EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012R0841

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 841/2012 tat- 18 ta’ Settembru 2012 dwar l-awtorizzazzjoni tal- Lactobacillus plantarum (NCIMB 41028) u l- Lactobacillus plantarum (NCIMB 30148) bħala addittivi fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 252, 19.9.2012, p. 17–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2012/841/oj

19.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/17


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 841/2012

tat-18 ta’ Settembru 2012

dwar l-awtorizzazzjoni tal-Lactobacillus plantarum (NCIMB 41028) u l-Lactobacillus plantarum (NCIMB 30148) bħala addittivi fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ din l-awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10(7) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 flimkien mal-Artikolu 10, minn (1) sa (4), tiegħu jistipula dispożizzjonijiet speċifiċi għall-evalwazzjoni tal-prodotti użati fl-Unjoni bħala addittivi tal-furrajna minn dakinhar li daħal fis-seħħ ir-Regolament.

(2)

Skont l-Artikolu 10(1)(b) u l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, il-mikroorganiżmi Lactobacillus plantarum (NCIMB 41028) u Lactobacillus plantarum (NCIMB 30148) iddaħħlu fir-Reġistru Komunitarju tal-Addittivi fl-Għalf bħala prodotti eżistenti li jagħmlu parti mill-grupp funzjonali tal-addittivi tal-furrajna, għall-ispeċijiet kollha tal-annimali.

(3)

Skont l-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 flimkien mal-Artikolu 7 tiegħu, ġew ippreżentati applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-mikroorganiżmi Lactobacillus plantarum (NCIMB 41028) u Lactobacillus plantarum (NCIMB 30148) bħala addittivi fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, bit-talba li dawk l-addittivi jiġu kklassifikati fil-kategorija “additivi teknoloġiċi” u fil-grupp funzjonali “addittivi tal-furrajna”. Dawk l-applikazzjonijiet kienu akkumpanjati bid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(4)

L-applikazzjonijiet jikkonċernaw l-awtorizzazzjoni tal-mikroorganiżmi Lactobacillus plantarum (NCIMB 41028) u Lactobacillus plantarum (NCIMB 30148) bħala addittivi fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, li għandhom jiġu kklassifikati fil-kategorija tal-addittivi “addittivi teknoloġiċi”.

(5)

Fl-opinjoni tagħha tat-13 ta’ Diċembru 2011 (2), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li, skont il-kundizzjonijiet tal-użu proposti, il-mikroorganiżmi Lactobacillus plantarum (NCIMB 41028) u Lactobacillus plantarum (NCIMB 30148) ma għandhomx effetti negattivi fuq saħħet l-annimali, saħħet il-bniedem jew l-ambjent, u li dawn il-mikroorganiżmi għandhom il-potenzjal li jtejbu l-produzzjoni tal-furrajna minn kull magħlef billi jżidu l-preservazzjoni ta’ materja xotta u jnaqqsu t-telf ta’ proteini. L-Awtorità vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittivi fl-għalf, f’għalf ippreżentat mil-Laboratorju Komunitarju ta’ Referenza li twaqqaf permezz tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(6)

Il-valutazzjoni tal-mikroorganiżmi Lactobacillus plantarum (NCIMB 41028) u Lactobacillus plantarum (NCIMB 30148) turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma sodisfatti. Konsegwentement, l-użu ta’ dawk il-mikroorganiżmi għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(7)

Minħabba li saru xi modifiki fil-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni tal-mikroorganiżmu Lactobacillus plantarum (NCIMB 41028) u Lactobacillus plantarum (NCIMB 30148) u billi ma hemm l-ebda effetti immedjati diretti fir-rigward tas-sigurtà, qabel l-awtorizzazzjoni, għandu jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli sabiex il-partijiet interessati jkunu jistgħu jħejju ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-awtorizzazzjoni. Huwa wkoll xieraq li jingħata perjodu tranżitorju għar-rimi tal-ħażniet eżistenti ta’ dawk il-mikroorganiżmi u l-għalf li fih dawn il-mikroorganiżmi.

(8)

Huwa ferm kumpless għall-operaturi li jadattaw ripetutament u minn jum għall-ieħor għat-tikketti tal-għalf li fih addittivi differenti li jkunu ġew awtorizzati suċċessivament skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 u li għalihom iridu jitħarsu regoli ġodda dwar it-tikkettar. Għalhekk huwa xieraq li jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq l-operaturi billi jiġi pprovdut perjodu ta’ żmien li jippermetti konverżjoni bla xkiel tat-tikkettar.

