This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012R0768
Commission Regulation (EU) No 768/2012 of 17 August 2012 establishing a prohibition of fishing for forkbeards in EU and international waters of VIII and IX by vessels flying the flag of Portugal
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 768/2012 tas- 17 ta’ Awwissu 2012 li jistabbilixxi projbizzjoni għas-sajd tal-lipp tal-qawwi fl-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni VIII u IX minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Portugall
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 768/2012 tas- 17 ta’ Awwissu 2012 li jistabbilixxi projbizzjoni għas-sajd tal-lipp tal-qawwi fl-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni VIII u IX minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Portugall
ĠU L 229, 24.8.2012, p. 14–15
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2012
24.8.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 229/14 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 768/2012
tas-17 ta’ Awwissu 2012
li jistabbilixxi projbizzjoni għas-sajd tal-lipp tal-qawwi fl-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni VIII u IX minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Portugall
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1225/2010 tat-13 ta’ Diċembru 2010 li jiffissa għall-2011 u l-2012 l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd tal-UE għal stokkijiet ta’ ħut ta’ ċerti speċijiet tal-baħar fond (2), jistipula l-kwoti għall-2012. |
(2) |
Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2012. |
(3) |
Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Eżawriment tal-kwota
Il-kwota tas-sajd għall-2012 allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Projbizzjonijiet
L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f’dak l-Anness. B’mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Awwissu 2012.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Lowri EVANS
Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
(2) ĠU L 336, 21.12.2010, p. 1.
ANNESS
Nru |
13/DSS |
Stat Membru |
Il-Portugall |
Stokk |
GFB/89- |
Speċi |
Lipp tal-qawwi (Phycis spp.) |
Żona |
L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni VIII u IX |
Data |
28.7.2012 |