This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012R0718
Commission Implementing Regulation (EU) No 718/2012 of 7 August 2012 amending for the 176th time Council Regulation (EC) No 881/2002 imposing certain specific restrictive measures directed against certain persons and entities associated with the Al Qaida network
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 718/2012 tas- 7 ta’ Awwissu 2012 li jemenda għall-174 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-network ta’ Al-Qaida
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 718/2012 tas- 7 ta’ Awwissu 2012 li jemenda għall-174 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-network ta’ Al-Qaida
ĠU L 211, 8.8.2012, p. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
8.8.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 211/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 718/2012
tas-7 ta’ Awwissu 2012
li jemenda għall-174 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-network ta’ Al-Qaida
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta’ Al-Qaida (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a), 7a(5) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament. |
(2) |
Fis-26 ta’ Lulju 2012, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jneħħi persuna fiżika mil-lista tiegħu ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi. |
(3) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Awwissu 2012.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija
(1) ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.
ANNESS
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, huwa emendat b’dan li ġej:
L-annotazzjoni li ġejja taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” għandha titħassar:
“Bekkay Harrach (alias (a) Abu Talha al Maghrabi, (b) al Hafidh Abu Talha der Deutsche (‘al Hafidh Abu Talha l-Ġermaniż’)). Data tat-twelid: 4.9.1977. Post tat-twelid: Berkane, il-Marokk. Nazzjonalità: Ġermaniż. Numru tal-passaport: 5208116575 (passaport Ġermaniż maħruġ f’Bonn, il-Ġermanja, validu sas-7.9.2013). Numru tal-identifikazzjoni nazzjonali: (a) 5209243072 (Bundespersonalausweis Ġermaniż (karta tal-identità nazzjonali), maħruġa f’Bonn, il-Ġermanja, valida sas-7.9.2013, (b) J17001W6Z12 (liċenzja tas-sewqan Ġermaniża, maħruġa f’Bonn, il-Ġermanja). Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 27.5.2009. Tagħrif ieħor: Huwa meqjus li kien fiż-żona tal-fruntiera ta’ bejn l-Afganistan/Pakistan f’April 2009.”