This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012R0769
Commission Regulation (EU) No 769/2012 of 17 August 2012 establishing a prohibition of fishing for alfonsinos in EU and international waters of III, IV, V, VI, VII, VIII, IX, X, XII and XIV by vessels flying the flag of Portugal
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 769/2012 tas- 17 ta’ Awwissu 2012 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-alfonsinos fl-ilmijiet tal-UE u fl-ilmijiet internazzjonali taż-żoni III, IV, V, VI, VII, VIII, IX, X, XII u XIV minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Portugall
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 769/2012 tas- 17 ta’ Awwissu 2012 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-alfonsinos fl-ilmijiet tal-UE u fl-ilmijiet internazzjonali taż-żoni III, IV, V, VI, VII, VIII, IX, X, XII u XIV minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Portugall
ĠU L 229, 24.8.2012, pp. 16–17
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2012
|
24.8.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 229/16 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 769/2012
tas-17 ta’ Awwissu 2012
li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-alfonsinos fl-ilmijiet tal-UE u fl-ilmijiet internazzjonali taż-żoni III, IV, V, VI, VII, VIII, IX, X, XII u XIV minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Portugall
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1225/2010 tat-13 ta’ Diċembru 2010 li jiffissa għall-2011 u l-2012 l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd tal-UE għal stokkijiet ta’ ħut ta’ ċerti speċijiet tal-baħar fond (2), jistipula kwoti għall-2012. |
|
(2) |
Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2012. |
|
(3) |
Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Eżawriment tal-kwota
Il-kwota tas-sajd għall-2012 allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Projbizzjonijiet
L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f’dak l-Anness. B’mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Awwissu 2012.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Lowri EVANS
Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd
ANNESS
|
Nru |
12/DSS |
|
Stat Membru |
Il-Portugall |
|
Stokk |
ALF/3X14- |
|
Speċi |
Alfonsinos (Beryx spp.) |
|
Żona |
L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni III, IV, V, VI, VII, VIII, IX, X, XII u XIV |
|
Data |
28.7.2012 |