Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012R0770

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 770/2012 tal- 21 ta’ Awwissu 2012 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-haddock fl-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni Vb u VIa minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Spanja

    ĠU L 229, 24.8.2012, p. 18–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2012

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/770/oj

    24.8.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 229/18


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 770/2012

    tal-21 ta’ Awwissu 2012

    li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-haddock fl-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni Vb u VIa minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Spanja

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 43/2012 tas-17 ta' Jannar 2012 li jiffissa għall-2012, l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli għall-bastimenti tal-UE għal ċerti stokkijiet tal-ħut li mhumiex suġġetti għal negozjati jew ftehimiet internazzjonali (2), jistabbilixxi l-kwoti għall-2012.

    (2)

    Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2012.

    (3)

    Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Eżawriment tal-kwota

    Il-kwota tas-sajd għall-2012 allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

    Artikolu 2

    Projbizzjonijiet

    L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f’dak l-Anness. B’mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

    Artikolu 3

    Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Awwissu 2012.

    Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

    Lowri EVANS

    Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


    (1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

    (2)  ĠU L 25, 27.1.2012, p. 1.


    ANNESS

    Nru

    15/TQ43

    Stat Membru

    Spanja

    Stokk

    HAD/5BC6A.

    Speċi

    Haddock (Melanogrammus aeglefinus)

    Żona

    L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni Vb u VIa

    Data

    6.8.2012


    Top