(9)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-mikroorganiżmu speċifikat fl-Anness I, li jagħmel parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi teknoloġiċi” u mill-grupp funzjonali “addittivi tal-furrajna”, huwa awtorizzat bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali, suġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Il-mikroorganiżmu speċifikat fl-Anness II, li jagħmel parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi teknoloġiċi” u mill-grupp funzjonali “addittivi tal-furrajna”, huwa awtorizzat bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali, suġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.

Artikolu 3

Ir-rekwżiti tat-tikkettar

L-għalf li fihom il-mikroorganiżmi msemmija fl-Artikolu 1 u fl-Artikolu 2 għandhom ikunu ttikkettati skont dan ir-Regolament sa mhux aktar tard mid-19 ta' Mejju 2013.

Madankollu, għalf li fih il-mikroorganiżmi msemmija fl-Artikolu 1 u fl-Artikolu 2 li ġie ttikkettat skont il-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni preċedenti qabel id-19 ta' Mejju 2013 jista’ jibqa’ jitqiegħed fis-suq sakemm il-ħażniet jispiċċaw.

Artikolu 4

Miżuri tranżitorji

Il-ħażniet eżistenti tal-mikroorganiżmi msemmija fl-Artikolu 1 u fl-Artikolu 2 u tal-għalf li fih dawn il-mikroorganiżmi fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jista’ jibqa’ jitqiegħdu fis-suq u jintużaw skont il-kundizzjonijiet preċedenti ta’ awtorizzazzjoni sa ma jispiċċaw.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-19 ta' Novembru 2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Settembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  EFSA Journal 2012; 10(1):2529.


ANNESS I

Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku.

Speċi jew kategorija ta’ annimali

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijet oħra

Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

CFU/kg ta’ materja friska

Il-kategorija tal-addittivi teknoloġiċi. Il-grupp funzjonali: additivi tal-furrajna.

1k20713

Lactobacillus plantarum

(NCIMB 41028)

 

Il-kompożizzjoni tal-addittiv:

Preparazzjoni ta’ Lactobacillus plantarum NCIMB 41028 li fiha minimu ta’ 7 × 1010 CFU/g ta’ addittiv

 

Il-karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva:

Lactobacillus plantarum NCIMB 41028

 

Il-metodu analitiku  (1):

 

Enumerazzjoni fl-addittiv tal-għalf: il-metodu tat-tifrix (EN 15787)

 

L-identifikazzjoni: Elettroforeżi bil-Ġell f’Kamp Pulsat (PFGE)

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u l-pretaħlita, indika t-temperatura li jrid jinħażen fiha, u kemm jista’ jdum maħżun.

2.

Id-doża minima tal-addittiv meta ma jintużax flimkien ma’ mikroorganiżmi oħrajn bħall-addittivi tal-furrajna: 1 × 109 CFU/kg ta’ materjal frisk.

3.

Għas-sigurtà: huwa rakkomandat li tintuża protezzjoni għall-imnifsejn u par ingwanti waqt l-immaniġġar.

Id-19 ta' Novembru 2022


(1)  Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz li ġej tal-Laboratorju ta’ Referenza: http://irmm.jrc.ec.europa.eu/EURLs/EURL_feed_additives/Pages/index.aspx


ANNESS II

Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku.

Speċi jew kategorija ta’ annimali

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijet oħra

Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

CFU/kg ta’ materja friska

Il-kategorija tal-addittivi teknoloġiċi. Il-grupp funzjonali: additivi tal-furrajna

1k20714

Lactobacillus plantarum

(NCIMB 30148)

 

Il-kompożizzjoni tal-addittiv:

Preparazzjoni ta’ Lactobacillus plantarum NCIMB 30148) li fiha minimu ta’ 7 × 1010 CFU/g ta’ addittiv

 

Il-karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva:

Lactobacillus plantarum NCIMB 30148

 

Il-metodu analitiku  (1)

 

Enumerazzjoni fl-addittiv tal-għalf: il-metodu tat-tifrix (EN 15787)

 

L-identifikazzjoni: Elettroforeżi bil-Ġell f’Kamp Pulsat (PFGE)

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u l-pretaħlita, indika t-temperatura li jrid jinħażen fiha, u kemm jista’ jdum maħżun.

2.

Id-doża minima tal-addittiv meta ma jintużax flimkien ma’ mikroorganiżmi oħrajn bħall-addittivi tal-furrajna: 1 × 109 CFU/kg ta’ materjal frisk.

3.

Għas-sigurtà: huwa rakkomandat li tintuża protezzjoni għall-imnifsejn u par ingwanti waqt l-immaniġġjar.

Id-19 ta' Novembru 2022


(1)  Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz li ġej tal-Laboratorju ta’ Referenza: http://irmm.jrc.ec.europa.eu/EURLs/EURL_feed_additives/Pages/index.aspx


Top