Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012R0807

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 807/2012 tal- 11 ta’ Settembru 2012 li jemenda għall-178 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta' Al-Qaida

    ĠU L 246, 12.9.2012, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2012/807/oj

    12.9.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 246/1


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 807/2012

    tal-11 ta’ Settembru 2012

    li jemenda għall-178 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta' Al-Qaida

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta' Al-Qaida (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a), 7a(5) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dan ir-Regolament.

    (2)

    Fis-12 ta' Awwissu 2012, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jneħħi persuna fiżika mil-lista tiegħu ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika l-iffriżar ta' fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi.

    (3)

    L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Settembru 2012.

    Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

    Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija


    (1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


    ANNESS

    L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:

    L-annotazzjoni li ġejja taħt l-intestatura "Persuni fiżiċi" għandha titħassar:

    (a)

    “Fazul Abdullah Mohammed (magħruf bħala (a) Abdalla, Fazul, (b) Abdallah, Fazul, (c) Ali, Fadel Abdallah Mohammed, (d) Fazul, Abdalla, (e) Fazul, Abdallah, (f) Fazul, Abdallah Mohammed, (g) Fazul, Haroon, (h) Fazul, Harun, (i) Haroun, Fadhil, (j) Mohammed, Fazul, (k) Mohammed, Fazul Abdilahi, (l) Mohammed, Fouad, (m) Muhamad, Fadil Abdallah, (n) Abdullah Fazhl, (o) Fazhl Haroun, (p) Fazil Haroun, (q) Faziul Abdallah, (r) Fazul Abdalahi Mohammed, (s) Haroun Fazil, (t) Harun Fazul, (u) Khan Fazhl, (v) Farun Fahdl, (w) Harun Fahdl, (x) Abdulah Mohamed Fadl, (y) Fadil Abdallah Muhammad, (z) Abdallah Muhammad Fadhul, (aa) Fedel Abdullah Mohammad Fazul, (ab) Fadl Allah Abd Allah, (ac) Haroon Fadl Abd Allah, (ad) Mohamed Fadl, (ae) Abu Aisha, (af) Abu Seif Al Sudani, (ag) Haroon, (ah) Harun, (ai) Abu Luqman, (aj) Haroun, (ak) Harun Al-Qamry, (al) Abu Al-Fazul Al-Qamari, (am) Haji Kassim Fumu, (an) Yacub). Indirizz: Il-Kenja. Data tat-twelid (a) 25.8.1972, (b) 25.12.1974, (c) 25.2.1974, (d) 1976, (e) Frar 1971. Post tat-twelid: Moroni, il-Gżejjer tal-Komoros. Nazzjonalità: Komorjana Tagħrif ieħor: (a) Huwa rrappurtat li minn Novembru tal-2007 qed jopera fin-Nofsinhar tas-Somalja; (b) Aġent ewlieni ta’ Al-Qaida inkarigat mill-Al-Qaida fl-Afrika tal-Lvant sa mill-2009; (c) Kien rrappurtat li għandu fil-pussess tiegħu diversi passaporti foloz tal-Kenja u tal-Komoros; (d) Huwa maħsub li kien involut fl-attakki fuq ambaxxati tal-Istati Uniti fin-Nairobi u Dar es Salaam f’Awwissu 1998, u f’attakki oħra fil-Kenja fl-2002; (e) Kien irrappurtat li wettaq kirurġija plastika. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 17.10.2001.”


    Top