EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012R0799

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 799/2012 tal- 5 ta’ Settembru 2012 li jistabbilixxi l-forma u l-kontenut tal-informazzjoni dwar il-kontabilità li għandha tiġi sottomessa lill-Kummissjoni għall-fini tal-approvazzjoni tal-kontijiet tal-FAEG u tal-FAEŻR kif ukoll għall-finijiet ta’ monitoraġġ u tbassir

ĠU L 240, 6.9.2012, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 15/10/2013; Imħassar b' 32013R0991

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2012/799/oj

6.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 240/3


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 799/2012

tal-5 ta’ Settembru 2012

li jistabbilixxi l-forma u l-kontenut tal-informazzjoni dwar il-kontabilità li għandha tiġi sottomessa lill-Kummissjoni għall-fini tal-approvazzjoni tal-kontijiet tal-FAEG u tal-FAEŻR kif ukoll għall-finijiet ta’ monitoraġġ u tbassir

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 42 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 8(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 885/2006 tal-21 ta’ Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għal-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 dwar l-akkreditazzjoni tal-aġenziji tal-ħlas u ta’ korpijiet oħra u l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-FAEG u tal-FAEŻR (2) jipprovdi li għandhom jiġu stabbiliti l-forma u l-kontenut tat-tagħrif dwar il-kontabilità msemmi fl-Artikolu 7(1)(c) ta’ dak ir-Regolament u l-mod kif għandu jitressaq lill-Kummissjoni.

(2)

Il-forma u l-kontenut tal-informazzjoni dwar il-kontabilità li trid tiġi sottomessa lill-Kummissjoni għall-fini li jiġu approvati l-kontijiet tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) kif ukoll għall-finijiet ta’ monitoraġġ u tbassir, attwalment huma stipulati fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 909/2011 (3).

(3)

L-Annessi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 909/2011 ma jistgħux jintużaw għall-finijiet maħsuba tagħhom fis-sena finanzjarja 2013. Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 909/2011 għandu għalhekk jitħassar u jiġi sostitwit b’regolament ġdid li jistabbilixxi l-forma u l-kontenut tat-tagħrif dwar il-kontabilità għal dik is-sena finanzjarja.

(4)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-forma u l-kontenut tat-tagħrif dwar il-kontabilità msemmi fl-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 885/2006 u l-mod kif għandu jiġi sottomess lill-Kummissjoni għandhom ikunu kif stipulat fl-Annessi I (it-Tabella X), II (l-Ispeċifikazzjonijiet tekniċi għat-trasferiment tal-fajls tal-kompjuter lill-FAEG u lill-FAEŻR), III (l-Aide-mémoire) u IV (l-Istruttura tal-kodiċijiet tal-baġit tal-FAEŻR [F109]) ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 909/2011 huwa mħassar b’seħħ mis-16 ta’ Ottubru 2012.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jibda japplika mis-16 ta’ Ottubru 2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Settembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.

(2)  ĠU L 171, 23.6.2006, p. 90.

(3)  ĠU L 234, 10.9.2011, p. 2.


Top