ibbażat fuq is-sena 2008 meta l-importazzjonijiet Ċiniżi kienu inqas preżenti fis-suq tal-Unjoni. Huwa għalhekk ikkunsidrat li marġni ta’ qligħ ta’ 6,7 % ta’ dħul mill-bejgħ jista’ jkun ikkunsidrat bħala minimu xieraq li l-industrija tal-Unjoni setgħat stenniet li takkwista fin-nuqqas ta’ dumping ta’ dannu. |
|
(157) |
Fuq din il-bażi, ġie kkalkulat prezz li ma jikkawża l-ebda dannu għall-prodott simili gћall-industrija tal-Unjoni. Il-prezz mhux dannuż inkiseb permezz taż-żieda tal-marġni ta’ profitt ta’ 6,7 % imsemmi fuq mal-ispiża tal-produzzjoni. |
|
(158) |
Iż-żieda neċessarja fil-prezz ġiet imbagħad maħduma fuq il-bażi ta’ tqabbil tal-medja peżata tal-prezz tal-importazzjoni tal-produtturi esportaturi li kkooperaw fir-RPĊ, aġġustata b'mod xieraq għall-ispejjeż tal-importazzjoni u d-dazji tad-dwana mal-prezz mhux ta' ħsara tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni matul il-PI. Kwalunkwe differenza li rriżultat minn dan it-tqabbil imbagħad ġiet espressa bħala perċentwal tal-valur medju tal-importazzjoni CIF tat-tipi mqabbla. |
2. Miżuri Provviżorji
|
(159) |
Skont dak li ntqal, huwa kkunsidrat li, f’konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, miżuri anti-dumping provviżorji għandhom ikunu imposti fir-rigward ta’ importazzjonijiet li joriġinaw mir-RPĊ fil-livell tal-marġni aktar baxxi tad-dumping u tad-dannu, skont ir-regola ta' dazju anqas. |
|
(160) |
Ir-rati tad-dazju anti-dumping ta' kumpaniji individwali speċifikati f'dan ir-Regolament ġew stabbiliti abbażi tas-sejbiet tal-investigazzoni preżenti. Għalhekk, dawn jirriflettu s-sitwazzjoni misjuba matul dik l-investigazzjoni fir-rigward ta’ dawn il-kumpaniji. Dawn ir-rati ta’ dazju (bil-maqlub tad-dazju komuni għall-pajjiż kollu applikabbli għall-"kumpaniji l-oħra kollha") huma għalhekk esklużivament applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ prodotti li joriġinaw mir-RPĊ u li jiġu prodotti mill-kumpaniji u għalhekk mill-entitajiet legali speċifiċi msemmija. Il-prodotti importati magħmulin minn xi kumpanija oħra mhux speċifikament imsemmija fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, inklużi l-entitajiet relatati ma’ dawk imsemmija b’mod speċifiku, ma jistgħux jibbenefikaw minn dawn ir-rati u għandhom jiġu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall-"kumpaniji l-oħra kollha". |
|
(161) |
Kwalunkwe talba għall-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati tad-dazju anti-dumping gћal kumpaniji individwali (eż. wara bdil fl-isem tal-entità jew wara li jiġu stabbiliti entitajiet ġodda tal-produzzjoni jew tal-bejgћ) gћandha tiġi minnufih indirizzata lill-Kummissjoni (7) bl-informazzjoni kollha rilevanti, b’mod partikolari fir-rigward ta’ kwalunkwe modifika fl-attivitajiet tal-kumpanija marbuta mal-produzzjoni, mal-bejgћ domestiku u tal-esportazzjoni u li jkunu assoċjati, pereżempju, ma’ dik il-bidla fl-isem jew ma’ dik il-bidla fl-entitajiet tal-produzzjoni u tal-bejgћ. Jekk ikun xieraq, ir-Regolament se jiġi emendat skont il-każ billi tiġi aġġornata l-lista ta’ kumpaniji li jgawdu mir-rati tad-dazju individwali. |
|
(162) |
Sabiex jiġi żgurat infurzar xieraq tad-dazju antidumping, il-livell ta’ dazju residwali mhux biss għandu japplika għall-produtturi esportaturi li ma kkoperawx iżda wkoll għal dawk il-produtturi li ma kellhomx esportazzjonijiet lejn l-Unjoni matul il-PI. |
