This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012R0695
Commission Regulation (EU) No 695/2012 of 24 July 2012 establishing a prohibition of fishing for common sole in VIIIa and VIIIb by vessels flying the flag of Spain
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 695/2012 tal- 24 ta’ Lulju 2012 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għal-lingwata komuni fiż-żoni VIIIa u VIIIb minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Spanja
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 695/2012 tal- 24 ta’ Lulju 2012 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għal-lingwata komuni fiż-żoni VIIIa u VIIIb minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Spanja
ĠU L 203, 31.7.2012, pp. 28–29
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2012
|
31.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 203/28 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 695/2012
tal-24 ta’ Lulju 2012
li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għal-lingwata komuni fiż-żoni VIIIa u VIIIb minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Spanja
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 43/2012 tas-17 ta' Jannar 2012 li jiffissa għall-2012 l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli għall-bastimenti tal-UE għal ċerti stokkijiet tal-ħut u għal ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut li mhumiex suġġetti għal negozjati jew ftehimiet internazzjonali (2), jistabbilixxi l-kwoti għall-2012. |
|
(2) |
Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2012. |
|
(3) |
Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Eżawriment tal-kwota
Il-kwota tas-sajd għall-2012 allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Projbizzjonijiet
L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f’dak l-Anness. B’mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Lulju 2012.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Lowri EVANS
Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd
ANNESS
|
Nru |
9/T&Q |
|
Stat Membru |
Spanja |
|
Stokk |
SOL/8AB. |
|
Speċi |
Lingwata komuni (Solea solea) |
|
Żona |
Iż-żoni VIIIa u VIIIb |
|
Data |
It-12 ta' Ġunju 2012 |