Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012R0729

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 729/2012 tat- 8 ta’ Awwissu 2012 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti [Bratislavský rožok/Pressburger Kipfel/Pozsonyi kifli (STG)]

ĠU L 213, 10.8.2012, pp. 9–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2012/729/oj

10.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 213/9


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 729/2012

tat-8 ta’ Awwissu 2012

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti [Bratislavský rožok/Pressburger Kipfel/Pozsonyi kifli (STG)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel bħala speċjalitajiet tradizzjonali garantiti (1), u b’mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 9(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 509/2006, it-talba mressqa mis-Slovakkja għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Bratislavský rožok”/“Pressburger Kipfel”/“Pozsonyi kifli”, li waslet fl-4 ta’ Frar 2008, ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2).

(2)

L-Awstrija, il-Ġermanja u l-Ungerija ressqu l-oġġezzjonijiet tagħhom kontra r-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 509/2006. L-oġġezzjonijiet tqiesu ammissibbli skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(3), il-punt (a) ta’ dak ir-Regolament.

(3)

Bl-ittri tal-11 ta’ Novembru 2010, il-Kummissjoni stiednet lill-Istati Membri kkonċernati biex jibdew il-konsultazzjonijiet xierqa.

(4)

Intlaħaq qbil, innotifikat lill-Kummissjoni fis-16 ta’ Mejju 2011, bejn l-Istati Membri kkonċernati fi żmien sitt xhur, li jinkludi emendi tal-ispeċifikazzjonijiet inizjali, u b’mod partikolari, it-tneħħija tar-rikjesta, fl-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni, biex l-isem jiġi rreġistrat bir-riżerva prevista fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 509/2006.

(5)

Din it-tneħħija tikkonċerna l-użu tal-isem tal-prodott u, għalhekk, ma tistax titqies bħala minuri skont l-Artikolu 11(3), il-punt (c) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1216/2007 (3).

(6)

Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 9(5) tar-Regolament (KE) Nru 509/2006, il-Kummissjoni għandha twettaq mill-ġdid l-iskrutinju msemmi fl-Artikolu 8(1) tal-imsemmi Regolament.

(7)

F’dan il-kuntest, it-talba biex id-denominazzjoni “Bratislavský rožok”/“Pressburger Kipfel”/“Pozsonyi kifli” tiddaħħal fir-reġistru, emendata skont il-qbil imsemmi aktar ‘il fuq, ġiet ippubblikata mill-ġdid f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (4).

(8)

Billi ma ġiet innotifikata l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 509/2006, din id-denominazzjoni għandha tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament b’dan tiddaħħal fir-reġistru.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Awwissu 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 93, 31.3.2006, p. 1.

(2)   ĠU C 320, 24.12.2009, p. 41.

(3)   ĠU L 275, 19.10.2007, p. 3.

(4)   ĠU C 286, 30.9.2011, p. 24.


ANNESS

L-oġġetti tal-ikel imsemmija fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 509/2006:

Klassi 2.3.   Ħelu, ħobż, prodotti moħmija, prodotti tad-dulċiera, galletti u gallettini

IS-SLOVAKKJA

Bratislavský rožok/Pressburger Kipfel/Pozsonyi kifli (STG)


Top