|
(163) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-marġni tad-dumping u tad-dannu stabbiliti u r-rati provviżorji tad-dazju huma kif ġej:
|
H. ID-DISPOŻIZZJONI FINALI
|
(164) |
Fl-interess ta’ amministrazzjoni tajba, għandu jiġi ffissat perjodu li fih il-partijiet interessati li identifikaw ruħhom fil-limitu ta’ żmien speċifikat fin-notifika ta' bidu jistgħu jagħtu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u jitolbu smigħ. Barra minn hekk, wieħed għandu jgħid li s-sejbiet li jikkonċernaw l-impożizzjoni ta’ dazji magħmula għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament huma provviżorji u jistgħu jerġgħu jitqiesu għall-finijiet ta’ kull miżura definittiva. |
ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Dazju proviżorju anti-dumping huwa b’dan impost fuq l-importazzjonijiet ta’ċerti prodotti tal-azzar miksija b'materjal organiku, jiġifieri prodotti ċatti rrumblati tal-azzar liga jew mhux liga (ma jinkludix l-istainless steel) li huma miżbugħa, mogħtija l-verniċ jew miksija bi plastiks fuq mill-anqas naħa waħda, esklużi dawk imsejħa "pannelli sandwich" tat-tip użati għall-applikazzjonijiet fil-bini u li jikkonsistu f'żewġ folji tal-metall fuq barra u b'qalba ta' stabbilizzazzjoni ta' materjal għall-insulazzjoni marsus bejniethom, u esklużi dawk il-prodotti b’kisi finali tat-trab taż-żingu (żebgħa rikka fiż-żingu, li fiha piż ta’ 70 % jew aktar ta' żingu) li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 7210 70 80 , ex 7212 40 80 , ex 7225 99 00 , ex 7226 99 70 (kodiċi TARIC 7210 70 80 11, 7210 70 80 91, 7212 40 80 01, 7212 40 80 21, 7212 40 80 91, 7225 99 00 11, 7225 99 00 91, 7226 99 70 11 u 7226 99 70 91) u li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.
2. Ir-rata tad-dazju anti-dumping provviżorju applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u mmanifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt, għandha tkun kif ġej:
|
Kumpanija |
Dazju |
Kodiċi addizzjonali TARIC |
|
Union Steel China; Wuxi Changjiang Sheet Metal Co. Ltd |
13,2 % |
B311 |
|
Zhangjiagang Panhua Steel Strip Co., Ltd; Chongqing Wanda Steel Strip Co., Ltd; Zhangjiagang Wanda Steel Strip Co., Ltd; Jiangsu Huasheng New Construction Materials Co. Ltd; Zhangjiagang Free Trade Zone Jiaxinda International Trade Co., Ltd |
55,3 % |
B312 |
|
Zhejiang Huadong Light Steel Building Material Co. Ltd; Hangzhou P.R.P.T. Metal Material Company Ltd |
29,2 % |
B313 |
|
Angang Steel Company Limited |
42,5 % |
B314 |
|
Anyang Iron Steel Co. Ltd |
42,5 % |
B315 |
|
Baoshan Iron & Steel Co. Ltd |
42,5 % |
B316 |
|
Baoutou City Jialong Metal Works Co. Ltd. |
42,5 % |
B317 |
|
Changshu Everbright Material Technology Co.Ltd. |
42,5 % |
B318 |
|
Changzhou Changsong Metal Composite Material Co.Ltd. |
42,5 % |
B319 |
|
Cibao Modern Steel Sheet Jiangsu Co Ltd. |
42,5 % |
B320 |
|
Inner Mongolia Baotou Steel Union Co.Ltd. |
42,5 % |
B321 |
|
Jiangyin Ninesky Technology Co.Ltd. |
42,5 % |
B322 |
|
Jiangyin Zhongjiang Prepainted Steel Mfg Co.Ltd. |
42,5 % |
B323 |
|
Jigang Group Co., Ltd. |
42,5 % |
B324 |
|
Maanshan Iron&Steel Company Limited |
42,5 % |
B325 |
|
Qingdao Hangang Color Coated Sheet Co. Ltd. |
42,5 % |
B326 |
|
Shandong Guanzhou Co. Ltd. |
42,5 % |
B327 |
|
Shenzen Sino Master Steel Sheet Co.Ltd. |
42,5 % |
B328 |
|
Tangshan Iron And Steel Group Co.Ltd. |
42,5 % |
B329 |
|
Tianjin Xinyu Color Plate Co.Ltd. |
42,5 % |
B330 |
|
Wuhan Iron And Steel Company Limited |
42,5 % |
B331 |
|
Wuxi Zhongcai New Materials Co.Ltd. |
42,5 % |
B332 |
|
Xinyu Iron And Steel Co.Ltd. |
42,5 % |
B333 |
|
Zhejiang Tiannu Color Steel Co. Ltd. |
42,5 % |
B334 |
|
Il-kumpaniji l-oħra kollha |
57,8 % |
B999 |
3. L-applikazzjoni tar-rati provviżorji tad-dazju tal-anti-dumping speċifikati gћall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 gћandha sseћћ bil-kundizzjoni li tiġi ppreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li trid tkun konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness. Jekk ma tiġi ppreżentata ebda fattura bħal din, għandu japplika d-dazju applikabbli għall-kumpaniji l-oħrajn kollha.
4. Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fl-Unjoni tal-prodott imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun soġġett għall-provvista ta’ titolu ekwivalenti għall-ammont tad-dazju provviżorju.
5. Sakemm mhux speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazju doganali.
Artikolu 2
1. Mingħajr ħsara għall-Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-iżvelar tal-fatti essenzjali u tal-kunsiderazzjonijiet li abbażi tagħhom ġie addottat dan ir-Regolament, jagħtu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u japplikaw għal smigħ mill-Kummissjoni fi żmien xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
2. Skont l-Artikolu 21(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, il-partijiet ikkonċernati jistgħu jikkummentaw fuq l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fi żmien xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament għandu japplika għal perjodu ta’ sitt xhur.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Settembru 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 373, 22.12.2009, p. 51.
(2) ĠU C 373, 21.12.2011, p. 16.
(3) Il-Każ C-249/10 P. Brossmann Footwear (HK) u Oħrajn v il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(4) SBB/Worldsteelprice.com
(5) Il-Każ C-249/10 P. Brossmann Footwear (HK) u Oħrajn v il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(6) Il-każ C-337/09 Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea v Zhejiang Xinan Chemical Industrial Group Co. Ltd.
(7) Il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ, Direttorat H, 1049 Brussell, il-Belġju.
ANNESS
Fuq il-fattura kummerċjali valida msemmija fl-Artikolu 1(3) għandha tidher dikjarazzjoni ffirmata minn uffiċjal tal-entità li tkun qiegħda toħroġ il-fattura kummerċjali, fil-format li ġej:
|
(1) |
L-isem u l-funzjoni tal-uffiċjal tal-entità li tkun qiegħda toħroġ il-fattura kummerċjali. |
|
(2) |
Id-dikjarazzjoni li ġejja: "Jiena, hawn taħt iffirmat, niċċertifika li l-(volum) tal-[prodott ikkonċernat] mibjugħ għall-esportazzjoni lill-Unjoni Ewropea kopert minn din il-fattura ġie manifatturat minn (isem il-kumpanija u l-indirizz) (kodiċi addizzjonali TARIC) fi (il-pajjiż ikkonċernat). Jiena niddikjara li t-tagħrif mogħti f’din il-fattura huwa komplut u korrett." |
|
(3) |
Data u firma. |